Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 T qanqal terremot sħiħ fuq il-midja soċjali wara li l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-MGRM ħabbru li se jipprovdu lill-istudenti primarji b'materjal (minn sorsi bl-Ingliż) bħall- kotba bit-titlu ta' The Sissy Duckling, Daddy, Papa and Me jew My Princess Boy li jipprova jinnormalizza relazzjonijiet mhux 'tradizzjonali'. Il-Ministeru wieġeb lura li t-tfal ta' koppji omosesswali, "għandhom dritt għall-ħajja normali wkoll." Mill-bosta kummenti li ttellgħu online, deher ċar kemm għadha intolleranti s-soċjetà Maltija. Persuni b'moħħhom miftuħ li daħlu biex jaraw il-kontenut ta' dawn il-kotba, fehmu li m'hemm xejn anti-edukattiv jew anti-reliġjuż fihom. Saħansitra, waħda mill- awturi, Leslèa Newman, hi Lhudija li għallmet il-kitba kreattiva bħala guest lecturer f 'universitajiet bħal Yale u Harvard, fost oħrajn. Biex nitkellmu dwar edukazzjoni ħolistika u miftuħa, irridu nneħħu l-preġudizzji u naraw lil xulxin bħala bnedmin indaqs u bid-dritt li nkunu differenti minn xulxin. In-nudità fit-teatru Il-każ ta' John Suda, li allegatament abbuża sesswalment minn studenta- attrici ta' 22 sena, ħoloq ċerta aġitazzjoni fost dawk li lokalment jipprattikaw it-teatru. Hu żball li jissejħu 'atturi professjonali' għax f 'Malta, m'hawn l-ebda skola jew istituzzjoni tad-drama fis-sens attwali tal-kelma. Imma grupp b'interessi speċifiċi, qed jippretendi li Malta għandha saħansitra 'industrija' tal-arti performattiva. Dan il-grupp stabbilixxa notorjetà fejn jidħlu xeni ta' vjolenza sesswali jew ta' mutilazzjoni tal-ġisem (Stitching) u issa l-grupp irid li jkun hu stess li jipproponi l-linji gwida. Il- grupp jaħseb li jista' jagħmel il-kummerċ billi jixxokkja. Il-kritiku Alex Sierz jargumenta li fid-disgħinijiet tas-seklu li għadda, inħoloq teatru vixxerali, rivulsiv, li l-għan tiegħu hu li jaħsad u jixxokkja. F'Malta, kien hawn min induna li dan it-tip ta' teatru jista' jiġbed in-nies u jagħmel salt flus mhux ħażin. Per eżempju, ejja nieħdu xeni bħal żewġ żgħażagħ li jassaltaw bejjiegħ tat-triq u jdeffsulu żewġt ifrieket f 'kull għajn, u jgħawru kemm jistgħu. Jew speċjalista li jissega s-saqajn ta' student u jitfagħhom biex jikluhom il-ġrieden. Din il-vjolenza selvaġġa u spettakolari bdiet l-Ingilterra, u min ma jaqbilx magħha qed jgħadduh bħala xi ħadd b'moħħ magħluq li ma jifhimx fit-teatru l-'ġdid". Issa l-istess grupp Malti, qed jimbotta l-liċenzja tan-nudità bil-premessa ta' gwidi biex l-atturi jaslu għall-professjonalità billi jinżgħu l-ħwejjeġ. Issa dan, kollu sensazzjonalizmu. Dawk li għandhom ċerta età, bħali, diġà kienu raw nudità espliċita f 'Londra meta ħareġ il-musical Hair fix-Shaftesbury Theatre, 1968. Kemm hu neċessarju n-nudiżmu fuq il-palk Malti? Kemm iriduh l-udjenzi? Liema teleserje televiżiva se tidħol għalih minkejja l-eluf kbar li jsegwuh fuq l-iskrin iż-żgħir? Jew hemm xi ħadd li qed jagħmilha tal-avangwardista għall- pubbliċità personali? Din illużjoni oħra dwar kemm ċerti talin