Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 SPORTSillum Jittellgħu l-poloz tal-Kampjonati BOV tan-Nisa ILPOLOZ tal- kampjonati BOV tal- futbol għall-istaġun 2015/2016 ittellgħu minn Rodney Pisani, Deputat Segreatarju Ġenerali tal-Malta Football Association u Joyce Tabone, Maniġer Media and Community Relations fi ħdan il-Bank of Valletta. 'Il-Kampjonati BOV tal-futbol tan-nisa se jaraw 13-il tim jikkompeti f 'żewġ diviżjonijiet, 6 fl-ewwel diviżjoni u 7 fit- tieni diviżjoni', qal Rodney Pisani. Il-Logħob ser jibda fit-23 ta' Settembru 2015 u jintlagħbu fiċ Charles Abela Stadium (Mosta), Centenary Stadium, Luxol Stadium, Mġarr Ground, Pembroke A. Ground, Zebbug Ground u oħrajn jekk jinqala l-bżonn. 'Din hija l-ħames sena konsekuttiva li fiha l-Bank of Valletta qed ikun l-isponsor ewlieni tal-kampjonati tan-nisa' qalet Joyce Tabone. 'Matul dawn is-snin rajna hafna talenti ġodda kif ukoll titjib fil-livell tal-logħba tant li diversi plejers qed jiġuhom opportunitajiet sabiex jilagħbu barra minn Malta u jiksbu esperjenza internazzjoniali' Il-Poloz tal-kampjonati BOV tan-nisa kif ittellgħu. Lista sħiħa tal-poloz tiġi ppublikata fi żmien qasir mill-MFA. Keith Galea jiddomina l-ewwel tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series Joyce Tabone u Rodney Pisani waqt it-tlugħ tal-poloz tal-futbol tan-nisa għall-istaġun li ġej KEITH Galea jiddomina l-ewwel tellieqa tal- Birkirkara St Joseph Triathlon Series Iċ-champion ta' Malta tat- Triathlon, Keith Galea, ta' Birkirkara St Joseph, ħareġ rebbieħ fl-ewwel tellieqa tat-Triathlon Series li giet organizzata mill-istess club. Iktar minn 65 atleta ħadu sehem f 'din it-tellieqa li saret ġewwa Birzebbugia f 'kundizzjonijiet sħan ħafna. Din kienet l-ewwel sprint triathlon tal-istaġun u l-atleti kellhom jagħmlu għawma ta' 750m, rota ta' 20km u jispiċċaw b'ġirja ta' 5km Galea ħareġ l-ewwel mill-baħar fejn għamel l-għawma ta' 750m f 'ħin ta' 10.20. Huwa kien segwit minn sieħbu tal-istess klabb Graham Borg 14 -il sekonda warajh. Iż- żagħżugħ Shaun Galea tal-istess klabb, ħareġ mill- ilma fit-tielet post f 'ħin ta' 11.33. Borg laħaq lil Galea u t-tnejn bdew jissieltu għall-ewwel post. Konxju li għandu ġirja tajba u tas- sħana kbira, Galea qagħad naqra lura biex jirriserva l- enerġija għall -ġirja. Huwa daħal l-ewwel fit-transizzjoni u wara li biddel b'ħeffa liema bħalha, iċ-champion ta' Malta beda l-ġirja b'pass b'saħħtu ħafna u beda jkabbar il-vantaġġ tiegħu ma' kull pass. Grazzi għall-aqwa ħin tal- ġurnata fil-ġirja ta' 18.10, Galea rebaħ din it-telleiqa f 'ħin rekord tal-korsa ta' 1.01.21, minuta aħjar mill-ħin preċedent li kien ta' Galea stess. Graham Borg spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 1.02.42 u Fabio Spiteri tal- Agones S.C. spiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 1.03.48. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal Galea qal li jinsab ferm sodisfatt bil-prestazzjonijiet tiegħu speċjalment għax irnexxielu jnaqqas il- ħin tiegħu b'minuta f 'kundizzjonijiet ferm diffiċli, minħabba s- sħana kbira li kellhom jaffrontaw l-atleti. Dan il-fatt jinkoraġġieh hekk kif huwa jinsab kunfidentli li l- ħin jista' jnaqqsu iktar. Galea xtaq jirringrazzja lill-klabb tiegħu Birkirakra St Joseph Sports Club, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malta, lill- Kunsill Malti għall-iSport u lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Starbene 24/7, Challenge Malta Marathon, Mochika Outdoor Life u lil Jaycee Malta tas-sapport kontinwu li jtuh. Riżulati pożittivi għaż-żgħażagħ Maltin fil-basketball b'midalji tal-fidda u bronż f 'Ġibilta u San Marino rispettivament LEWWEL żewġ timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ fl- azzjoni dan is-Sajf kellhom riżutati inkorraġanti u pożittivi fil-Kampjonati Ewropej tal-kategorija rispettiva tagħhom f 'Ġibilta' u San Marino rispettivament. It-tim nazzjonali femminili ta' taħt it-18 -il sena kiseb il-midalja tal-fidda ġewwa Ġibilta' wara li f 'ħames ġranet ta' kompetizzjoni, it-tfajliet Maltin kellhom biss ibaxxu rashom kontra l-qawwa tat- tim Skoċċiż li eventwalment rebħu d-deheb fil-kampjonati. Fil-fatt, it-tim imexxi minn Sandro Farrugia u Moira Caruana, fl-ewwel ġurnata kellhom taqtiegħa sal-aħħar sekondi kontra Andorra għal rebħa ta' 57-5. Wara telfa kontra l-Iskozja, it-tim Malti rreaġixxa b'rebħa komda ta' 60-34 fuq Ġibiltà, u wara definittivament kisbu l-midalja tal-fidda b'rebħa ta'51-39 wara logħba missielta kontra Wales. Il-Maltija Hannah Al-Tumi ntagħżlet fost l-aqwa ħames players tal-kampjonati wara li spiċċat l-ewwel fi blocks, bi tlieta kull logħba, kif ukoll medja ta' 9 rebounds kull logħba. Ġewwa San Marino, it-tim nazzjonali tas-subien ta' taħt is-16 -il sena fetaħ l-impenji b'żewġ rebħiet inkorraġanti fuq l-Albanija 58-48 u fuq Andorra wara logħba deċiża fil-ħin barrani fejn Kurt Cassar kiseb 50 punt fir-rebħa ta' 81-74. It-tim Malti għalaq il-fażi tal-gruppi b'telfa ta' 48- 77 kontra San Marino, li eventwalment rebħu d-deheb, però xorta spiċċaw fit-tieni post tal-grupp. Fis-semifinali Malta kellha tilgħab kontra t-tim qawwi ta' Kosovo u minkejja l-isforzi kollha Malta tilfet 45-65. Is-subien Maltin, imexxija minn Gabriele Alesse u Duncan Fenech, iffaċjaw lil Wales fil-logħba għal-midalja tal-bronż u wara bidu kwiet, it-tim Malti rkupra u rebaħ 55-44. Ta' min isemmi l-fatt li Kurt Cassar ntgħażel fost l-aqwa ħames players tal-kampjonati wara li xeraq ix-xena għal Malta u spiċċa wkoll l-aqwa skorer u rebounder tat- tornew wara li rreġistra ħames 'double-doubles' konsekuttivi inkluż erba' logħbiet fejn kiseb aktar minn 20 punt u 20 rebound kull logħba. It-tim nazzjonali tal-irġiel tal-basketball ta' taħt is-16 -il sena It-tim nazzjonali tan-nisa tal-basketball ta' taħt it-18 -il sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015