Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 33 SPORTSillum Imnedija l-Powerade Cup 2015 WAQT konferenza stampa li saret fil-każin biswit il-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, ġiet imnedija l-Powerade Cup 2015. Din is-sena erba' timijiet se jkunu qed jieħdu sehem li huma Ħamrun Spartans, Pietà Hotspurs, Gżira United u Senglea Athletic. Tkellem fost l-oħrajn l-organizzatur ta' din il-Powerade Cup, Bryan Degabriele, li qal li huwa ta' unur għall- Ħamrun Spartans li ta' kull sena jospitaw dan it-tournament. Tal-istess fehma kien il-Viċi- President tal-iSpartans Gaetano Debattista li saħaq li dan se jkun test impenjattiv għat-tim immexxi minn Steve D'Amato biex jara fejn se jkun kapaċi jasal matul dan l-istaġun fil-Kampjonat BOV tal- Ewwel Diviżjoni. Dan hekk kif Ħamrun Spartans se jkunu qed jaffrontaw lil Gżira United u Senglea Athletic, żewġ timijiet oħra li ssaħħew ferm matul dan is-sajf u li se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-promozzjoni għall- Kampjonat BOV Premier. Iżda, għalkemm bosta qed iqisu li Senglea Athletic jistgħu tabilħaqq jagħmluha biex jiksbu l-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni tal- futbol Malti, f 'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal, it-team manager ta' dan it- team Albert Cumbo, saħaq li l-għan ewlieni tagħhom se jkun dak li jsalvaw posthom f 'din id-diviżjoni wara li huma għadhom kemm ġew promossi mit- Tieni Diviżjoni. Tkellem ukoll l-Assistent Segretarju ta' Pietà Hotspurs, il-veteran Alfred Zahra li saħaq li t-tim ta' Pietà Hotspurs se jkun kompletament mibdul mill-istaġun li għadda bin-nukleu tiegħu ikun kompost minn numru ta' players żgħażagħ. Barra minn hekk, il-plejers barranin ta' dan it-tim se jkunu kompletament differenti minn tal-istaġun li għadda. Mistoqsi jekk dan il-klabb hux se jkun qed iħoss in-nuqqas tal- president ferm ħabrieki Joe Sammut wara numru ta' snin fit-tmun ta' dan it-tim bħala president, huwa tenna li kulħadd jaf kemm dan il-bniedem kien jaħdem għal dan il-klabb, għalkemm żgur li se jkun qed jinħass in-nuqqas tiegħu. Madankollu, huwa tenna li bħalissa fil-kamp tal-Hotspurs qed jirrenja ambjent mill-aqwa mmexxi minn amministrazzjoni denja u li qed taħdem għall-akbar ġid ta' Pietà Hotspurs. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, tkellem it-team manager ta' Gżira United, Marlon Galea, saħaq li l-għan ewlieni tat-team li huwa jirrapreżenta, se jkun dak li jiksbu l-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier, speċjalment wara li fl-istaġun li għadda huma tilfu din il-promozzjoni wara li ħargu fuq in-naħa telliefa bi sbrixx fid-decider kontra Mosta. Huwa tenna li jemmen li dan it-tournament tabilħaqq se jkun qed joffri opportunità ferm tajba għat-tim tiegħu biex jara sa fejn irnexxielu jasal sa issa, u x'oppożizzjoni se jkun qed joffri lil timijiet oħra. Huwa kompla li l-Kampjonat BOV tal- Ewwel Diviżjoni ta' kull sena, jirriżulta bħala wieħed ferm bilanċjat u għalhekk tenna li kull tim kapaċi joffri oppożizzjoni denja lil kwalunkwe team, anke lil timijiet li huma kkunsidrati bħala żgħar. Intant se jkun qed jingħata bidu għall-Powerade Cup nhar it-Tnejn li ġej, is-17 t'Awwissu meta fis-7pm Pietà Hotspurs jaffrontaw lil Senglea Athletic, waqt li fid-9pm, Ħamrun Spartans jilqgħu lil Gżira United. Intant, l-Erbgħa d-19 ta' Awwissu fis-7pm Pietà