Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
34 illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Bdejt inħobb il-futbol minn meta kont għadni tifel żgħir, u bdejt nilgħab ta' 6 snin fi skloa tal-futbol tal-lokal fejn kont noqgħod. Iżda nista' ngħid li l-imħabba tiegħi għall- futbol bdiet meta twelidt. Interessanti huwa l-fatt li bdejt il- karriera tiegħek ma' AC Milan. Tina iktar dettalji. Iva għamilt sentejn ma AC Milan, fejn ingħaqad magħhom meta kelli 12 -il sena. Kienet esperejnza mill- isbaħ, għalkemm kont 'il bogħod mid-dar tiegħi. Lgħabt mat-tim meqjus bħala żgħir ta' Ternana. X'kienet l-esperejnza tiegħek hemmhekk? Iva għamilt 4 snin ma' Ternana li kienu snin fil-bidu tal-karriera tiegħi li minnhom tgħallimt ħafna. Bdejt tikber fil-kalibru u l-potenzjal tiegħek, u fil-fatt ingħaqadt mal-klabb mis-Serie A, Fiorentina. Il-kummenti tiegħek. Hawnhekk ukoll kelli esperejnza tajba fejn skorjajt 12 -il gowl. Kienet sena sabiħa fejn irnexxielna nsalvaw propju fl-aħħar ġurnata. Hija esperjenza li nibqa' ngħożż tul ħajti kollha. Madankollu, l-aqwa esperejenza tiegħek fil-futbol mingħajr dubju waslet mat-tim mill-belt kapitali ta' Sqallija, Palermo. Hawnhekk, kont u għadek meqjus bħala l-aqwa plejer li qatt libes il-flokk roża u iswed ta'dan it-tim. Irrakkontalna din l-esperjenza fi ftit kliem. L-esperjenza tiegħi ma' Palermo kienet l-aktar waħda importanti ta' ħajti. Għamilt 6 snin ma' dan it-tim mill-kapitali ta' Sqallija, fejn dħalt fil-leġġenda tal-istorja ta' dan il-klabb. Jien l-aħjar plejer ta' kull żmien ta' dan it-tim, fejn ksirt kull rekord fosthom tal-aktar plejer li qatt skorjajt gowls ma' dan il-klabb. Din kienet esperjenza meraviljuża. X'inhuma l-kummenti tiegħek fuq l-akkwist il-ġdid ta' Juventus, Paulo Dybala, li niftakruh ukoll jilgħab ma' Palermo, fiż-żmien li int ukoll kont timmilita f 'dan it-tim? Paulo Dybala huwa plejer tajjeb ħafna. Għamel avvanzi tajbin ħafna miż-żmien li fih kont nilgħab jien miegħu. Nemmen li għad ikun plejer li jiswa' ħafna lil Juventus u li fadallu fejn jitjieb, speċjalment għall-fatt li qed jilgħab ma' tim qawwi bħalma huwa Juventus. Kellek ukoll esperjenza barra mill-Italja, din id-darba f 'pajjiż mhux daqstant 'il bogħod minn pajjiżek - il-Portugall ma' Benfica. Il-kummenti tiegħek. L-esperjenza tiegħi fil-Portugall kienet waħda sabiħa. Niddeskrviha bħala esperjenza tal-ħajja. Hemmhekk kont nilgħab ma' tim bi storja glorjuża fejn f 'dik is-sena li kont magħhom irnexxieli niskorja gowls sbieħ u rnexxielna niksbu riżultati ferm tajbin fosthom fil- UEFA Champions League. Ma nistgħux ma nsemmux l-esperjenza mill-aqwa li kellek mal- klabb bi storja glorjuża fil-football mondjali, Juventus. X'tikkummenta fuq din l-esperjenza mal-Vecchia Signora? L-esperjenza tiegħi ma' Juventus kienet waħda importanti. Hemmhekk lgħabt ma' bosta plejers mill-aqwa fosthom Del Piero, Trezeguet, Buffon, Nedved u Thuram, fost l-oħrajn. Din