Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 54 30 59 65 35 35 64 36 EMPIRE Pharmacy, Valletta 77, Triq it-Teatru l-Antik BROWN'S Pharmacy, Ħamrun 706, Triq il-Kbira San Ġużepp ST. George's Pharmacy, Qormi 21, Triq il-Kbira PHARMAPLUS, Birkirkara TRIQ Ganu ST. Luke Pharmacy, Pietà TRIQ San Luqa ST. Julians Pharmacy, San Ġiljan 24, Triq G. Borg Olivier NORMAN'S Pharmacy, Sliema 133, High Street ILMEĦRIEŻ Pharmacy, Iklin 31, Triq Giovanni Curmi ROTUNDA Pharmacy, Mosta 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku PARKES Pharmacy, San Pawl il-Baħar 582, Triq San Pawl MADDALENA Pharmacy, Santa Luċija SHOP 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri MILIA'S Pharmacy, Birgu 73, Triq il-Kottonera BELLAVISTA Pharmacy, Marsascala TRIQ Salvu Buhagiar MARTIN'S Pharmacy, Birżebbuġa 182, Triq Birzebbugia PASTEUR Pharmacy, Safi TRIQ it-Tellerit BROWN'S Pharmacy, Żebbuġ 47, Vjal il-Ħelsien MAKE Over Pharmacy, Mtarfa BLK A, Town Centre HOS AZZOPARDI Pharmacy, Victoria, Gozo TRIQ il-Kapuċċini XAGĦRA Pharmacy, Xagħra, Gozo 55, Triq il-Knisja AIRPORT Pharmacy, Luqa MIFTUĦA mis-7:30am till 10pm L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 24˚ Ċ TEMP: Pjuttost imaħħab b'ħalbiet tax-xita li jsitgħu jkunu bir-ragħad VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Majjistral forza 2 għal 3 li jsir Tramuntana forza 3 għal 4 u jdur mill-Majjistral it-Tramuntana forza 4 mal-lejl BAĦAR: Ħafif li jsir ħafif għal moderat IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 28 °C L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 24 Ċ TEMP: L-biċċa l-kbira sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 4 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif għal moderat IMBATT: Ftit li xejn Sentejn u nofs wara; ALBERT GAUCI CUNNINGHAM FI ftit ġimgħat, jaħbat eżatt is-sentejn u nofs minn meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali u għalhekk dan il-Gvern ikun wasal preċiżament fin-nofs tat-terminu tiegħu. Wara 25 sena, aqta' t-22 xahar bejn l-1996 u l-1998 barra mill-Gvern, l-aspettativi tal-poplu Malti għall-Gvern Laburista, speċjalment għall-Prim Ministru Joseph Muscat, kienu għoljin ħafna. Fil- pajjiż kien hawn stennija kbira għat-tneħħija ta' partit li kien ilu wisq fil-Gvern u għad-dħul f 'Kastilja ta' partit li kien iktar ġdid, frisk u li lest biex jibda jiggverna. Imma issa, f 'nofs leġiżlatura, x'inhuma l-merti u d-difetti ta' Gvern Laburista? Liema huma dawk l-oqsma li fihom qed jeċċella u liema huma dawk li fihom qed ifalli? F'liema oqsma l-Gvern qed iħalli differenza pożittiva u f 'liema, bil- Labour, qed immorru għall-agħar? U fl-aħħar nett, liema huma dawk l-oqsma li dwarhom ġudizzju għadu ma jistax isir? L-ILLUM ħares lejn 12-il qasam b'kollox. Erbgħa oqsma fejn dan il-ġurnal jidhirlu li l-Gvern sejjer tajjeb. Erbgħa fejn il- ġudizzju għad irid isir għax għadu kmieni wisq, u erbgħa fejn il-Gvern s'issa mhux sejjer tajjeb. Tajjeb: Turiżmu It-turiżmu għaddej minn saħħa għal iktar saħħa. In- numru ta' turisti qed jiżdied, l-iljieli li jqattgħu f 'pajjiżna qed jiżdiedu, u n-nefqa tat-turisti qed tiżdied ukoll. L-impjiegi f 'dan il-qasam żdiedu u s-sitwazzjoni ta' profittabbiltà tal-lukandiera tjiebet ukoll. Il-boom qawwi li ra dan is-settur f 'dawn is-sentejn kien pożittiv għal ħafna negozjanti, ħwienet u ristoranti li b'xi mod jew ieħor imissu jew jiggwadanjaw mill-industrija turistika. Tajjeb: Ekonomija Bi tkabbir ta' 4% fil- Prodott Domestiku Gross, titjib fil-qagħda finanzjarja, tnaqqis qawwi fil-qgħad, żieda fil-popolazzjoni ta' nies b'impjieg u ċaqliqiet kbar f 'bosta setturi bħal dak tal-proprjetà, negozju u t-turiżmu (kif imsemmi diġà), m'hemmx dubju li l-ekonomija ta' pajjiżna bħalissa għaddejja minn perjodu tajjeb ħafna. Fil-fatt ir-riżultati ekonomiċi li ilha tikseb Malta għal aktar minn sena, jagħmlu lil pajjiżna fost l-aqwa fl-Ewropa f 'dak li jikkonċerna tkabbir u ottimiżmu ekonomiku. Tajjeb: Edukazzjoni Minkejja l-biża' minn Gvern Laburista, kollox ma' kollox, f 'dawn is-sentejn ittieħdu ħafna miżuri li kienu suċċess f 'dan il-qasam. Il-ko- edukazzjoni kienet suċċess u qed tkompli tinfirex, tibdiliet strutturali u t-titjib f 'numru ta' skejjel, fosthom dik tar-Rabat, Malta, għamlu l-ambjent fl-iskejjel aħjar biex titgħallem fih. Ix-xogħol fuq il-wegħda tas-sabbatical beda filwaqt li għaddej xogħol infrastrutturali fuq l-Iskola Nazzjonali għall- Isport f 'Pembroke. L-akbar kisba ta' dan il-Gvern fl- edukazzjoni huma l-policies li ħarġu kontra l-ibbuljar u favur edukazzjoni aktar inklussiva. Dan apparti numru ta' inizjattivi oħrajn relatati mal-użu tat- teknoloġija, il-breakfast club, l-Alternative Learning Programme u ċ-child care b'xejn li ntlaqgħu b'mod pożittiv ħafna. Tajjeb: Riformi Dan il-Gvern beda numru ta' riformi u bidliet li kienu ilhom jistennew snin. Il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, id-dikriminalizazzjoni tad-droga, riformi fil- qasam ta-Ġustizzja, il- 'Whistleblower's Act' u r-riforma fil-pensjonijiet huma kollha affarijiet li mill- paroli, f 'dawn is-sentejn u nofs, għaddejna għall-fatti. Riċentement kien hemm ukoll il-bidliet fil-liġi relatata maċ-ċensura biex din tkun tirrifletti aktar ir-realtajiet tal-lum. Nistennew: Powerstation Il-proġett tal-Power Station ġdida li taħdem bil-gass waqa' lura. Għalkemm il- kontijiet tad-dawl u l-ilma raħsu, il-poplu għandu stennija partikolari għall- Power Station li taħdem bil-gass kif mwiegħed b'tant pompa qabel l-elezzjoni. Jekk din ma timmaterjalizzax, il-Gvern ikun ħa daqqa kbira Ittieħdu diversi inizjattivi għal edukazzjoni aktar inklussiva Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-Powerstation il-ġdida f 'Delimara L-eks Ministru Manuel Mallia ma' Silvio Scerri ul-eks Kumissarju tal- Pulizija, Pietru Pawl Zammit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015