Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 9 ħallewna mwaħħlin mal-iskrin U la qed nitkellmu dwar it-transvestiti fl-industrija tat-teatru, mużika u films, nistgħu ma nsemmux lil Tim Curry fir-Rocky Horror Picture Show? Huwa wieħed mill-musicals l-aktar klassiċi u popolari ta' kull żmien b'Curry jagħmel il-parti ta' Doctor Frank- N-Furter. L-iktar diska li tibqa' mwaħħla fil-memorja kollettiva tal-film hija' 'Sweet transvestite'. Kif jissuġerixxi l-isem tad-diska, mingħajr il-fattur ta' Curry liebes ta' mara din il-produzzjoni kienet titlef ħafna mill- ammirazzjoni kontinwa u l-popolarita' qawwija li kisbet matul is-snin u li għad għandha sal-lum. B'imħatra li nsejtu li Patrick Swayze kien libes ta' mara fil-film 'To Wong Foo, Thanks for everything'? B'imħatra li nsejtu li anke John Travolta kellu parti liebes ta' mara fil-film u musical ferm popolari 'Hairspray' fil-parti ta' Edna Turblad? U la semmejna l-isem Edna ma nistgħux ma nsemmux lil Dame Edna (Barry Humphries), popolari ħafna fl-Awstralja għall-partijiet tagħha fi produzzjonijiet ta' films. Iktar riċenti, rajna films oħrajn li ċċentraw madwar il-figura ta' raġel li jilbes ta' mara, fosthom Eddie Murphy fil-film komiku 'Mama' li bla dubju għamel suċċess fiċ-ċinema madwar id-dinja kollha. F'dan il-film membru tal-FBI, bil-parti magħmula minn Martin Lawrence, jkollu jinbidel f 'din il-mara Afro- Amerikana bħala parti minn pjan biex jinqabad kriminal bl-isem ta' Lester. ....u lokalment Dan il-fattur mhux xi wieħed esklussiv għal produzzjonijiet barranin, fil- fatt f 'pajjiżna, li raġel jilbes ta' mara hija xi ħaġa popolari ħafna li tinżel għasel mat- telespettaturi Maltin. Hector Bruno u George Micallef kellhom produzzjoni, li nazzardaw ngħidu splodiet l-istazzjon tal-PN, Net TV, 'l fuq sew fil-bidu tiegħu. 'Jessy u Bessy' kien serje komiku dwar żewġ nisa aħwa, waħda fuq tagħha, li kelma ma tantx iżommha fl-istonku u oħtha li kienet aktar kwieta u kawta. Bla dubju din il- produzzjoni kienet il-qofol tal-"koppja" televiża bejn Bruno u Micallef. Mingħajr il-fattur ta' żewġ irġiel lebsin ta' nisa, Jessy u Bessy ma kienu jkunu xejn, żewġ karattri li ma jafhom ħadd. Kull sena fil-Milied eluf ta' Maltin erħilhom imorru jsegwu xi pantomima, min isegwi dik bil-Malti u oħrajn isegwu dik bl-Ingliż. Imma liema huwa l- karattru li dawk li jmorru l-pantomima jkunu qed jistennew l-aktar? Mhux id-Dama? Mingħajr id-Dama, raġel liebes ta' mara ġeneralment b'kostumi u make up eseġerat, il- pantomima mhi xejn. Fil-fatt din il-produzzjoni teatrali komika u mill-aktar satirika ma tkun xejn jekk mhux għall-preżenza u l-abbilta' li d-dama tkanta, tiżżufjetta b'xi personaġġi, l-aktar politiċi, u li tuża l-ispirtu pront fejn neċessarju. Anke għall-Malta Song Festival fl-2008 kellna lil Ray Calleja liebes ta' mara kbira u pjuttost mibruma, magħrufa bħala 'Josette' li kantat id-diska 'catwalk'. Minkejja li ma rebħitx lil Josette kont taraha kullimkien, programmi ta' diskussjoni, avvenimenti ta' karita', parties. Insomma kullimkien. Imma għalfejn popolari? Il-mistoqsija tibqa' allura, għalfejn raġel liebes ta' mara għandu din il- kapaċita' li jdaħħaq u li jkun ta' divertiment akbar? Probabilment ir-risposta qiegħda fil-fatt illi dan il- fattur jinjetta aktar teatralita' fil-produzzjoni. Raġel liebes ta' mara huwa tad- daħk, għax qed nistennew li persuna b'attribwiti maskili se jkollha toħroġ il-femminil li hemm fiha u xi kultant dan mhux daqstant faċli. Tant hu hekk li r-reazzjoni tan-nies għal attur, Malti jew barrani, li jilbes ta' mara huwa "kemm jinqala'" jew "kemm jaf jagħmilha ta' mara". Huma bosta għalhekk li jaraw l-abilita' ta' raġel, speċjalment jekk huwa maskili ħafna, li jagħmel parti ta' mara, bħala ċ-ċertifikat aħħari li l-attur huwa wieħed ta' ħafna talent. Immorru żbaljati iżda jekk naħsbu li m'hemmx realta' akbar wara l-fatt li rġiel jilbsu ta' nisa fid-dinja tal-mużika u t-teatru. Fil- fatt it-teatru u l-films kienu dejjem l-lok fejn raġel seta' jesprimi, forsi xi ftit aktar, l-aspett femminili tiegħu. Kieku raġel, hu min hu, kellu jażżarda jilbes bħal Mrs Doubtfire jew bħal Divine, u jinżel jippassiġġa mal-baħar żgur li jkun qed jattira lejh r-redikolu tal- massa. Iżda ladarba l-istess figura maskili tilbes hekk fuq l-istejġ l-mod kif inħarsu lejn il-persuna jinbidel. Ma jibqax redikolu, jew redikolu sa barra, imma jsir bniedem ta' talent kbir, li jdaħħaq, jbikki u jiddeverti. Jiġifieri it-teatru u l-films jistgħu qed iservu ta' pjattaforma mhux biss biex joħroġ aspett fil-karattru ta' persuna li jkun moħbi, iżda jista jkun ukoll qed jagħmel dak li hu tabu', aċċettabbli għas-soċjeta'. Apparti t-teatralita' tat-transvestija quddiem l-iskrins tat-TV, fil-fond, it-telespettaturi jafu li meta raġel jippreżenta lilu nnifsu ta' mara jkun qed joffri ħafna interess, għax min qed jarah ikun irid jsir jaf, kemm lir-raġel li mhux qed jara, kif ukoll lill-mara quddiemu. "Mingħajr id- Dama, raġel liebes ta' mara ġeneralment b'kostumi u make up eseġerat, il- pantomima mhi xejn" Ir-rebbieħa tal-Eurovision 2014 'Conchita' L-attur Robin Williams fil parti ta' Mrs. Doubtfire