Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 31 SPORTSillum Meta fotografu mara ġiet rikonoxxuta għax-xogħol tagħha l-boxing lokali ILKOLL nafu li l-boxing madwar id-dinja kollha huwa l-aktar assoċjat mad-dinja tal-irġiel. Iżda f 'dawn l-aħħar snin qed jikber l-interess tan-nisa f 'dan l-isp ort ukoll, u dan anki qed jidher f 'pajjiżna. Fost dawn ma nistgħux ma nsemmux lill-boxer Mandy Cortis, li nhar is-Sibt 18 ta' Lulju ġiet rikonoxxuta bħala l-aqwa boxer mara f 'pajjiżna. Iżda, kien hemm unur ieħor li seraq ix-xena matul din is-serata tal-unuri. Dan kien dak li ngħata lill-fotografu mara Christine Borg li ġiet rikonoxxuta għax-xogħol imprezzabli li tagħmel għall-akbar ġid tal-boxing lokali. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-fotografu Christine Borg innifisha fejn talabha l-kummenti tagħha rigward kif bdiet l-imħabba tagħha lejn diversi tipi ta' sport u kif din l-imħabba tiġi kkumplimentata b'mod speċjali permezz tal-arti tal- fotografija. Hija affermat li: "L-imħabba għall- fotografija nħoss li hija wirt familjari. Dan minħabba l-fatt li l-bużnannu kien hu stess fotografu, u kien jahdem l-aktar il-Barrakka ta' Fuq fiż-żminijiet ta' wara l-gwerra. Dan l-ewwel intiret minn iben il-bużnanna, in-nannu Peppi - li min jaf kemm kien jieħu gost li qbadt it-triq tal-fotografija, u ibnu li jiġi missieri, u eventwalment jien ukoll. Min-naħa l-oħra l-passjoni għall-isport ġejja mill-fatt li missieri kien għamel snin twal jilgħab il-futbol, mat-timijiet ta' Siġġiewi FC, Pietà Hotspurs u Ħamrun Spartans. Barra minn hekk missieri jħobb isegwi kull tip ta' sport li jeżisti u b'hekk trabbejt dejjem insegwi diversi tipi ta' sport. Personalment, nemmen ukoll li l-isport huwa lok ta' dixxiplina, ta' pjaċir u ta' kompetizzjoni. L-ewwel sport li bdejt insegwi fotografikament kien il-Waterpolo. Ilni dawn l-aħħar tliet snin inqatta' ħafna ħin tas-sajf fil-Pixxina Nazzjonali, f 'Ta' Qali. Huwa hawnhekk li ltqajt mal-'mentor' u ħabib tiegħi Domenic Aquilina, li żgur li m'għandux bżonn tal-ebda introduzzjoni fid-dinja tal-fotografija sportiva, u minn hawn nixtieq nirringrazjah tal- pariri dejjem professjonali u dejjem siewja li jtini u tas- sapport kollu tiegħu. Kien hu li ntroduċieni għall-familja tal-Boxing fejn din l-aħħar sena ppruvajt nattendi ħafna mill-events li saru li wassal għall-award tas-Sibt 18 ta' Lulju bħala 'Best Amateur Sport Photographer – Boxing'. Apparti l-Waterpolo u l-Boxing, sport ieħor li nħobb nattendi għalih bħala fotografu, huwa dak tal- futbol, fejn uħud mir-ritratti li ħadt ġew ippublikati fuq gazzetta lokali. Apparti dawn it-tliet sport li semmejt fejn insib l-opportunità li niġbed ritratti ta' sports differenti immur, fosthom logħob nazzjonali tar- Rugby, Cricket, Bastketball, Weighlifting u oħrajn. Uħud mill-akbar xewqat fil-fotografija huma li jkolli l-opportunità li niġbed logħba tal-UEFA Champions League bħal Barcelona vs Real Madrid u li nkun fil-pitch waqt logħba rugby tal-All Blacks ta' New Zealand. Jiena kull sport jogħġobni, u iktar ma jkolli varjetà, iktar nitgħallem u nġib l-esperjenza. Fil- fotografija dejjem titgħallem u żżomm ruħek aġġornat. Ħaġa sabiħa ħafna fil-lat ta' fotografija sportiva hija dik li tiltaqa' ma' ħafna atleti lokali kif ukoll internazzjonali, tiltaqa ma' nies professjonali u tagħmel ħbieb ġodda. Tibda tapprezza iktar ukoll in-nies ta' wara l-kwinti li jkunu qed jorganizzaw dawn l-avvenimenti sportivi. Bdejt l-esperjenza tiegħi fil-fotografija