Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
28 illum Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 SPORTSillum Żjara ta' suċċess għal Giuseppe Baresi ġewwa Malta NHAR il-Ġimgha 17 ta' Lulju, l-eks captain u assistant coach ta' Inter, Giuseppe Baresi, iltaqa' mal- partitarji Interisti Maltin ġewwa l-Inter Club PUPI Zanetti Malta waqt riċeviment fil-klabb li jinsab fi Triq l-Irmiġġ, l-iMsida. Matul din l-attività l-Interisti kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma' Baresi u saqsewh xi domandi waqt intervista li saritlu. Baresi ġie ppreżentat b'tifkira mil-president tal-klabb Paul Fenech u l-bqija tal-kumitat, fejn irringrazzjah talli aċċetta l-istedina kif ukoll tad-disponibilità tiegħu. L-għada s-Sibt Baresi żar il-gżira sabiħa ta' Għawdex waqt li l-Ħadd 18 ta' Lulju il-leġġenda Interista żar il-belt kapitali, Valletta. Giuseppe Baresi twieled fis-7 ta' Frar 1958 fi Travgliato fil-provinċja ta' Brescia. B'hekk illum dan il- leġġenda Interista jgħodd it-58 sena. Iddebutta ma' Inter fis-Serie A fl-istaġun 1977/78 ta' 19-il sena, iżda sena qabel iddebbutta bil-flok Neroazzurro fil-Copppa Italia fir- rebħa kontra Juventus ta' 1-0. Baresi liebes il-flokk nerazzurro għal 16 -il staġun bejn l-1976 u l-1992, fejn fl-1988 ġie maħtur bħala captain. Huwa lagħab total ta' 559 partita 392 fis-Serie A, 73 partita fl-Ewropa u 94 fil-Coppa Italia u skorja 13 -il gowl għal Inter, fejn rebaħ diversi unuri fosthom darbtejn is-Serie A darbtejn il-Coppa Italia għal darbtejn, kif ukoll is-Supercoppa Italiana u t-Tazza UEFA, waqt li rrapreżenta lil pajjiżu, l-Italja, għal 18 -il darba. Irtira bħala plejer ta' 36 sena bl-aħħar sentejn jilgħabhom ma' Modena. Kien kowċ tas-settur ġovanili u fl-istaff tekniku ma' diversi kowċis tal-Inter. Giuseppe Baresi huwa simbolu u leġġenda Interista. Qalilna li l-imħabba tiegħu lejn Inter nibtet, minn meta kien tifel żgħir, speċjalment meta daħal fis-soċjetà meta kellu biss 14- il sena. Irrakkontalna x'ħass meta libes għall-ewwel darba l-flokk ta' Inter mal-kbar, fejn afferma li l-ewwel darba li huwa għamel dan kienet f 'partita Ewropea kontra Dinamo Tbilisi, iżda fil- kampjonat lagħab l-ewwel partita tiegħu kontra Vicenza. Kien għad kellu biss 19 -il sena u kienet ta' sodisfazzjon kbir iżda ma beżax anzi kien konċentrat ħafna u attent il-ħin kollu. Semma' b'mod partikolari dawk id-drabi meta kien jaffronta lil ħuh Franco fid-Derby della Madoninna bejn AC Milan u Inter, fejn sostna li kien iħossu ferm emozzjonat, iżda mbagħad ġaladarba kienet tibda l-logħba kien jinsa kollox u jikkonċentra biss fuq il-logħba fil-grawnd, liema logħba kif ilkoll nafu tkun waħda ferm mistennija u akkanita miż-żewġ naħat tat-timijiet li jirrapreżentaw il- belt ta' Milan fl-Italja. Rigward l-emozzjoni li ħass meta libes għall- aħħar darba l-flokk ta' Inter, huwa tenna li kient ilu l-aħħar sentejn ma jilgħabx regolarment u kien qed iħoss li kien wasal biex jitlaq lil dan it-tim bħala plejer. Dak inhar għaddew mill-kurituri ta' moħħi, ir-rebħiet u t-telf matul il-karriera kollha. Bdew għaddejjin memorji sbieħ li daħħlu lil dan it-tim f 'qalbu. Kien ċert li għalkemm kien se jispiċċa bħala plejer, kien hemm iżjed x'jagħti lil din is-soċjetà. Baresi barra l-unuri li rebaħ bħala plejer kien jifforma parti mill- istaff tekniku u assistant coach ta' diversi kowċis ta' Inter, fosthom Mourinho, Leonardo, Benitez, Ranieri, Stramaccioni u Mazzarri, fejn magħhom rebaħ mhux biss it-triplete ta' Mourinho, iżda kien rebaħ ukoll il-ħames tazzi meta ma' Benitez rebaħ is-Super Coppa Italiana u t-Tazza tad-Dinja tal- Clubs. Bħala unur individwali kien rebaħ il-Premio Scirea għal karriera eżemplari tiegħu. Tlabna lil Baresi x'differenzi ewlenin jara bejn l-irwol li kien iħaddan ta' plejer u dak ta' kowċ, u liema wieħed kien jagħtih l-aktar sodisfazzjon. Huwa wieġeb li kollox fih is-sodisfazzjon tiegħu u li l-ebda sodisfazzjon ma jegħleb lill-ieħor. Huwa tenna li anki meta kien kowċ tas-settur taż-żgħażagħ kien ta' sodisfazzjon kbir għalih li jara plejers li kien bdiehom hu u li fl-aħħar mill-aħħar irnexxielhom isibu posthom fis- Serie A u jirbħu tournaments bħal dak ta' Viareggio. Baresi qal li hu dejjem kellu rapporti tajbin ma' kull kowċ li ħadem miegħu iżda qalilna li fl- espserjenza tiegħu ma' Mourinho, il-fatt li din kienet sena storika għall-Inter bir-rebħ tat-Triplete waslet biex ikun hemm aktar affidabiltà u stima lejn dan il-kowċ meqjus bħala wieħed mill-aqwa li qatt ipproduċa l-futbol mondjali. U fil-fatt tlabna lil Baresi, jekk jaħsibx li Mourinho huwa l-aqwa kowċ fid-dinja fil-preżent, u huwa kien pront wieġeb li m'hemmx dubju li huwa ġenju tal-futbol, u jekk forsi mhuwiex in-numru 1, żgur li huwa jkun jinsab mal-ewwel 3 fil-gradwatorja tal-aqwa kowċis tad-dinja, illum il-ġurnata. Rigward kif qed iħares lejn il- futur tiegħu, Giuseppe Baresi, kien pront u bla tlaqliq saħaq li kif imur lura mill-vaganzi hemm kuntratt jistennieh biex jiffirmah. L-unika ħaġa li ma jafx eżatt hija rigward x'se jkun ix-xogħol offrut lilu, iżda żgur li l-futur tiegħu se jkun wieħed esklussiv ma' Inter. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku, www. icpupizanettimalta.com, jew il-paġna uffiċjali fuq facebook tal- klabb, https://www.facebook.com/ icpupizanettimalta. Giuseppe Baresi flimkien mal-President tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta, Paul Fenech ġewwa il-Belt Valletta Ritratti - Charles Vassallo Giuseppe Baresi