Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 13 huwa ppubblika l-kuntratt tal-kiri bejnu u bejn sid il-proprjetà. Madankollu, dan il-kuntratt qajjem bosta mistoqsijiet, b' Beppe Fenech Adami jgħid li l-kuntratt mhux kredibbli, aktar u aktar minħabba l-fatt li Cardona huwa mitlub li jħallas il-kera qabel ma jagħlaq il-kuntratt u mhux kull xahar. Sid il- post, iġifieri Silvan Fenech, jiġi minn ta' Tumas Fenech imma li m'għandux x'jaqsam mal-kumpanija Electrogas li rebħet it-tender għall-bini tal- powerstation. Minkejja li huwa "ħabib" ma Fenech, mal-ILLUM, il-Ministru ċaħad li qatt kellu x'jaqsam mal- għoti tal-kuntratt. Ċahad ukoll li qatt irċieva xi donazzjonijiet mill-familja Fenech jew minn xi ħadd li jiġi minnhom. "Il-familji tagħna huma ħbieb, m għandix għalfejn nistħi. Il-fatt li mmorru nieħdu kafè flimkien il-Ħadd filgħodu mhix xi ħaġa ta' kontroversja, miniex qed niltaqa' ma' Żeppi l-Ħafi taħt il-pont ta' San Ġwann kif għamel missier Beppe Fenech Adami" huwa qal. Il-Ministru tal-ekonomija insista wkoll li l-kuntratt kien "normali ħafna" u li huwa bejn żewġ persuni li għandhom fiduċja f ' xulxin, u ċaħad ukoll li l-kuntratt ġie mfassal dakinhar. "Kollox huwa regolari. Nassigurak li kieku l-Prim Ministru kellu xi xamma li għamilt xi ħaġa irregolari kieku miniex ministru. Mal-Prim Ministru niltaqa' kuljum ... jekk jistaqsini biex nirriżenja u jekk ir-riżenja tkunx ġustifikata huma mistoqsijiet ipotetiċi. S'issa mhux talli ma staqsinix biex nirriżenja, talli għabbieni b'iżjed xogħol," tenna jgħid Cardona. 'wiċċ l-ilma' – Chris Cardona "Fenech Adami f ' daqqa waħda, minn Viċi Kap ta' partit... sar raġel tat-triq. Xogħolu sar li jmexxi l-qlajjiet u li jirkeb fuq il-karru ta' xi ħaddieħor biex imexxi l-qlajjiet"