Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865
30 illum Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum Min impressjona u min iddiżappunta HEKK kif bħalissa ninsabu f 'nofs l-istaġun tal-Formula 1, wara li assistejna għal żewġ tiġrijiet mill- aktar eċitanti ġewwa Silverstone fl-Ingilterra u ġewwa Hungaroring fl-Ungerija, Lewis Hamilton u Mercedes jinsabu fil-quċċata tal- klassifia tas-sewwieqa u tal-kostrutturi rispettivi, iżda t-tnejn li huma wrew ċertu vulnerabilità fl- aħħar tiġrijiet, u kollox se jkun qed jiddependi mit-tieni nofs tal-istaġun, biex naraw jekk dawn hux se jżommu posthom fil-quċċata sal-aħħar. L-istaġun tal-Formula 1, fadallu disa' tiġrijiet oħra biex jiġi fi tmiemu bit-tellieqa li jmiss tkun dik taċ-ċirkwit ta' Spa fil-Belġju nhar it-23 ta' Awwissu li ġej. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljata lejn dawk is- sewwieqa u timijiet li l-aktar impressjonaw u ddiżappuntaw sa issa fil- Formula 1. Mercedes Mercedes rebħu xejn inqas minn tmien tlielaq minn 10 sa issa b'Lewis Hamilton jittrionfa f 'ħamsa minnhom. Kollox qed jindika li huma se jkunu qed jirbħu kemm it-titlu tas-sewwieqa kif ukoll dak tal-kostrutturi fi tmiem l-istaġun. Madankollu, m'hemmx dubju li fadlilhom xi affarijiet żgħar x'jaħdmu fuqhom għall-kumplament tal- istaġun. Kemm il-karozza kif ukol il-magna huma kważi bla difett, iżda bħala tim, Mercedes, urew xi dgħufijiet operazzjonali minn żmien għall-ieħor. Fost dawn, nistgħu nsemmu żbalji ta' strateġija fosthom il- pit stop tardiva ta' Lewis Hamilton f 'Monaco, jew għażla tat-tyres żbaljati għal Nico Rosberg fl- Ungerija. Fl-aħħar tlielaq assistejna wkoll għall-bidu tat-tlielaq kemmxejn inċerti u difettużi miż-żewġ sewwieqa ta' Mercedes fejn f 'bosta drabi, għalkemm Lewis Hamilton u Nico Rosberg bdew mill-ewwel żewġ postijiet tat-tellieqa, wara li kisbu ħinijiet mill- aqwa fil-pole position jum qabel, dawn raw sewwieqa oħra fosthom Sebastian Vettel fuq karozza Ferrari jaqbżuhom. Għalkemm Lewis Hamilton għandu 21 punt vantaġġ fuq Nico Rosberg, li huwa vantaġġ sostanzjali, dan xejn ma juri l-livell ta' supremazija li Lewis Hamilton għandu fuq Nico Rosberg fost l-oħrajn. B'hekk jekk Nico Rosberg qed jaspira li jisfida lil sieħbu iżda rivali kbir Lewis Hamilton għar-rebħ tat-titlu finali, m'hemmx dubju li dan irid itejjeb il-wirjiet tiegħu fiċ-ċirkwiti partikolari, bil-bosta. U la qed insemmu lil dawn iż-żewġ sewwieqa, wieħed ma jistax ma jsemmix ir- rivalità enormi li teżisti bejn dawn iż-żewġ sewwieqa fejn f 'kummenti li għadda Lewis Hamilton fil-ġimgħat li għaddew u li għamlu l-headlines tal-mezzi tax-xandir sportivi, Lewis Hamilton qal li jippreferi jara sewwieq ieħor jirbaħ it-titlu finali, milli sieħbu fuq Mercedes stess, Nico Rosberg - xi ħaġa li xejn ma turi l-għaqda li għandha tirrenja bejn sewwieqa li tabilħaqq huma ġejjin mill- istess tim! Ferrari Is-sewwieq fenomenu Ġermaniż, Sebastian Vettel rebaħ żewġ GPs sa issa jiġifieri dak tal-Ungerija u tal-Malasja. Fl-ewwel tlielaq tal-istaġun, il- karozzi Ferrari wrew li matul dan l-istaġun setgħu joffru oppożizzjoni denja lil Mercedes. Iżda, meta l-assoċjazzjoni li tiggverna l-Formula 1, l-FIA, neħħiet dettall żgħir mir-regoli relatati ma' fuel flow, id-distakk bejn Ferrari u