Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
KRAKOVJA (Krakow) mhux biss hi belt mimlija storja u belt meraviljuża, hi wkoll it- tieni l-akbar Belt fil-Polonja u li jgħixu fiha kważi miljun u nofs abitant. Għalkemm Krakovja hi maqsuma bejn 19-il distrett bla dubju li min iżur din il-belt skwiżita se jintefa fl-Old Town Centre li hi ċ-ċentru ta' kollox, shopping, ħajja li ma tieqaf qatt, ristoranti, clubs, bars u dak kollu li wieħed jista jgawdi f 'din il-belt li qatt ma niddejjaq inżur. Jekk tħobb ix-shopping tista tmur Galleria Krakowska barra t-triq Florianski. Iżda Krakovja ma tmurx għax-shopping biss. Il-pjazza Rynek Klowny hi l-akbar pjazza medjevali fl-ewropa, mdawra b'kafetteriji u ristoranti b'eluf ta' siġġijiet u mwejjed li xorta tista ssibha diffiċli biex issib post fejn tpoġġi. Fit-triq li mill-pjazza twassal sa' Wawel Hill hemm madwar 20 knisja arkitettonament differenti minn xulxin. Dan barra l-Knisja ta' Santa Marija li tinsab fiċ-ċentru tal-pjazza b'ikona meraviljuża li tinfetaħ biss għal ftit ħin f 'nofs in-nhar. Fit-torri ta' din il-knisja kull siegħa joħroġ trumbettier fuq l-erba naħat idoqq il-Hejnał Mariacki li tifisser St Mary's. Skont leġġenda fl-1241 waqt invażjoni tal-Mongoli fil- Polonja, għassies fit-torri ried jagħti l-allarm lir-residenti billi jdoqq il-Hejnal, iżda l-mongoli sparawlu vleġġa dirett lejn griżmejh. Triq dritta u twila mill-pjazza twasslek Wawel Hill fejn hemm il-Kastell irjali tas-seklu 9 li hu meqjus bħala wieħed mill-aktar kastelli affaxxinanti fl-Ewropa u li jinsab 228 metru fuq il-livell tal-baħar. Hemm fuq wieħed isib ukoll il-Wawel Cathedral fejn San Ġwann Pawlu II kien iservi ta' isqof. Ġenna tar-ritratti. Tinżel u kważi ssib ruħek f 'Kezmierz (il-Jewish Quarter). Parti medjevali fejn il-Lhud marru jgħixu sa mis-seklu 15 meta ħarbu minn Krakovja minħabba l-antisemitiżmu li kien diġa beda jqum fil-Polonja. Il-post hu mimli sinagogi, kaffetteriji u ristoranti b'ikel tradizzjonali Lhudija/Pollakka bil-mużika tradizzjonali tagħhom. Modi kif tgawdi Krakovja Hemm diversi modi kif tista' tgawdi Krakovja li ċ-ċentru antik tagħha hu pedonali. Tista ddur dawra bil-karruzzella miġbuda minn żewġt iżwiemel enormi u mill-isbaħ bi prezz li ġġebdu kemm trid sont kemm tkunu nies. Tħajrek tirkeb mara sabiħa li wara li jirnexxilha ftit jew xejn tagħti kasek. Interessanti l-fatt li l-ħmieġ taż-żwiemel jinġabar fi speċi ta' ħarqa u hemm postijiet b'tankijiet apposta fejn jieqfu u jarmu l-ħmieġ fihom. Tista ddur il-belt b'taxi bil- mutur għal ftit ewro. Bit-trasport pubbliku li hu ris u komdu wieħed jista jżur iz-zoo b'entratuta ta' €5 li jinsab sitwat f 'ambjent sabiħ għalkemm ikollu nammetti li l-gaġeġ rajthom kemmxejn żgħar għal ċertu annimali li f 'dan iz-zoo issib razez mhux tas-soltu. Tista wkoll iżżur il-bet b'mixja ma' gwida mqabbad mill-Gvern Pollakk li jdawrek dawra mal-postijiet interessanti bil-mixi bla ħlas (forsi xi tip żgħira wara l-mixja) Interessanti u edukattiva mmens u tkun rajt u fhimt l-istorja kollha sabiħa u mqanqla ta' din il-belt ta' poplu li bata wisq sew taħt in-Nazi kif ukoll taħt il-Komunisti. X'għandek tiekol u n-night life L-ikel f 'din il-belt Pollakka hu wieħed bnin u irħis ħafna. Ikla kompluta tiġik irħas minn 'meal' fil-McDonalds. Ippruvaw duqu s-soppa jew il-goulash fil-ħobż, fejn wara s-soppa tista tiekol il-ħobża (chlopskie Jadlo), inkella forma ta' ravjul mimli, bil-mushrooms, ġobon, cranberries jew laħam (pierogi), dan barra deżerti u cakes skwiżiti. U jekk trid snack mgħaġġel duqu iz-zapiekanka li tinbiegħ minn kiosks u hi forma ta' baguette. Bħala nightlife hemm diversi clubs u bars. Iżda hemm ukoll gentleman's clubs fejn tinduna bihom għax fil-pjazza u t-toroq wieħed jilmaħ tfajliet bl- umbrelel kkuluriti li kif jarawk raġel waħdek jiġu jħajruk tidħol f 'dawn il-clubs. Eskursjonijiet barra Krakovja Hemm diversi postijiet sbieħ fejn iżżur minn Krakovja fejn l-aktar popolari huma s-salt mines WIELICZKA, Auschwitz, ir-rafting fil-Pyenini Mountains u Zakopane. Is-Salt mines u zakopane nissuġerilkom tmorru bit- trasport pubbliku fejn hu ferm irħis u l-lukandi jgħidulkom minfejn taqbduhom. Filwaqt li għal Auschwitz u Rafting innegozjaw prezz minn diversi ħwienet ċkejknin fiċ- ċentru li kollha jbiegu dawn l-eskursjonijiet. Mil-Lukanda toħduhom ogħla. Kif tasal Krakovja L-uniku mod kif tasal Krakovja hu bir-Ryan Air li jwasslek f 'ajruport li hu fil- livell ta' dak li kellna 30 sena ilu f 'Ħal-Luqa iżda li jidher li qed jinbena mill-ġdid. Biex tmur fil-lukanda li tagħżel nagħtikom parir li tordnaw taxi minfejn tiġbor il-bagalja (għax huma l-irħas) u bbukkjaw il- vjaġġ tar-ritorn dak il-ħin biex tieħu l-inqas prezz għax jekk tibbukkjaha wara jkollok tħallas xi ftit iżjed. Tista anke tieħu karrozza tal-linja iżda tant hi rħisa t-taxi li hu aktar komdu bit-taxi. 24 illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 ILVJAĠĠI TALBUŻU Krakovja- Belt bi storja u rħisa Auschwitz Rafting fil-Pyenini Mountains Il-karrozzelli fil-pjazza quddiem il-Knisja ta' Santa Marija