Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 33 SPORTSillum Javier Pulido jirrappreżenta lill Malta r-Red Bull King of the Rock f 'Istanbul JAVIER Pulido rebaħ it-tieni edizzjoni tar-Red Bull King of the Rock wara finali eċitanti ma' Milos Damjanovic fil-Bognor Sports Complex f 'Buġibba. Dan il-post tant popolari fis-Sajf kien il-post ideali għall- finali ta' Malta fejn ra l-aħħar tmien plejers jilgħabu għal post fil-finali tad-dinja li se ssir f 'Istanbul. It-tournament tal-basketball mid- dinja tar-Red Bull, li jintlgħab one-to-one u b'forma knock- out wera l-forma sabiħa tal-logħba u ta l-opportunita' lil kommunita' lokali tal- basketball li jilgħabu f 'dan l-avveniment tant prestiġjuż. Fl-ewwel rawnd rajna lil Javier Pulido, David Bugeja, Milos Damnjanovic u Aki Kechagias, jilgħabu kontra Jan Stupka, Jean Paul Schembri, Ryan Carabott u Nicholas Gutierrez. Fis-semi- finali, David Bugeja tilef kontra r-rebbieħ finali Javier Pulido, filwaqt li Aki Kechagias kien sfortinat meta tilef il- vantaġġ kontra Milos Damnjanovic fl-aħħar żewġ sekondi tal-logħba. Javier Pulido se jtir lejn Istanbul fit-Turkija, f 'Settembru li ġej, biex jirrapreżenta lil Malta fil-finali tad-dinja tar-Red Bull King of the Rock. Valletta Subbuteo Club jirbħu l-maġġoranza tat-titli nazzjonali organizzati mill-Malta Table Football Sports Association FTIT tal-ġranet ilu, ġie fi tmiemu l-istaġun tat- Table Football f 'Malta, u kif ġara f 'dawn l-aħħar snin, il-membri tal- Valletta Subbuteo Club rebħu l-maġġoranza tat-titli nazzjonali, li ġew organizzati mill-Malta Table Football Sports Association. Għar-raba' sena konsekuttiva, Samuel Bartolo ġie nkurunat Champjon ta' Malta. Samuel rebaħ il-Kampjonat Premier mingħajr ma tilef logħba, u rnexxielu jirbaħ 62 punt minn total ta' 66. Dan l-istaġun, Samuel rebaħ ukoll il-kategorija Open tal-FISTF Grand Prix li ġie organizzat ġewwa Malta, iċ-Challange Cup organizzata mill- MTFSA u kien finalist fil- kompetizzjoni Knock Out. Fil-kategorija ta' taħt id-19 -il sena, Andrew Abela, rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali. Din hija l-aħħar sena ta' Andrew f 'din il-kategorija u rnexxielu jirbaħ ukoll iż-żewġ FISTF International Open u anki l-FISTF Grand Prix ta' Malta. Jason Pisani ġie dikjarat champjon fil-kategorija tal- veterani, għat-tieni darba, f 'dawn l-aħħar erba' snin. Dan l-istaġun ukoll, Jason irnexxielu jirbaħ il-kategorija tal-veterani fil-FISTF International Open li ġie organizzat f 'Malta. Fil-kompetizzjoni tat- timijiet, il-Valletta Subbuteo Club, irnexxielu jirbaħ kemm il-kampjonat, kif ukoll in-Knock Out. Apparti dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet, il-klabb rebaħ ukoll il-FISTF Grand Prix ta' Malta. Dawn it-tliet kompetizzjonijiet ġew mirbuħa bla telfa. Andrew Abela, Samuel Bartolo u Jason Pisani jippożaw mat-trofej kollha li rebħu l-Valletta Subbuteo Club tul l-istaġun 2014/15 Għajnuna finanzjarja lid-distretti li pparteċipaw fir-Regatta ta' Jum il-Ħelsien LISPORT jista' jkun sfruttat sabiex jgħin lill-ekonomija. Din it-tema kienet il-bażi taż-żewġ diskorsi li għamlu l-Ministru għall- Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona u s-Segretarju Parlamentari għar- Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Il-Ministru Cardona qal li ġeneralment nisimgħu ħafna dwar il-potenzjal tal-isport tourism, però tgħallimna li l-isport għandu kontribut ferm akbar x'joffri lill-ekonomija. Huwa ta l-eżempju tal- RC44 Valletta Cup, u qal li permezz ta' dan l-avveniment sportiv, Malta attirat professjonisti sportivi ta' fama internazzjonali, nies li għandhom introjtu kbir u li kellhom l-opportunità jsiru jafu anke dwar il- potenzjal ekonomiku ta' pajjiżna, filwaqt li kienet esponuta s-sbuħija ta' pajjiżna, grazzi għall- coverage li ngħatat Malta fuq media internazzjonali. Il-Ministru Cardona qal li hu stmat li bħala pajjiż daħħalna aktar minn' 1.6 miljun Ewro permezz tal-attività kummerċjali li ġiet iġġenerata minn din l-inizjattiva. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, qal li huwa importanti li nżommu din it-tradizzjoni għaliex filwaqt li huwa essenzjali li jkun hawn il-kummerċ, għandna wkoll inkunu kburin bit- tradizzjonijiet tagħna, filwaqt li nħarsu l-identità Maltija. Huwa kompla jgħid li jrid jinġibed ħabel wieħed sabiex ir- regatta tieħu lura l-glorja li kienet tgawdi fis- snin l-imgħoddija. Is- Segretarju Parlamentari saħaq fuq il-bżonn li aktar żgħażagħ jersqu lejn dan l-isport tradizzjonali u faħħar l-inizjattiva tal- Għaqda Regatta Nazzjonali li ser terġa torganizza Regatta Youths+ nhar is-Sibt 4 ta' Lulju fil-bajja tar-Rinella. Filfatt din hija attività li tifforma parti mill- inizjattiva Solidarjetà bl-Isports 2015 u qed issir biex jissaħħaħ l-isport tal-qdif fost iż-żgħażagħ filwaqt li jinġabru fondi b'risq il-Malta Community Chest Fund. Għall-ħames tiġrijiet tal-kategorija Under 18 jistgħu jieħdu sehem qaddiefa li twieldu fis-sena 1997 jew wara. Din is-sena kien deċiż ukoll li jiġi mogħti Palju lil kull qaddief li se jaqdef fid-dgħajjes li jidħlu l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet. Minbarra dawn il-ħamest itlielaq, din is-sena, sejrin isiru wkoll żewġ tiġrijiet bejn membri tal-kumitati, b'waħda minnhom tkun it-"Tiġrija ta' b'Wieħed" li ilha ma ssir diversi snin u tinqadef fuq dgħajsa tradizzjonali tal-Pass minn qaddief wieħed bil-wieqfa. Fl-aħħar tal-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Chris Cardona u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, ippreżentaw għotjiet finanzjarji lid- distretti kollha li ħadu sehem fir-Regatta ta' Jum il-Ħelsien 2015, sabiex filwaqt li tkompli tissaħħaħ l-viżibilità ta' pajjiżna u l-ekonomija, jissaħħu wkoll id-dixxiplini sportivi. Javier Pulido jgħolli t-trofew wara li rebaħ it-tieni edizzjoni tar-Red Bull King of the Rock wara finali eċitanti ma' Milos Damjanovic fil- Bognor Sports Complex f 'Buġibba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015