Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 3 Fejn jaqbillek u fejn le kif il-linja nazzjonali tal-ajru qed tikkompeti bi prezzijiet 'low cost' Londra Amsterdam Glasgow AirMalta - €348.75 Low Cost - €342 AirMalta - €322.78 Low Cost - €230.50 AirMalta - €306.94 Low Cost - €289.66 Ruma Marsilja AirMalta - €177 Low Cost - €202.48 AirMalta - €676.63 Low Cost - €317.20 Il-Linja Nazzjonali irħas għal Ruma Mill-eżerżizzju ta' dan il- ġurnal jirriżulta li fil-każ ta' Ruma l-AirMalta hija saħasitra irħas minn titjira bl-istess rotta bil-linja easyjet. Bil-linja 'low cost' titjira lejn il-belt kapitali Taljana titla' għal €202.48 li jinkludi €114.49 'l barra minn pajjiżna u €48.99 lejn Malta u €39 fi spiża ta' bagalji. Bil-linja nazzjonali l-istess destinazzjoni tiswa €177, maqsum f '€115.23 l' barra mill-pajjiż, €62.35 lejn Malta, €48.58 f 'taxxi u €11 fi spejjaż addizzjonali. Dan ifisser li l-linja nazzjonali hija €25 irħas mill-'low cost'. Differenzi kbar għal Marsilja L-unika differenza kbira bejn il-prezzijiet ta' linja 'low cost' u dawk tal-linja nazzjonali kienu għal Marsilja, dan l-aktar minħabba li l-AirMalta tieqaf Munich qabel id-destinazzjoni aħħarija. Bil-kumpanija Ryanair il- prezz għal din il-belt Franċiża jitla' għal €317.20, filwaqt li bil-linja nazzjonali din tisplodi 'l fuq għal €676.63. Dan ifisser li d-differenza hawnhekk hija waħda massiċċa ta' madwar €350. Destinazzjonijiet simili rotot differenti L-iskop ta' dan l-eżerċizzju kien li nqabblu "like with like" u għalhekk wieħed jeħtieġ jiftakar li għal bosta pajjiżi oħrajn il-linji 'low cost' jtiru lejn destinazzjonijiet fl-istess pajjiż li jkunu sekondarji. Per eżempju għall-Polonja l-linji 'low cost' jtiru lejn Wraclaw għal €261 filwaqt li l-Air Malta jtiru għall-kapitali Warsaw għal €434 fl-istess perjodu ta' żmien f 'Awwissu. Rotot ġodda. Meta? Anke jekk allura jidher li l-prezzijiet tal-linja nazzjonali tal-ajru qed isiru aktar kompettivi, jibqa' fatt li għad hemm destinazzjonijiet u rottot li għadhom mhux qed jintlaħqu u li huma popolari mal-Maltin. Meta kkuntattjat mill- ILLUM kelliem tal-linja nazzjonali tal-ajru kkonferma li l-prezzijiet qabdu t-triq tan-niżla. Qal iżda li sakemm il-kumpanija tgħaddi mill- proċess kollu ta' ristrutturar mhux se tkun tista tidħol fi spejjeż ta' desinazzjonijiet jew rotot ġodda bħal Spanja, pajjiż li lokalment hawn ħafna domanda għalih u li l-kumpaniji low cost probabilment qed jirreġistraw dħul sew minnu. Huwa kkonferma iżda li ladarba il-kumpanija tqum sew fuq saqajha tkun tista tikkunsidra li tkabbar aktar. L-Ażja u Lvant Imbiegħed: Realtajiet ġodda Naturalment dan l-eżerċizzju kien magħmul bi tqabbil ma' destinazzjonijiet Ewropej. Jibqa' fattur ta' sfida għal linji tal-ajru żgħar bħall-AirMalta, r-realtà ta' aktar Maltin u anke Ewropej li qed jagħżlu li jqattgħu il-vaganza tagħhom f 'pajjiż fl-Ażja u fil-Lvant Imbiegħed. Destinazzjonijiet bħat- Tajlandja, l-Malażja u issa anke l-Kambodja, minn fejn persuna tkun tista tivjaġġa għal pajjiżi oħrajn madwar l-Ażja mhux talli qed isiru popolari, talli qed jikkompetu ukoll fil-prezz. Biljett tal-ajru għal Kuala Lumpur jista faċilment ma jiswikx aktar minn €500, li mhux wisq ogħla mill- prezz li tħallas biex tmur sa Londra u li jinkludi ħafna iktar kumditajiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015