Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 25 KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. TECHNICAL SERVICES OFFICER PERMESS TAL-ETC: 117/2015 Il-MITA tixtieq timpjega Technical Services Ocer s-Service Call Centre kif ukoll l-Control Centre. It-Technical Services Ocer l-Control Centre irid jagħmel xogħol ta' moniteraġġ u jagħti support fuq is-servizzi tal-informatika u l-infrastruttura tal-Gvern biex jiżgura provvista ta' servizz eċċellenti 24x7x52, lwaqt li s-Service Call Centre irid j/tori servizz ta' kwalità għolja lill-klijenti billi j/tagħmel użu minn għodda maniġerjali biex j/tagħmel dijanjosi ta' inċidenti u j/tagħti feedback lill-klijenti. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom għaren f 'numru ta' oqsma li jinkludu Local Area Networks, Operating System, Desktop Technology u j/tintegra ruħu mal-klijenti tal-MITA. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa l-qasam tal-ICT: i) Grad akkademiku (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza; JEW iii) Diploma (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza; JEW iv) tlett snin esperjenza. Il-kandidati huma mitluba li jissottomettu ċertikat ekwivalenti għal MQF għal kwalsiasi Diploma jew Degree li mhux imnilzha d-database tal-NCFHE. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' ittra, kopji taċ-ċertikati u ismijiet ta' żewġ referenzi inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom sa mhux aktar tard mill-Ħadd, 16 ta' AWWISSU 2015 fuq: careers.mita@gov.mt Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd Il-provi tal-BOV Joseph Calleja Children's Choir għaddejjin ġmielhom ILKOR tat-tfal ta' Joseph Calleja bħalissa għaddej bil-provi tiegħu bi preparazzjoni għall-kunċert li ser isir nhar it-Tnejn 3 ta' Awwissu 2015. Taħt il-gwida tad-direttriċi vokali Gillian Zammit, il-kor tat-tfal magħmul minn aktar minn 200 tifel u tifla, bħalissa għaddej bi preparazzjoni sabiex ikun jista' jakkumpanja lil Joseph Calleja kif ukoll lill-mistiedna tiegħu, li din is-sena ser jinkludu lill-grupp popolari lokali Red Electrick u l-kantanta internazzjonali Anastacia. Filwaqt li tkellem dwar il- kor u l-oriġini tiegħu, Joseph Calleja, qal li l-kor twaqqaf bil-għan li jqarreb aktar nies lejn id-dinja tal-mużika klassika. "Li jitwaqqaf kor kienet l-aktar soluzzjoni naturali mhux biss biex nintroduċu lit-tfal għall-arti, iżda biex inħajru wkoll lill- ġenituri u l-qraba tagħhom. U hekk ġara." Wara din l-inizjattiva, fl- 2013 twaqqfet il-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja, avventura konġunta bejn Bank of Valletta u Joseph Calleja. Il-Fondazzjoni tara kif tgħin lil żgħażagħ b'talent fl-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tagħhom fid-dinja tal- arti. Uħud mill-istudenti li attwalment qed ikunu mgħejuna mill-Fondazzjoni jinkludu lil Cliff Zammit Stevens u Marvic Monreal, li ser ikunu qed jingħaqdu wkoll mat-Tenur Malti waqt il-kunċert tat-3 ta' Awwissu li ser isir fil-Luxol Grounds. L-MIA jagħti €1,000 f ' vawċers tal-ivjaġġar LAJRUPORT Internazzjonali ta' Malta qiegħed iqassam vawċers tal-ivjaġġar li jiswew 'l fuq min €1,000 biex jiċċelebra l-kisbiet tiegħu u jippremja lill-konsumaturi leali tiegħu. Viżitaturi tal-ajruport iridu jaqbdu mal-WI-FI b'xejn fl-aħħar Erbgħa tax- xahar biex jidħlu f 'polza li tista' trebbaħhom vjaġġ lejn destinazzjoni internazzjonali tal-għażla tagħhom. "L-ajruport huwa destinazzjoni fih innifsu, fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu, jieklu, jixtru u jqattgħu ħin mal-ħbieb tagħhom f 'atmosfera sabiħa. L-għan ta' Wing it Wednesdays hu li jippremja lill-viżitaturi frekwenti billi noffrulhom l-opportunità li jmorru fuq avventura ġdida kull xahar," qalet il-maniġer tal-Marketing & Brand Development fl-MIA, Kristina Vassallo. Biex tieħu sehem f 'Wing it Wednesdays, żur L-Ajrport internazzjonali ta' Malta sa nofsillejl fl-aħħar nhar t'Erbgħa tax-xahar, aċċessa l-WI-FI tal-ajruport u imla d-dettalji tiegħek fuq www. wingitwednesdays.com. Il- kompetizzjoni li jmiss ser tkun fid-29 ta' Lulju u l-aħħar waħda ser issir fil-25 ta' Novembru. Wing it Wednesdays hija parti mill-kampanja ta' Malta Airport Shopping, u li permezz tagħha, l-MIA qed tiċċelebra l-kisbiet ta' dawn l-aħħar snin u tirringrazzja lill-konsumaturi tagħha għas-sapport kollu tagħhom. L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li s-sena l-oħra laqa' 4.2 miljun passiġġier, huwa l-aktar ajruport konness fil- klassi tiegħu u dan l-aħħar ikklassifika raba' fil-ASQ Awards.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015