Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865
Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 25 Il-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank ma taqta' xejn matul is-sajf Tfal minn Skolasajf jimpenjaw ruħhom għall-Malta Community Chest Fund BĦALA parti miż-żjajjar spissi fl-iskejjel, l-E.T. il- President ta' Malta, Marie- Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca, dan l-aħħar żaru lit- tfal li qed jattendu ċ-Ċentru ta' Skolasajf fis-Siġġiewi. Matul din iż-żjara, il-President kienet akkumpanjata minn Charles Borg, CEO ta' Bank of Valletta, is-Sa Elizabeth Pisani CEO tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u s-Sa Rodianne Fenech, Koordinatriċi taċ-Ċentru. Matul iż-żjara tagħha, l-E.T. il-President ingħatat informazzjoni fuq l-attivitajiet li qed jagħmlu t-tfal u min jieħu ħsieb dan iċ-Ċentru, inkluż attivitajiet li għandhom l-għan li jiġbru fondi għall- kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank matul is-sajf. Kif spjega Charles Borg, "B'rabta max-xewqa tal-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, il-kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank qed tiġi estiża matul ix-xhur tas-sajf biex tagħti opportunità akbar lit-tfal li jgħinu lil ħaddieħor b'mod attiv permezz tal-azzjonijiet tagħhom." Huwa kompla, "Illum, aħna qed inkunu xhieda ta' numru vast ta' attivitajiet li fihom kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri tagħhom qed ikunu involuti b'mod attiv. B'dan il-mod, nemmnu li din il-kampanja ħa tilħaq l-għan tagħha li tkabbar l-ispirtu ta' solidarjetà u altruwiżmu fit-tfal tagħna." Elizabeth Pisani kompliet, "Aħna sodisfatti li l-estensjoni tal-kampanja BOV Piggy Bank qed issir matul il-programm ta' Skolasajf. Dan is-sajf, hemm aktar minn sittin ċentru madwar Malta u Għawdex li qed joffru dan il-programm. L-għan ewlieni tagħna huwa li nipprovdu esperjenza ta' edukazzjoni informali li tgħin lill-istudenti jiżviluppaw b'mod ħolistiku filwaqt li noffrulhom ħin ta' rikreazzjoni. Nemmnu li l-parteċipazzjoni tagħhom b'mod attiv biex jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund torbot bis-sħiħ mal-għan tal-programm Skolasajf." Il-Banif jgħin lill-Fondazzjoni Wirt Artna BANIF Bank wera s-sapport tiegħu lill-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA) sabiex tamministra l-Batterija tal-Mistra, mibnija fis-seklu tmintax, li tinsab fil- Mellieħa. Il-FWA għandha l-għan li tirrestawra dan il-monument importanti għall-istat oriġinali tiegħu. Dan l-eżerċizzju jinvolvi li terġa' tinkixef il-pjattaforma tal-kanuni, li jerġgħu jiġu ffurmati l-ftuħ minn fejn kienu jisparaw bl-ixkubetti u kif ukoll parti mill- parapett tal-kanuni. Il-foss difensiv li jdawwar lill-istess batterija ġie mnaddaf u mniżżel għal-livell oriġinali tiegħu. Hemm ukoll il- ħsieb li jerġa' jitqiegħed il-pont tal-injam u li jkunu rranġati l-aperturi kollha. Il-Batterija tal-Mistra ser tintuza' bħala mużew dedikat għall-istorja tas- sistemi ta' difiża tal-kosta tul il-ħakma tal-Ordni ta' San Ġwann. Il-batterija nbniet mill- Ordni ta' San Ġwann bejn l-1714 u l-1716 waqt ir-renju tal-Gran Mastru Aragoniz, Fra Ramon Perrelos. Minkejja dan, id-daħla tal-batterija ġġib l-arma ta' Granmastru Portugiż, Fra Manuel Pinto de Fonseca. Din hi indikazzjoni tajba li l-istess batterija tkabbret għall-dak li hi llum taħt dan il-Gran Mastru. Dan kien żmien ta' bidla kbira fl-istrateġija tad-difiża tal-Ordni, fejn din issaħħet b'mod sostanzjali u nfirxet mill-Port il-Kbir għall-kumplament tal-gżira. Il-Batterija tal-Mistra nbniet bl-iskop li ttellef lill-għadu milli jitla' l-art, sakemm jaslu r-riservi fuq il-post mill-art. Waqt żjara riċenti fis-siti tal-FWA mit-tim maniġerjali ta' Banif Bank, il-Kap Eżekuttiv Joaquim F. Silva Pinto qal, "Matul il-milja taż-żmien il-poplu Malti kien involut f 'ħafna battalji u sofra ħafna tbatijiet. Madanakollu dejjem irnexxielu jegħleb l-isfidi bi qlubija. Dan inissel fil-poplu sens qawwi ta' pattrijottiżmu u kulħadd iħossu kburi bil-wirt storiku tal-pajjiż. Il-Banif jirrikonoxxi dan u għalhekk għen lill-FWA fir-restawrar ta' postijiet importanti bħall-Batterija tal-Mistra - simbolu ħaj ta' dan il-legat." Il-Kumitat Eżekuttiv ta' Banif Bank waqt żjara fil-mużew 'Malta at War' fil-Birgu