jaraw kbir. Dawn in-nies jidher li malajr għamlu t-tiftix online biex jaraw x'jistgħu jikkombinaw. Fost l-oħrajn jidher li kienu 'ricerkati' universitajiet Amerikani u Manwal (2010- 11) għall-istudenti maħruġ mill-Università ta' North Colorado. Jista' jagħti l-każ li kkonsultaw ukoll is-sit ta' Rutgers University fl-Istati Uniti. Issa, dawn l-istituzzjonijiet jittrattaw lill-istudenti tagħhom għall-proċess li jwassal għal xogħol professjonali fit- teatru. Imma minkejja l-pretensjonijiet u l-pożi kollha, f 'Malta ma jeżistix teatru professjonali. Jeżisti teatru b'interessi (kbar) kummerċjali, imma dan ma jwassalx għall-kunċett professjonali. Il-flus ma jissarfux fi professjonalità. Kemm hawn atturi f 'Malta li studjaw lil Stanislavski, lil Meyerhold, lil Brecht, lil Fo u lil Boal b'mod prattiku? X'ġara minn dawk id-drammaturgi Maltin li poġġew il-pedamenti tat- teatru modern fil-pajjiz: Diacono, Chetcuti, Ebejer, Calleja, Sant u Micallef? Hemm min għandu interess li dawn jintesew? Filwaqt li fil-każ ta' John Suda, ir-responsabbiltà sħiħa waqgħet fuqu minħabba l-allegazzjonijiet Ii saru fil-konfront tiegħu, f 'istituzzjonijiet għal taħriġ tassew professjonali jixħtu r-responsabbilità fejn tidħol in-nudità waqt il-provi, fuq it-tutur primarju tal- istudent/a konċernat/a, mhux fuq id-direttur. Imbagħad jiddeċiedi kumitat eżekuttiv jekk in- nudità hijiex neċessarja jew gratwita. Waqt audition, qatt ma jista' jkun hemm nudità. F'każi oħra, irid ikun hemm il-kunsens specifiku tad-direttur tal-iskola. Ħadd, safejn naf jien, fost dawk li qed jippretendu li jirrappreżentaw lill- prattikanti lokali, mhu direttur ta' skola tad-drama fis-sens speċifikat hawn fuq. Ta' min jgħid li l-bżonn ta' kunsens, jinkludi wkoll it- tipjip. Irridu naraw safejn se jaslu dawk li qed jippretendu li f 'ħabta ta' madwar 10 snin, saru diretturi 'professjonali'. L-istatus taghhom hu mnissel minn sens ta' klikka, sostnuta dejjem mill-istess sorsi tal- media. X'se jiġri? Se nerġgħu nibdew neqirdu li sibna ostakli ġodda fit-teatru lokali? Ġejja xi storja oħra t-tip ta' Stitching (2009) li minnha ħadu rikba kbira ċerti nies bil- perċimes illuminati tas- soltu jimbuttaw il-kawża (kummerċjali u psewdo- kuturali) tagħhom? U għaliex qed ikunu dejjem l-istess 'prattikanti/ produtturi' fuq quddiem? Għaliex għad m'hemmx union tal-prattikanti li tinkludi wkoll lil dawk li jaħdmu bit-tv għall-eluf kbar ta' spettaturi? MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI MATERJAL EDUKATTIV FUQ ID-DIVERSITÀ SESSWALI "X'ġara minn dawk id- drammaturgi Maltin li poġġew il-pedamenti tat- teatru modern fil-pajjiż: Diacono, Chetcuti, Ebejer, Calleja, Sant u Micallef ? Hemm min għandu interess li dawn jintesew?" "Minkejja l-pretensjonijiet u l-pożi kollha, f 'Malta ma jeżistix teatru professjonali. Jeżisti teatru b'interessi (kbar) kummerċjali" Il-musical Hair: in-nudità fuq il-palk Ingliż kienet diġà dehret fl-1968. F'Malta bdejna niskopruha issa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015