amatorjali xi ħames snin ilu fejn investejt fl-ewwel SLR tiegħi, avolja minn mindu kont tifla dejjem kont inġorr miegħi kamera tar-ritratti. Minn hawnhekk dejjem bqajt ninvesti f 'apparat, u nsejjaħlu investiment, għax tonfoq kemm tonfoq flus (li hija xi ħaġa ta' bilfors li trid tagħmel biex tarma l-apparat li tista' tiġi bżonn għal sitwazzjonijiet differenti), huwa ta' sodisfazzjon personali li jkollok riżultat tajjeb fix-xogħol tiegħek. Apparti l-fotografija sportiva, inħobb ħafna wkoll niġbed ritratti tan- natura, u kelli l-pjaċir kbir li niltaqa' mal-aktar fotografu prominenti Malti f 'dan l-aspett, Guido Bonnett. Inħobb hafna wkoll niġbed 'street photography', u ġeneralment is-safar tiegħi jkun maħsub biex inkun nista' nkabbar il-portfolio ta' ritratti ta' kulturi differenti, arti u storja. U wkoll huwa għal qalbi li nagħmel shoots b'tema naqra differenti u mhux tas-soltu - fejn għandi wkoll tim ta' ħbieb, fejn noħolqu xenarji diversi u 'out of the box'. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi tas-sapport li dejjem tawni u li dejjem emmnu fiha, lill-mexxejja ta' għaqdiet li laqawni, lill- ġurnalisti sportivi Jesmond Moore u Cristian Muscat, u lill-fotografi Domenic Aquilina u Ian Noel Pace. U l-aħħar u żgur li mhux l-inqas nirringrazzja lin- nannu Pawlu li kien hu li tani l-ewwel kamera tar- ritratti tiegħi," temmet tgħid Christine Borg. Il-fotografu li tant qed tagħmel isem fil-qasam sportiv ġewwa pajjiżna, Christine Borg Ritratt - Domenic Aquilina Żewġ BOV Plejers tax-Xahar għal Ġunju fil-Waterpolo ŻEWĠ plejers rebħu l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar tal-Water Polo għal Ġunju 2015, l-ewwel darba li ġara dan minn mindu tnieda dan l-unur. Stevie Camilleri (Neptunes Grimaldi) u Nicky Grixti (Sirens Ritter Sport) rebħu l-unur għall-BOV Premier Division. Camilleri ċertament m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għal dan l-unur fejn diġà rebħu diversi drabi. L-attakkant ta' Neptunes skorja xejn anqas minn 17 -il gowl f 'Ġunju sabiex Neptunes żammew il-pressjoni fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Serje ta' saves spettakolari mill-goalkeeper ta' Sirens, Nicky Grixti, għamluh għażla awtomatika għal dan l-unur. Il-captain tat-tim nazzjonali ta' taħt id-19 -il sena kien pedina mportantissima fir-rebħa ta' Sirens fuq Sliema, kif ukoll kellu prestazzjoni ferm tajba kontra San Ġiljan fejn Sirens tilfu b'gowl wieħed biss. Logħob konsistenti minn Claudio Spiteri Debarro ta' Marsaxlokk Fischer wassallu l-unur għall- ewwel diviżjoni. Spiteri Debarro għen lil Marsaxlokk ikomplu jagħfsu għat-titlu speċjalment il-ħames gowls tiegħu kontra Otters. Paul Gauci, Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tat-taħriġ tal-Bank of Valletta u Joe Caruana Curran, President tal-Assoċjazzjoni tal- iSport Akkwatiku ta' Malta ppreżentaw l-unuri lir- rebbieħa. Nicky Grixti ppreżentat bl-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ġunju tal- Kampjonat Premier tal-Waterpolo minn Paul Gauci, Kap Eżekuttiv taċ- Ċentru tat-taħriġ tal-Bank of Valletta u Joe Caruana Curran, President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta' Malta Stevie Camilleri ppreżentat bl-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ġunju tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo minn Paul Gauci, Kap Eżekuttiv taċ- Ċentru tat-taħriġ tal-Bank of Valletta u Joe Caruana Curran, President tal- Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015