Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 Republic Street, Valletta next to the Courts Ritratt mill-isbaħ miġbud mill-fotografu ta' Mediatoday Chris Mangion li juri persuna tbaħħar bil-kenura fi nżul ix-xemx fil-Port il-Kbir Infurzar mill-MEPA kontra l-iżvilupp illegali f ' Wied Riħan, Għawdex DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt ĠIMGĦA biss wara li dan il-ġurnal żvela kif Wied Riħan fin-Nadur, Għawdex spiċċa vittma ta' sfreġju ambjentali, wara żvilupp illegali ta' trejqa mdaqqsa u tqattiegħ ta' blat, l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet azzjoni ta' infurzar fil-konfront ta' min għamel dan ix-xogħol mingħajr il-permessi meħtieġa. Skont il-liġi, sid l-art jista jeħel multa massima ta' €50,000. Kelliem għall-MEPA li tkellem mal-ILLUM ikkonferma li l-iżvilupp li seħħ huwa kollu kemm hu llegali u li m'hemm l-ebda applikazzjoni fuq is-sit li fih sar ix-xogħol. L-azzjoni ta' infurzar tispjega kif fil-post sar tqattiegħ ta' blat, depożitu u twittija ta' materjal f ' art protetta biex jinħoloq aċċess ġdid. Il-kelliem għall-MEPA kkonferma dak li deher fil- ġurnal ILLUM tal-Ħadd li għadda, jiġifieri li sar rapport dwar dan ix-xogħol bla permess mill-Kunsill Lokali tan-Nadur. "Dan ir-rapport ġie investigat minnufih u x-xogħlijiet ġew imwaqqfin wara li nstab li ma kien hemm l-ebda permess mill-Awtorità għax-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru," sostna l-kelliem għall-MEPA. Kif jixhdu ritratti li ppubblikajna l-Ħadd li għadda, l-ħsara li saret hija waħda konsiderevoli ħafna u tindika li x–xogħol seta' saħansitra sar minn makkinarju ta' kostruzzjoni. Intant, dan il-ġurnal waslulu rapporti li l-iżvilupp imsemmi seħħ bil-barka tal-Ministru t' Għawdex Anton Refalo u li l-persuna kkonċernata żar lil Ministru qabel ma għamel ix-xogħlijiet in kwistjoni. Madankollu, mal-ILLUM, il-Ministru Refalo ċaħad kategorikament li kellu x'jaqsam ma' dan l-iżvilupp illegali u tenna wkoll li sar jaf bih wara l-istorja ppubblikata fuq l-ILLUM. Huwa ċaħad ukoll li qatt ma iltaqa' jew li għandu konnoxxenza tal-persuna li għamlet dan l-iżvilupp. Il-Ministru Refalo fakkar kif din il-kwistjoni taqa' taħt il-kompitù tal-MEPA u li għalhekk il-Ministeru mhux se jidħol fiha. Filfatt huwa stqarr li la hu u lanqas il- ministeru ma kellhom ebda komunikazzjoni mal-MEPA jew mal-Kunsill Lokali tan- Nadur wara r-rapport ta' dan il-ġurnal. Ritratt tal-ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015