Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 5 Skiet itarrax għall-isfreġji f 'Birżebbuġa Is-Sindku Kevin Barun u l-Kunsillier Herman Schiavone jesprimu rabja dwar is-silenzju tal-NGO's fid-dawl tat-tniġġis fil-Bajja s-Sabiħa JOHN BUSUT TIL GĦAL darba, darbtejn u anke tlieta il-bajja, suppost is-Sabiħa, ta' Birżebbuġia ġiet imniġġsa biż-żejt mill-vapuri tal-freeport. Il-bajja ġiet magħluqa għal pubbliku. Batew dawk li jħobbu jgħumu hemm u anke dawk li jistennew l-istaġun tas- Sajf biex forsi jaqilgħu xi ħaġa min-negozju ibbażat fuq l-istaġun tal-għum. Sfreġju ambjentali li donnu l-ambjentalisti, li s-soltu tant jipprotestaw għal kull ħaġa li tista tniġġes, ma nnutawx. Stramba imma vera! Fil-fatt l-Partit tal- Alternattiva kien l-unika organizazzjoni li tkellmet għal dan il-lokal fin- nofsinhar tal-pajjiż. Dan il-fatt qed jurta bil-kbir lis-Sindku ta' B'Bugia, Kevin Barun u l-kunsillieri kollha, ġejjin minn liema partit ġejjin. "Għal B'Bugia ħadd ma jiftaħ ħalqu. It-tniġġiż u l-problemi ambjentali ilhom ġejjin fuq B'Bugia minn meta saret l-estensjoni fil-Freeport u ħadd mill-ambjentalisti ma ta' xi forma ta' għajnuna. Ħadd minnhom ma fetaħ ħalqu bħalma għamel f 'postijiet oħrajn. Ma rridx niġġeneralizza, iżda jkolli nistaqsi, jaqaw ċerti ambjentalisti jitkellmu u jipprotestaw għax ikollhom xi aġenda moħbija? Għaliex band'oħra nipprotestaw u għal B'Bugia nagħlqu ħalqna?" Anke l-kunsillier Nazzjonalist, Herman Schiavone qal li l-aktar li tinkwetah hu l-frekwenza ta' dawn l-'oil spills' , "mhux normali. U dan qed jikkawża telfien fit-turiżmu intern, apparti li qed tbati l-kommunita tagħna. Jiddispjaċini li m'hemm l-ebda involviment mill- NGO's ambjentalisti bħalma ħolqu agħa fuq postijiet oħrajn. Aħna qed nitolbu l-awtoritajiet biex jinvestu f 'xibka li tilqa' għall- ħruġ taż-żejt biex b'hekk nipproteġu l-bajja tagħna, għax din jixirqilha aħjar." "Ix-xogħol fuq it-triq tal- qajjenza ittawwal wisq" Is-sindku Laburista tkellem ukoll dwar it-triq tal-Qajjenza, triq li kellha ssir mill-gvern ċentrali u li x-xogħol fuqha hu wieqaf bħalissa. "Din it-triq bdiet mill- ewwel bil-problemi" qal is-sindku, "bdiet titqaxxar fl-10 ta' April biex isir it-tarmac, iżda ndunaw li kellhom jsiru pajpijiet ġodda għad-drenaġġ u allura t-triq kellha bżonn konkos u diversi xogħlijiet oħrajn. Għalhekk kellha ddum iżjed biex titlesta, sostna Barun, li żied jirrimarka kif iħoss "li għandu jkun hemm limitu u qed itawlu aktar milli suppost. Ktibna lil Transport Malta fil-bidu tal- ġimgħa li għaddiet u s'issa bqajna bla risposta. Minn sorsi mhux uffiċċjali sirna nafu li għandha titlesta sa' Settembru li ġej." Dwar it-triq tal-Qajjenza, Herman Schiavone qal li din tqaxxret jumejn qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u tħalliet hekk sal-lum bl- iskuża li minħabba l-istaġun tas-Sajf ma jistax jsir xogħol strutturali, "Aħna ninsistu li aħjar titkompla u titlesta t-triq għat-turisti u mhux tibqa kif inhi. Bħala kunsill xbajna nirċievu 'claims' ta' tqattigħ ta' tyres tal- karrozzi." Ikompli minn paġna 1 DAN iżda, qalulna dawk li tkellmu magħna, ma jistax isir b'vettura bi pjanċa barranija, hekk kif TM għad m'għandhiex sistema