Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 29 SPORTSillum Lil Balotelli ma jridu ħadd! JEKK kien hawn player li ħoloq il-polemika u l-kontroversja f 'dawn l-aħħar snin, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief Mario Balotelli. Ilkoll nafu li dan l-attakkant Taljan jippossjedi talent imprezzabbli fil- football, madankolku, sfortunatament dan il- player fl-aħħar snin aktar għamel isem fl-aħbarijiet li m'gahndhomx x'jaqsmu mal-football, milli rigward il-prestazzjonijiet tieghu fil-ground. L-istejjer rigward dan il-player kontroversjali kulħadd jafhom, u meta wieħed semagħhom, malajr seta' jistaqsi l-mistoqsija, jekk dak li kienx qed jisma', kienx tabilħaqq fattwali. Fost dawn l-istejjer, wieħed ma jistax ma jsemmix dik meta kien jilgħab bil-flokk blue ta' Manchester City, meta kien tilef misluta tad-djamanti fil-ground tat- taħriġ l-antik ta' Manchester City, li kien iġib l-isem ta' Carrington. Ta' player li jaqla' l-miljuni ta' flus fosthom is-somma elettrifikanti ta' £5,5 miljun fis-sena, għalih xejn ma jidher impossibli u fil-fatt, fiż-żmien li fih kien jilgħab mas-City, huwa kien qabbad lill-istaff tat-taħriġ ta' Manchester City biex ifittxu din il-misluta u wegħedhom bonus mill-aqwa jekk forsi setgħu isibuha. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, dawn qatgħu qalbhom milli jsibu din il-misluta u baqgħu mingħajr flus. Storja oħra li kapaċi tagħmel il-headlines tal- aħbarijiet, u li tkun waħda prinċipali jekk Mario Balotelli jkolu jikteb ktieb fuq ħajtu tkun dik, meta huwa ħallas somma totali ta' xejn inqas minn £1,000 għal xarba biex jikkuntenta lil kull min kien f 'pub f 'Manchester, fiż-żmien li fih kien jilgħab mal-Blues. Dawn huma affarijiet li l-ebda player professjonali u li jieħu b'tassew serjetà, il-karriera tiegħu fil-football ma joħlom li jagħmel. Biex dejjem nibqgħu fl- Ingilterra, meta Mario Balotelli, ingħaqqd ma' Liverpool, fis- sajf tas-sena li għaddiet, il-club minn Anfield Road, pprova jagħmel mill-aħjar li jista' biex jgħin lil dan il-player imwieled fil-Ghana iżda naturalizzat Taljan biex ikollu imġiba aħjar fil- ground. Però, dawn it-tentattivi jidhru li wkoll sfumaw fix-xejn, hekk kif saħansitra l-manager ta' Liverpool, Brendan Rodgers, inkariga persuna biex isegwi mill- viċin lil dan il-player biex jara li jkollu mġieba denja barra mill-ground. Ir-Reds kienu ħallsu s-somma ta' 16 -il miljun Sterlina għas-servizzi tiegħu, iżda sfortunatament dan il-player ftit li xejn patta għal din is-somma. Dan hekk kif huwa rnexxielu jiskorja biss erba' goals f '29 logħba ma' Liverpool, b'wieħed minnhom jasal fil- Kampjonat Barclays Premier - xi ħaga li xejn ma niżlet tajjeb mal-partitarji ferventi tar-Reds. B'hekk kollox qed jindika li Mario Balotelli ma jinsabx fil-pjanijiet għal mal- ewwel 11 ta' Liverpool għall-istaġun li ġej. U dan għalkemm, Liverpool, tilfu s-servizzi ta' Raheem Sterling, li ngħaqad ma' Manchester City, għas- somma fenomenali ta' xejn inqas minn £49m, fejn se jkun qed jitħallas is-somma ta' £200,000 fil- ġimgħa, biex b'hekk sar l-aktar player Ingliż li sewa' flus f 'kull żmien. Dan huwa fatt li bosta segwaċi tal-football mondjali, fosthom dak Ingliż, ikkunsidraw bħala somma li tabilħaqq hija xi ftit aktar min-normal għal dan il-player li għalkemm għandu kapaċitajiet mill- aqwa fil-football, dawn