Hotspurs jilagħbu kontra Gżira United, waqt li fid- 9pm Ħamrun Spartans jilqgħu lil Senglea Athletic. Dan it-tournament jiġi fi tmiemu nhar is-Sibt 22 t'Awwissu meta fis-6pm Gżira United jilagħbu kontra Senglea Athletic waqt li fit-8pm Pietà Hotspurs jilagħbu kontra Ħamrun Spartans. L-organizzatur tal-Powerade Cup, Bryan Degabriele, flimkien mar-rappreżentanti tal-klabbs rispettivi li se jkunu qed jieħdu sehem f 'dan it-tournament ta' ħbiberija Stevie Camilleri u Keith Schembri l-BOV Water Polo Plejers għal Lulju STEVIE Camilleri (Neptunes Grimaldi) rebaħ l-unur tal-BOV Water Polo Plejer tax-xahar għad- diviżjoni Premier għat- tieni xahar konsekuttiv, dimostrazzjoni ta' forma kostanti u mill-aqwa fejn jipproduċi prestazzjonijiet mill-aqwa f 'logħbiet diffiċli. Camilleri kapaċi jibni l-attakki kif ukoll huwa miċidjali quddiem il-lasta, fejn għandu viżjoni wiesgħa tal-logħba, u l-erba' gowls tiegħu kienu kruċjali fir- rebħa kontra San Ġiljan, li jinsabu fil-quċċata tal- klassifika, biex żammu t-tamiet li jirbħu s-sitt titlu konsekuttiv. Camilleri skorja 13-il gowl tul ix-xahar ta' Lulju. Il-goalkeeper ta' Marsaskala Keith Schembri kien pedina importanti sabiex Marsaskala ma sofrew l-ebda telfa tul Lulju u telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat BOV tal- ewwel diviżjoni. L-aħħar difensur ipproduċa serje ta' saves impressjonanti sabiex Marsaskala jerġgħu jissieltu għall-kampjonat. Paul Gauci, Kap Eżekuttiv taċ-ċentru tat-taħriġ tal- Bank of Valletta u Joe Caruana Curran, President tal-Assoċjazzjoni tal- Isport Akwatiku ta' Malta ppreżentaw l-unuri lir- rebbieħa rispettivi. Il-preżentazzjoni tal-unur lil Stevie Camilleri u Keith Schembri Il-Preżentazzjoni tal-unuri mill-Malta Pool Association ILMALTA Pool Association ippreżentat l-unuri lir-rebbieħa kollha tal-istaġun li għadu kif intemm. Dan kien is-26 staġun mit-twaqqif tal- assoċjazzjoni. Ħamrun Liberty żammew it-titlu ta' champions nazzjonali tal-Kampjonati Premier. Il-konsistenza tat-tim matul l-istaġun li għadda xejnet l-isfidi tal-pretendenti l-oħra u waslet biex tat ir-rebħa mistħoqqa. Fit-tieni post spiċċa t-tim ta' Tarxien Boċċi Club. Fl-ewwel diviżjoni, it- tim ta' Ħamrun Liberty B għeleb lil Top Gun Bar B fil-finali filwaqt li Espadon Bar għelbu lil St Mary Imqabba fil-finali tat-Tieni Diviżjoni. Michael's Bar rebħu l-Kampjonati tat- Tielet Diviżjoni bit-tim ta' St. Vincent De Paule jispiċċa fit-tieni post. Ħamrun Liberty kisbu r-rebħ ukoll ta' tliet kompetizzjonijiet oħra - in- knockout riżervata għat- timijiet tal-Kampjonati Premier u l-Ewwel Diviżjoni, il-kompetizzjoni tal-Milied u dik tal-Għid il-Kbir. L-aħħar unur, dak tas-Super Cup intrebaħ minn Tarxien Boċċi Club. Fil-kampjonati individwali Ryan Pisani ġie ppreżentat bl-unur ta' champion nazzjonali filwaqt li Dejan Grech rebaħ il-kategorija taż- żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena u Dylan Cassar rebaħ il-kategorija ta' taħt it-23 sena. Il-kategorija Over 50s ġiet mirbuħa minn Alfred Attard. Intant, l-assoċjazzjoni ħabbret li qiegħda tilqa' reġistrazzjonijiet ta' klabbs ġodda biex jieħdu sehem fl-istaġun li ġej li se jara l-bidu tiegħu fl-ewwel ġimgħa ta' Settembru. Dawk kollha interessati għandhom jagħmlu kuntatt mas-segretarju tal-assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq 79499117.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015