Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 TA' Sannat, raħal ta' madwar 2,200 abitant illum jiċċelebraw il-festa ta' Santa Margerita. Festa li dis-sena hi speċjali għax fiha żanżnu arċipriet ġdid meta inħatar Dun Michael Curmi wara 27 sena taħt il-ħarsien tal-maħbub Dun Tarcisio Camilleri li ngħata promozzjoni meta nħatar bħala vigarju tal-Isqof. Il-festa Ta' Sannat hi waħda unika għax hi bażata fuq il-mużika, l-arti u r-rikezzi tal-knisja fejn il-ħwejjeġ li jintużaw mill-qassisin għal festa li huma kollha ġawhar huma spettaklu fihom infushom. U dan barra l-ventartal artistiku u l-mużika li tindaqq matul il- festa kollha. Fejn il-quddiesa tal-pontifikal għandha mużika kummissjonata apposta miktuba fl-2002 minn Charles Camilleri u hi l-unika quddiesa fil- liturġija li tindaqq biss f 'Ta' Sannat. Il-mużika għal festa ta' Sannat għandha bidu fis-seklu 20 meta l-Malti Vincenzo Caruana Spiteri li kien kap tal-iskola Ta' Sannat dak iż-żmien kiteb il-mużika għat-tridu u tal- Innu l-Kbir. L-informazzjoni għaddihielna Josef Debrincat li ilu Maestro di Cappella mis-sena 2000 u li hu l-kittieb tal-innu li jindaqq u jitkanta waqt il-pontifikal 'Margerita Martyrum'. Il- festi fl-irħula Għawdxin huma bażati ħafna fuq il-mużika tal-festa interna iżda bla dubju li l-aktar festi msemmija għal mużika tagħhom huma San Ġorġ u Santa Marija tar-Rabat u warajhom bla dubju hi l-festa Ta' Sannat. Storja ta' Festa Kull sena fir-raba Ħadd ta' Lulju ssir il-festa ta Santa Margerita Verġni u Martri fir-raħal ta' Sannat. Il-festa tagħha f 'dan ir-raħal tmur lura minn tal-anqas 500 sena ilu. L-ewwel ħjiel dwar il-festa jinsab fiż- Żjara pastorali li l-Apostoliku Pietru Duzina kien għamel fi Frar tal-1575 meta jgħid li l-prokuratur tal-kappella ta' dak iż-żmien Mikiel Fantinu kien obbligat li kull sena nhar l-20 ta' Lulju iġib qassis biex jiċċelebra l-festa. Isemmi wkoll li fil-jum tal- festa kien hemm id-drawwa li jitqassam il-hobż lil foqra. Miż-żjara pastorali tal-Isqof Tumas Gargallo li saret f 'Ghawdex fis-sena 1608 sar magħruf li din l-offerta lil foqra kienet tikkonsisti fi tmint itmiem dqiq. Kien ammont konsiderevoli għal dak iż-żmien u l-ħobż kien tal-qamħ u mhux tal-maħlut(xgħir) kif ħafna drabi kienu jieklu l-foqra. Din kienet tissejjaħ iż-żerda. Minn dak inhar 'l hawn il-festa kompliet dejjem tikber u tiġi ċelebrata b'modi diversi, b'mod speċjali mis- sena 1688 'l hawn, is-sena li fiha ir-raħal ta' Sannat inqata bħala parroċċa għalih mill-knisja Matriċi tar- Rabat. Mas-snin kull sena kienu jinxtraw oġġetti biex jiżżanżnu dak inhar tal-festa. Fil-festa tas-sena 1749 nafu li kienu ġa qed jagħmlu n-nar għal festa ta' Santa Margerita. Dak inhar il-prokuratur tal-festa Dun Mikielang Grima ħallas 10 irbgħajja u 5 ħabbiet biex jiġu sparati salut lejlet u nhar il-festa bil- maskli. Kif jixhdu r-reġistri tal-ispejjeż kulma jmur kull sena n-nar kien qed jiżdied. Fl-1838 għall-ewwel darba ġew sparati l-murtali mill- kanna li ħadu post il-maskli. L-istess reġistri juru li fl- 1750 il-festa kienet ġa qed issir bil-mużika u għal dan l-għan il-prokuratur f 'dik is-sena kien nefaq 7 skuti. Fil-festa tal-1838 kienet Ta' Sannat - Rabta illum@mediatoday.com.mt John Busuttil L-Arċipriet il-ġdid li żżanżan għall-festa - Dun Michael Curmi • Santa Margerita festa ta' arti u mużika • Żanżanu arċipriet ġdid għal festa • Marċ kbir wara d-dħul imsejjaħ il-Marċ tan-Nar • Tiġrija tradizzjonali taż-żwiemel li ilha ssir 160 sena L-Armata ssalva 371 immigrant, 1200 jiddaħħlu l-Italja ISSULDATI tal-Forzi Armati Maltin salvaw 371 immigrant mill-għarqa f ' żewġ operazzjonijiet ta' salvataġġ li saru f ' dawn l-aħħar erbat ijiem. L-immigranti ġew salvati mid-dgħajsa tal-Forzi Armati ta' Malta, l-P61, qabel ma ddaħħlu fi Sqallija. Fl-ewwel operazzjoni, l-armata salvat 138 immigrant 'il barra mill-kosta Libjana, filwaqt li fit-tieni operazzjoni ta' salvataġġ, ġew salvati 233 immigrant ieħor. Il-Patrol Boat waslet lura Malta l-bieraħ wara nofsinhar wara li kienet ilha erbat ijiem fuq il-baħar bħala parti mill- missjoni tat-tiftix u salvataġġ, "Triton", tal-Frontex. L-armata assistiet ukoll il-Marina Militari u l-Guardia Costiera Taljana. Intant, il-bieraħ, ġew salvati iktar minn 1,200 immigrant, bil-maġġoranza tagħhom jaslu mit-Tramuntana tal-Afrika u s-Sirja. L-Armata Taljana qalet li l-immigrant jinkludu 188 mara u 27 tifel u tifla. Huma ddaħħlu f ' Palermo wara li ġew salvati minn bastiment Norveġiz fil-baħar Mediterran. 468 immigrant ieħor idaħħal f ' Pozzallo abbord bastiment tal- armata Irlandiża. Sewwieq ta' rota mutur jaħbat ŻAGĦŻUGĦ ta' 21 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi f 'inċident li seħħ il- bieraħ fir-roundabout Tas-Sufarini, qrib Triq Aldo Moro, l-Marsa. L-inċident seħħ għall- ħabta ta' 12:05 meta xi raġuni, ż–żagħżugħ ħassu ħazin waqt li kien qed isuq rota mutur u baqa' dieħel f '' 'guard rail'. Mad-daqqa huwa waqa' fuq il-bankina u ħabat rasu. Is-sewwieq tar-rota mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn sewwieqa u minn persuni li kienu fil-viċin, qabel ma ttieħed l-isptar. Sfortunatament, persuna mhix magħrufa seraq il-kartiera ta' mara li waqfet biex tagħti l-għajnuna lil dan iż– żagħżugħ wara li l-istess mara ħalliet il-karozza tagħha miftuħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015