jikkuntrastaw bil-bosta, mal-kwalitajiet ta' players meqjusin bħala fenomeni, bħal mhuma Cristiano Ronaldo u Lionel Messi, fost l-oħrajn. F'dawn l-aħħar jiem, issemma' li Mario Balotellli, kien qed jiġbed l-interess ta' Inter u Sampdoria fl-Italja u ta' Trabzonspor fit-Turkija, madankollu, jidher li d-diripenti ewlenin ta' dawn il-clubs, ma tantx jixtiequ li dan il-player ikun jifforma parti mill-iskwadra tagħhom, minħabba l-aġir tiegħu, kemm fil-ground kif ukoll barra minnu. B'hekk il-mistoqsija tiġi waħedha - x'se jkun il-futur immedjat ta' Mario Balotelli? Bosta huma tal-opinjoni li lil dan il-player ma jridu ħadd! U dan kawża tal-aġir tiegħu barra fil-ground, li sfortunatament, jiżboq il-wirjiet tajbin u xi kultant mill-aqwa tiegħu fil-ground! "Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab barra minn Malta u bħalissa qed ngħixha" - Steve Borg STEVE Borg - bla dubju wieħed mill-aqwa difensuri versatili u l-aktar b'saħħithom li qatt ipproduċa l-futbol Malti, ftit tal-jiem ilu beda avventura ġdida fil-karriera tiegħu tal- futbol meta ssieħeb ma' Aris Limassol fil-gżira viċina ta' Malta, Ċipru, li hija t-tielet l-akbar gżira fid-dinja. U tabilħaqq, l-istess plejer ma setax kellu debutt uffiċjali aħjar ma' dan it-tim, meta rnexxielu jsib ix-xibka wara biss ħames minuti logħob biex fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu fir-rebħa ta' 3-1 fid- derby kontra AEL Limassol. Matul is-sajf tas-sena li għaddiet, Steve Borg, kellu esperjenza qasira ta' prova ma' Platinum Stars fl-Afrika ta' Isfel u ma' Anorthosis Famagusta f 'Cipru, u kien għażel li jiffirma mal- klabb mill-Afrika ta' Isfel. Madankollu, Platinum Stars, kienu warrbu l-offerta tagħhom propju qabel ma Steve Borg kien se jħalli Malta għall-Afrika ta' Isfel, biex jingħaqad ma' dan il- klabb. Dan id-difensur internazzjonali Malti huwa prodott ta' Mosta, u ddebutta fil-Kampjonat BOV Premier lura fl-istaġun 2005/06. Huwa kien trasferit għal ma' Valletta fl-istaġun 2009 u minn dakinhar rebaħ xejn inqas minn tliet Kampjonati Premier, żewġ FA Trophies, u tliet Super Cups mal-Beltin. It-tim li qed jilgħab miegħu Steve Borg, Aris Limassol, għal darb'oħra se jkun qed jipparteċipa fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ċiprijott, jiġifieri l-Ewwel Diviżjoni, waqt li fl-istaġun li għadda temm fit- tielet post tat-Tieni Diviżjoni. Dan il-ġurnal ma setax ma jagħmilx kuntatt mal-istess Steve Borg f 'Ċipru fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza tiegħu f 'Ċipru ma' Aris Limassol. Huwa sahaq li: Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab barra minn Malta u bħalissa qed ngħixha. Għall-bidu, sakemm tissetilja u tidra l-post, tkun xi ftit diffiċli. Imma l-importanti huwa li tagħmel moħħok hemm u tagħti l-massimu tiegħek, u l-affarijiet jibdew ġejjin waħedhom f 'posthom. U s'issa qiegħed għal qalbi ħafna mat-tim. Qed inħares ħafna 'l quddiem ukoll biex jibda l-Kampjonat Ċiprijott. Bħalissa qegħdin l-Italja bħala preparament għall-Kampjonat. Għandna għaxart ijem hawnhekk u se nkunu qed nilagħbu erba' logħbiet ta' ħbiberija," temm jgħid Steve Borg. Plejers ta' Aris Limassol jifirħu ma' Steve Borg wara li rnexxielu jsib ix-xibka wara biss ħames minuti logħob biex fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu fir-rebħa ta' 3-1 fid-derby kontra AEL Limassol