Mercedes kompla jikber b'mod konsiderevoli. M'hemmx dubju li jekk nieħdu l-karozzi tal-Ferrari, matul l-istaġun li għadda u dawk tal-lum, nistgħu ninnutaw differenza kbira għall-aħjar mit-tim Taljan minn Maranello. Madankollu, fadal ħafna xi jsir mill-istess tim biex jaspira li jerġa' lura għal żmien Michael Schumacher, meta sena wara l-oħra kien jirbaħ l-unuri. Huwa fatt magħruf li Sebastian Vettel jidher li qed jimla sew il-vojt li ħalla Fernando Alonso. Però, mhux l-istess nistgħu ngħidu għas- sewwieq kontroversjali Finlandiż, Kimi Raikkonen, li xejn ma impressjona matul l-aħħar wirjiet tiegħu, u l-futur tiegħu mal-Ferrari jidher wieħed inċert. Williams-Mercedes Felipe Massa u Valtteri Bottas kienu qed jokkupaw l-ewwel u t-tieni post fl- istadji inizjali tal-GP ta' Silverstone, fl-Ingilterra. Madankollu, bħalma ġralhom f 'ċirkwiti oħra, għalkemm ikollhom bidu tajjeb, imbagħad iħallu lilhom infushom jinqabżu minn sewwieqa oħra superjuri għalihom. Dan huwa xhieda tad-diversi limitazzjonijiet li jippossjedi dan it-team li fil-passat riċenti kien jirbaħ it-titli tal-Formula 1, b'sewwieqa bħal Nigel Mansell, Alain Prost, Damon Hill u Ayrton Senna, fost l-oħrajn. Raġuni għal dan hija dik li huma jippossjedu biss nofs il-budget finanzjarju li għandhom timijiet kbar oħra fosthom Ferrari u Mercedes. Valtteri Bottas jinsab igawdi vantaġġ ta' ftit punti fuq sieħbu Felipe Massa, iżda m'hemmx dubju li jrid itejjeb il-wirjiet tiegħu bil-bosta fit-tieni nofs tal-istaġun, biex jassigura minn post aħjar fil-klassifika finali tas- sewwieqa. Red Bull-Renault Red Bull kellhom bidu kwiet f 'dan l-istaġun u r-riżultati miksuba miż- żewġ sewwieqa tagħhom Daniel Ricciardo u Daniil Kvyat xejn ma jikkumparaw tajjeb ma' dawk miksuba minn Sebastian Vettel fil-passat riċenti. Wara li s-sena li għaddiet kienet waħda stellari għal Daniel Ricciardo, din is-sena qed tkun waħda kkaraterizzata minn diversi tlugħ u nżul għalih u għas-sewwieq l-ieħor Daniil Kvyat, li iżda wara bidu xejn impressjonanti f 'dan l-istaġun, qed juri lilu nnifsu bħala s-sewwieq prinċipali ta' dan it-tim. Fil-fatt din hija wkoll l-idea tas-sid tal-istess team, Christian Horner li f 'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir sportivi ftit tal-ġimgħat ilu, iddeskriva lil dan is-sewwieq bħala l-aqwa ingaġġ ta' sewwieq partikolari, li qatt għamel fil-karriera tiegħu. Force India-Mercedes Is-sewwieq ta' Force India-Mercedes, Nico Hulkenberg, sar l-ewwel sewwieq tal-Formula 1 li għadu fix-xena, fl-istorja li rebaħ it-titlu prestiġjuż ta' Le Mans sa mill-1991. Huwa rnexxielu jsib dan it-tragward storiku fil- karriera tiegħu fil-Formula 1 lura f 'Ġunju li għadda. Jekk wieħed iqis ir-riżultati li dan it-tim kiseb sa issa, dawn jistgħu jitqiesu bħala ferm pożittivi, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt, li l-istess tim kellu biss ftit jiem ta' testijiet qabel ma kien involut fl-ewwel tellieqa. Bħalissa huma jinsabu Mercedes rebħu xejn inqas minn tmien tlielaq minn 10 sa issa. Sebastian Vettel jiċċelebra bil-kbir, wara r-rebħ tal-aħħar GP tal-Ungerija Felipe Massa u Valtteri Bottas fl-azzjoni fiċ-ċirkwit ta' Silverstone Daniil Kvyat (lemin), beda jiġġustifika l-kummenti tat-tim li dan is-seww- ieq huwa l-aqwa akkwist li qatt għamel