Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 35 SPORTSillum u Catania, illum kowċ ta' Floriana li dam jokkupa din il-kariga għal ftit aktar minn sena. Lgħabt ukoll għal seba' snin bil-flokk tat-tim nazzjonali Belġjan. Il- kummenti tiegħek. Lgħabt 31 logħba u skorjajt seba' gowls bil-flokk tat-tim nazzjonali Belġjan, li għażilt li nilgħab magħhom ġaladarba ksibt il-passaport Belġjan, għal seba' snin sħaħ bejn l-1992 u l-1999. Ma setax ikolli debutt aħjar ma' dan it-tim nazzjonali nhar is-26 ta' Frar tal-1992 kontra t-Tuneżija, għax kien irnexxieli wkoll insib ix-xibka għall- ewwel darba mal-Belġju. Mat-tim nazzjonali Belġjan ħadt sehem ukoll fit-Tazza tad-Dinja tal-1998 li kienet saret fi Franza u li ntrebħet mill-istess pajjiż. Konna sfortunati li nqlajna propju fl-istadju tal-gruppi. Jien kont skurjajt ukoll gowl bil-flokk ta' dan it-tim li fost oħrajn kien jinkludi plejers ta' ċertu statura fosthom Enzo Scifo. Niġu issa għall-irwol pjuttist ġdid ta' kowċ. X'kienet l-esperjenza tiegħek bħala kowċ permezz tat-timijiet diversi li kkowċjajt fl-Italja qabel ġejt fMalta biex tieħu t-tmun ta' Floriana? Bħala kowċ ta' Muravera fis-16 ta' Jannar 2013, irbaħna l-Coppa Italia tal-kategorija tal-Eccellenza, fejn konna għelibna l-isfida ta' Olbia bl-iskor ta' 2-0. F'Marzu tal-2013 kont onorat mil-Lega Nazionale Dilettanti bl-unur ferm prestiġjuż tal-aqwa kowċ fl-Italja tal-iskwadri tad-dilettanti. Fil-31 ta' Lulju tal-2014 ġejt ippreżentat bħala kowċ ġdid ta' Pro Patria fil-Lega Pro. Din kienet l-ewwel esperenza tiegħi ta' kowċ f 'livell professjonali. Madankollu hawnhekk, mat-tim li jirrapreżenta l-belt ta' Busto Arsizio, fir-reġjun tal-Lombardia fl- Italja ta'Fuq, kelli sentejn pjuttost qosra u mhux daqstant tajba. Dan hekk kif wara biss 11-il ġurnata tal-kampjonat fejn bħala tim irbaħna biss 8 punti, minħabba li rbaħna logħba waħda biss, ġejna draw ħames logħbiet u tlifna ħames logħbiet. Nhar l-4 ta' Novembru tal-2014 tneħħejt mill-kariga tiegħi ta' kowċ ta' dan it-tim mid-diriġenza ta' Pro Patria. Fl-14 ta' Ġunju ta' din is-sena int inħtart b'mod uffiċjali bħala kowċ ġdid ta' Floriana. X'kienet l-esperjenza tiegħek sa issa ma' Floriana wara li ilek biss ftit inqas minn xahrejn li ħadt it-tmun ta' dan it-tim? Ninsab verament kuntent bl- esperjenza tiegħi sa issa f 'Malta ma' Floriana. Din hija sfida kbira għalija u ninsab grat għall-president ta' Floriana, Riccardo Gaucci, talli tani din l-opportunità li mmexxi lill-Greens. Għalkemm għadni fl-ewwel snin tiegħi bħala kowċ, ninsab determinat li naħdem qatigħ u nilħaq l-objettivi assenjati mill-klabb għall-istaġun li ġej. Ninsab kuntent l-aktar għall-fatt li se nkun qed nibda kapitlu ġdid kemm fil-karriera tiegħi ta' kowċ, kif ukoll għal Floriana. Sirt naf lill-president Riccardo Gaucci, fis-sentejn li fihom kont nilgħab ma' Catania fi Sqallija meta hu kien il-president ta' dan il- klabb u għandi memorji mill-isbaħ ta' dan iż-żmien fil-karriera tiegħi. Il-fatt li ngħatajt it-tmun ta' Floriana bħala kowċ huwa opportunità kbira għalija biex nesprimi l-filosofija tal-kowċing tiegħi fil-grawnd u qed inħares ħafna 'l quddiem għal din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħi ta' kowċ, ma' Floriana. X'inhuma l-pjanijet immedjati u dawk ftit aktar 'il bogħod li int għandek għal Floriana? L-ewwel għan tiegħi għal Floriana se jkun dak li nipprova niżviluppa lit-tim ta' Floriana f 'tim b'saħħtu li jista' tabilħaqq jisfida għall-unuri. Ovvjament, il-plejers u jien irridu ż-żmien biex insiru nafu lil xulxin sew, iżda ninsab ċert li permezz ta' ħidma intensiva u dedikazzjoni, flimkien nistgħu niksbu riżultati ferm pożittivi, għall-akbar ġid ta' Floriana FC. Għandkom f 'moħħkom xi akkwisti ġodda għall-istaġun li ġej bħala Floriana FC? Jien nitkellem mal-president ta' Floriana, Riccardo Gaucci, regolarment, kważi kujum. Bħalissa qed insir naf mill-qrib lill-plejers kollha ta' Floriana, fejn qed intihom l-opportunità li nipprova l-ħiliet tagħhom fil-futbol bil-flokk ta' Floriana. Madankollu biex huma jsibu parti mill-iskwadra ta' Floriana, jridu ikunu denji biex jagħmlu dan, u jridu juru li tabilħaqq huma ħaqqhom li jkunu parti mit-tim tiegħi. Fl-istess ħin se nkunu qed nidentifikaw numru ta' plejers li jistgħu potenzjalment ikunu fost l-akkwisti ġodda għalina biex insaħħu l-iskwadra ta' Floriana biex nassiguraw ruħna li nistgħu nkunu kompetittivi sa mill- bidu nett tal-Kampjonat BOV Premier, li se jkun qed jibda fi ftit tal-jiem oħra. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas għaddi messaġġ lill-partitarji kollha ta' Floriana għall-istaġun li ġej. It-tim ta' Floriana għandu bżonn tas-sapport u s-sostenn tal-partitarji kollha tiegħu. Għalija din hija l-ewwel esperjenza tiegħi fil-karriera ta' kowċ li ninsab immexxi tim ta' ċertu livell u bi storja glorjuża bħal m'huwa Floriana. B'hekk huwa ferm importanti kemm għalija, kif ukoll għal dawk kollha li jinsabu jaħdmu miegħi fl-istaff tekniku u anki għall-plejers kollha ta' Floriana, li jkollna s-sapport massimu tal-partitarji kollha ta' Floriana. Ninsab ċert li flimkien nistgħu nilħqu ħafna mill-għanijiet tagħna u nesperjenzaw staġun mill-isbaħ. Twieled -24 ta' Marzu 1969, f 'Sao Luis l-Brażil. Ma' Anderlecht lagħab 95 logħba u skorja 36 gowl. Ma' Fiorentina lagħab ma' plejers ta' fama mondjali fosthom Gabriel Omar Batistuta u Manuel Rui Costa, b'total ta' 95 logħba u 27 gowl. Fl-14 ta' Ġunju ta' din is-sena inħatar b'mod uċjali bħala kowċ ġdid ta' Floriana. Luís Airton Oliveira Barroso Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015