kienet esperjenza oħra mill-aktar importanti fil-karriera tiegħi. X'tikkummenta fuq l-eks-Direttur Maniġerjali ta' Juventus, Luciano Moggi? M'għandix kummenti x'ngħaddi fuq din il-persuna! L-aħħar esperjenza li kellek fl-Italja qabel ingħaqadt ma' Birkirkara kienet dik ma' Lecce, fil-Lega Pro. Kumbinazzjoni jew le, dan it-tim jilgħab bl-istess kuluri li bih jilagħbu Birkirkara - l-aħmar u l-isfar. Lgħabt għal żewġ staġuni ma' dan it-tim - bejn l-2013 u l-2015. Il- kummenti tiegħek. L-aħħar steġun tiegħi ma' Lecce kien wieħed diżappuntanti u kien propju għalhekk li kont qed naħseb li nirtira mill-futbol. Iżda mbagħad waslet l-għażla li niġi Malta biex nilgħab ma' Birkirkara. Niġu issa għal Birkirkara. Kont rajtek preżenti fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, fil-VIP Stand issegwi l-finaki tal-FA Trophy mirbuħa minn Birkirkara kontra Hibernians bl-iscore ta' 2-0, nhar is-Sibt 23 ta' Mejju li għadda. Niftakar li dakinhar bdew iqumu diversi spekulazzjonijiet li int kont qed issegwi din il-finali għax fil- fatt stajt tabilħaqq tingħaqaq ma' Birkirkara, kif fil-fatt ġara. Iżda jien qatt m'emmint li plejer tal-kalibru tiegħek seta' jiġi jilgħab f 'pajjiż żgħir bħal mhuwa Malta, u kienet sorpriża kbira għalija meta smajt bl-aħbar li int kont ingħaqadt b'mod uffiċjali mal-iStripes. X'kien dak li wassal biex int propju tingħaqad mat-tim immexxi minn Giovanni Tedesco, u kif qed tħares lejn din l-esperjenza f 'Malta mal-iStripes? L-esperjenza tiegħi ma' Birkirkara bdiet bħala speċi ta' logħba mal-kowċ Giovanni Tedesco, li kont nilgħab miegħu mal-Palermo. Huwa ċempilli biex nibda din l-esperjenza ma' Birkirkara. Jien aċċettajt minħabba li għogbitni l-idea li niġi nagħmel din l-esperjenza fil-karriera tiegħi f 'dan il-pajjiż mill-isbaħ, u li ntemm il- karriera tiegħi fil-futbol b'daħka fuq wiċċi. Din se tkun l-aħħar sena tiegħi fil-futbol. X'tikkummenta fuq il-kankru tal-betting li kulma jmur sfortunatament qed jeqred il-futbol mondjali? Jien naqbel perfettament ma' dak kollu li jgħid Maradona rigward dan, fosthom li l-media tippubblika diversi stejjer fosthom rigward il- President attawali tal-FIFA, Sepp Blatter, li ħafna minnhom ma jiġux verifikati. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lill-partitarji ferm numerużi ta' Birkirkara. Nixtieq nirringrazzja lill-partiraji kollha ta' Birkirkara għall-istima u l-imħabba kbira li huma għandhom lejja u nispera li ntihom il-massimu tiegħu fil-grawnd permezz tal-gowls u r-riżultati li jġibu r-rebħ għall- akbar ġid ta' Birkirkara. SPORTSillum Il-leġġenda tal-futbol Taljan, Cristian Antony Muscat Fabrizio Miccoli - bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol mondjali u l-aħjar plejer li qatt ġie jilgħab ġewwa pajjiżna. "L-esperjenza tiegħi ma' Palermo kienet l-aktar waħda importanti ta' ħajti. Għamilt 6 snin ma' dan it-tim mill- kapitali ta' Sqallija, fejn dħalt fil-leġġenda tal- istorja ta' dan il-klabb."