Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 11 Rabta speċjali ma' Marsilja inġabet banda Maltija biex tkompli tkabbar il-festa u fis- sena 1848 tissemma għall- ewwel darba s-sehem ta' banda Għawdxija, il-banda ta' Dirjanu. Fl-1846 inġabet għall-ewwel darba l-mużika ta' Maestro Dirjanu Lanzon. Fl-1850 il-faċċata tal-knisja iżżejnet bit-tazzi taż-żejt. Dik is-sena wkoll saru sitt arki trijonfali ħalli tiżżejjen il-pjazza. Kien x'aktarx ukoll f 'din is-sena li għall-ewwel darba ħarġet il-purċissjoni nhar il-festa. L-ewwel statwa titulari saret minn Karlu Darmanin u żżanżnet fil- festa tas-sena 1863 u damet tinħareġ sas-sena 1890 meta saret it-tieni statwa titular li nġabet minn Marsilja. Tiġrijiet taż-żwiemel li ilhom isiru 160 sena Kien ukoll x'aktarx f 'dawn iż-żminijiet li għal festa bdew isiru t-tiġrijiet taż-żwiemel. Minħabba l-popolarita ta' dawn it- tiġrijiet ta' kull sena l-Gran Mastru kien jagħmel donazzjoni biex jinxtraw il-paljijiet li jitqassmu lir- rebbieħa. Din it-tradizzjoni baqgħet ħajja u għada ssir sal-lum u nżammet ukoll it-tradizzjoni l-gvern jagħti donazzjoni għal-premjijiet tar-rebbieħa. Fil-fatt din it- tiġrija u dik ta' Santa Marija f 'Għawdex hi kollha kemm hi organizzata u mħallsa mill-Gvern. Din issir fil- ġurnata tal-festa jiġifieri llum fis-2 p.m għal paljijiet li ilha ssir 160 sena. Li anke jekk fiż-żminijiet tal-lum ma tantx tinżel tajjeb minħabba s-sħana qawwija li jkun hemm li fiha l-bhejjem ibatu, xorta ssir għax hi tradizzjoni kbira għas-Sannatin u hi parti mill-istorja. Statwa Titulari mħallsa minn Sannatin li kienu jgħixu Marsilja Din l-istatwa kienet mħallsa min-nies Ta' Sannat li kienu jgħixu Marsilja għax f 'dan il-port Franċiż kien hemm ħafna Għawdxin minn Ta' Sannat li kienu emigraw biex jaħdmu Marsilja fejn għad hemm rabta ma' din il-belt u għad hemm kommunita Għawdxija. Tant hu hekk li f 'Ta' Sannat hemm Triq Marsilja, hemm anke ħanut li jismu Marsilja Store u l-laqam tal-Franċiża hu wieħed popolari fir-raħal. Anke djar imsemmijin għal Marsilja wieħed jista jsib f 'Ta' Sannat. Il-festa ta' Santa Margerita kienet magħrufa għan-nar tagħha iżda meta splodiet il-kamra tan-nar ta' kappuna u mietu l-missier u l-iben kien ġie deċiż li flok jintefqu l-flus fin-nar jinbena każin għal banda u l-flus tan- nar intefqu fil-mużika li għas-Sannatin hi xi ħaġa li taqlagħhom minn kull festa oħra f 'Għawdex. Tliet min-nies jaħdmu n-Nar għal festa Dan ma jfissirx li għal festa ta' Santa Margerita ma jkunx hemm nar. Għax għal dan jaħsbulu Joe Bajada magħruf bħala 'Il-Malti', Jason Mifsud u Ġużeppi l-Maws. Dawn it-tlieta huma liċenzjati u jaħdmu n-nar għal festa fil- fabbrika tal-Virtu fl-Għarb u fil-Kamra 15 t'Awwissu Ta' Kerċem. Il-Ħadd fil-fatt ikun hemm logħob tan-nar u beraq pront u anke Xokkijiet mingħajr mużika. Joe Bajada qalilna li jiżvoga u jgawdi l-festa eżatt malli tidħol il-vara u jmorru jiċċelebraw fil-marċ hekk imsejjaħ tan- Nar għax isir apposta għal dawk li l-festa jgawduha mill-egħlieqi fejn jittella' n-nar biex jitgawda minn ħaddieħor. Fejn kull raħal jorganizza l-marċ il-kbir filgħodu jew wara nofs in-nhar, is-sannatin jorganizzaw l-akbar marċ wara li tidħol il-vara fejn għal dan il-marċ popolari li jintemm bi street party kbir jmorru għalih nies minn kull parti ta' Għawdex. Nixtieq nirringrazzja lil Maria Cassar Sultana, lil Dun Joseph Calleja, lil Joseph Debrincat u lil Joe Bajada tal-għajnuna u informazzjoni li tawna biex seta jittella dan l-artiklu. Il- vara ta' Santa Margerita li saret Marsilja AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015