aġġornata illi tiġbor informazzjoni ta' vetturi barranin li imbagħad titpoġġa onlajn. B'konsegwenza ta' dan ċitazzjoni ma tkunx tista toħroġ u jkollu jsir rapport l-għassa. Persuna li taħdem fi Transport Malta ammettiet mal-ILLUM li din hija "problema kbira" iżda qalet illi minflok ċitazzjoni, jista jsir rapport l-għassa biex il-vettura tkun ittowjata. "M'hemmx mezz ieħor li titneħħa karozza ta' dan it-tip ħlief li tkun ittowjata" sostna dan l-impjegat illi kompla jgħid illi peress li TM ma jkollhiex informazzjoni dwar sid il- vettura, xi kultant biex dan ikun identifikat, l-istess awtorita' tkun teħtieġ tagħmel kuntatt mal- awtorita' tat-trasport minn fejn tkun ġejja l-karozza. Din il-problema issa bdiet tikber sew, speċjalment f 'żoni bħal Buġibba u l-Qawra kif ukoll San Ġiljan. F'kummenti mal-ILLUM id-Deputat Nazzjonalista mill-lokalita' ta' San Pawl il-Baħar, Ċensu Galea, kkonferma dak li qalulna s-sorsi tagħna u żied jgħid kif din is-sitwazzjoni qed toħloq problemi ta' ġlied u argumenti u anke perikli fit-toroq tal- lokalita'. "Numru minn dawn is-sewwieqa jipparkjaw fejn iridu, moħħhom mistrieħ li diffiċli jaqilgħu multa u dan qed joħloq ċerti perikli u tensjoni" saħaq Galea. Meta dan il-ġurnal fakkar illi l-Pulizija jistgħu jittowjaw vetturi simili, kif fil- fatt ġara matul din il-ġimgħa, huwa qal illi r-riżorsi tal-pulizija huma dawk li huma u f 'lokalita' kbira bħal Buġibba u l-Qawra dawn ma jistgħux jiddedikaw ir-riżorsi kollha fuq din il- kwistjoni biss. Intant l-ILLUM għamel kuntatt ukoll mad-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Virtu Ferries, li topera lejn Malta minn Sqallija, minn fejn hemm suspett li qed jiġu l-maġġor parti tal-vetturi bi pjanċa Taljana. Saliba informa lil dan il-ġurnal li kemm l-awtoritajiet Maltin kif ukoll Taljani jkunu jafu d-dettalji kollha tal-vetturi u s-sewwieqa li jużaw is-servizzi tal-kumpanija, kemm jekk lejn Sqallija kif ukoll jekk lejn Malta. Intant dan il-ġurnal irċieva wkoll din l-ittra dwar kwistjoni ta' persuni li qed jiġu pajjiżna u mid-dehra qed jitħallew jagħmlu li jridu: L-unika soluzzjoni hija li l-karrozza tkun ittowjata Bejjiegħa Taljani bil- karozzi Dan l-aħħar wieħed qed jinnota fit-toroq tagħna żieda ta' Taljani li jduru bil-karozzi jbiegħu l-borom, għodod u ħwejjeġ oħra li ħafna drabi jkunu mgħotijin biex ma jagħtux fil-għajn. Li dawn qed ibiegħu b'mod illegali huwa ovvju għax ma ssibilhomx 'cash registers' u ma jagħtukx irċevuta fiskali. Uħud minnhom, speċjalment dawk li qed jiġu Għawdex, qegħdin ikunu wkoll agressivi mal-klijenti u jġiegħluhom jixtru l-affarijiet tagħhom bi prezzijiet għoljin. Nixtieq nagħmel appell lill-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu azzjoni għax wara kollox għalhekk qegħdin hemmhekk. Nappellalhom biex joħorġu fit-toroq, iwaqqfu ħesrem dan l-abbuż u jikkontrollaw dawn il-bejjiegħa Taljani bil- karozzi fit-toroq ta' Malta. Dan jistgħu jagħmluh ukoll x'ħin jaqsmu l-fliegu lejn Għawdex. L-awtoritajiet, fuq kollox, għandhom joħorġu avviżi u jwissu lill-poplu, biex jipproteġuh minn dan l-abbuż. Inkwetat Xagħra, Għawdex Waħda mill-ħafna vetturi bi pjanċa barranija f 'Buġibba u mingħajr il-liċenzja mwaħħla