Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 Proġett li jmur lura għall-1998 Tkompli minn paġna 1 INTANT, dan il-ġurnal ħa l-kummenti tal-imprenditur Anġlu Xuereb li lura fl- 2007 kien kiteb dwar l-importanza ta' proġetti bħal dan, flimkien ma' oħrajn, fejn jirrigwarda trasport. Mistoqsi mill- ILLUM jekk ikunx interessat li jissottometti l-proposti tiegħu ladarba l-Gvern jippublika espressjoni ta' interess, huwa wieġeb fil-pożittiv. "Nara l-kundizzjonijiet li se joffri l-Gvern u jekk dawn huma tajbin, allura iva nissottometti l-proposti". Huwa saħaq li, kif ilu jgħid, dan il-kunċett ta' trasport huwa importanti, kif huwa importanti wkoll li dan ikun parti minn sistema sħiħa ta' trasport. Xuereb qal li huwa neċessarju li l-infrastruttura ta' proġett bħal dan tkun ħolistika, fis-sens li apparti l-opri tal-baħar li jintużaw biex taqsam minn post għall-ieħor, ikun hemm ukoll trasport fuq l-art fiż-żoni fejn jieqfu l-passiġġieri. L-ILLUM għamel kuntatt ukoll mal-kumpanija Captain Morgan bil-General Manager Zammit Briffa jgħid li l-kumpanija tkun interessata li tissottometti proposti ladarba l-Gvern jagħmel l-ewwel pass. Il-Proġett Connections jaf il-bidu tiegħu lura fl-1998 ftit qabel mal-Gvern Laburista immexxi minn Alfred Sant kien tilef vot parlamentari u sussegwentement il-Gvern. Wara bidla fil-Gvern, il-pjani kienu mitfugħin fuq l-ixkaffa sakemm fl-2007 kienu ħarġu espressjonijiet b'żewġ konsorzji juru interess. Il-proġett kellu jinkludi funikular, cable car, mijiet ta' parkeġġi ġodda u saħansitra ferroviji funikulari. Il-proġett, dak iż-żmien imħabbar minn Gvern Nazzjonalista, kellu jiswa Lm1.5 miljun, kellu jdum joperah il-privat għal 15-il sena u kellu jnaqqas ħafna mit-traffiku fiż-żoni tal-Belt Valletta. Dak oriġinali, kien wieħed ferm akbar u ambizzjuż. Fil-fatt kellu jiswa mat- Lm30miljun u kellu jinkludi vjaġġi b'opri tal-baħar kemm fuq il-baħar innifsu kif ukoll permezz ta' mina taħt il-baħar li kienet twassal lin- nies saċ-ċentru tal-kapitali. Il-Port il-Kbir fejn huwa propost li jsir proġett ta' trasport fuq il-baħar 50 ħaddiem mhux se jiġġeddidilhom il-kuntratt Tkompli minn paġna 1 Ma' dan il-ġurnal, Noel Mercieca lmenta wkoll kif madwar 50 ħaddiem temporanju tal-Cabin Crew mhux se jiġġeddidilhom il-kuntratt, minkejja li ġew assigurati li d-domanda għax-xogħol se tibqa' l-istess. "50 ħaddiem li bħalissa qed jaħdmu u li jispiċċalhom il-kuntratt fix-xhur li ġejjin, mhux se jiġġeddidilhom l-istess kuntratt, b'kuntrarju għal dak li ġara x-xitwa li għaddiet," Mercieca qal. Huwa sostna kif din id-deċiżjoni ma tagħmilx sens hekk kif il-Ministru Zammit Lewis stess kien assigurahom kif minkejja li n-numru ta' ajruplani se jonqsu, l-ammont ta' xogħol u d-domanda kienet se tibqa' l-istess. "Allura wieħed jistaqsi kif huwa mistenni li inqas ħaddiema jlaħħqu mal-istess volum ta' xogħol?" Mal-ILLUM, Mercieca qal kif meta l-unjin staqsiet lil Zammit Lewis jekk l-Air Malta hijiex nvoluta f 'xi diskussjonijiet mat-Turkish Airlines jew mal-linja tal-ajru Ċiniża Hainan "il- ministru dejjem innega." "L-aħħar informazzjoni mingħand il-Ministru tat- Turiżmu kienu li m'hemm l-ebda sieħeb strateġiku interessat…Qatt ma konna infurmati li kien hemm xi diskussjonijiet ħlief mill- mezzi tax-xandir," qal Mercieca. Intant, Dominic Azzopardi, sostna kif minkejja li l-Ministru Zammit Lewis qal li l-impjieg tal-bdoti se jibqa' assigurat, "il-Gvern mhu qed jgħidilna xejn dwar il-futur tal-Air Malta u wisq inqas fuq il-pjan ta' ristrutturar." Storja ta' ħela, ingaġġi politiċi u pagi eżorbitanti Is-sitwazzjoni preżenti tal-linja nazzjonali tal- Air Malta ilha tinġema' għal bosta snin, b'bosta jgħidu li l-miġja tal-linji tal-ajru low cost wasslet għal iktar telf. Oħrajn jippuntaw subgħajhom lejn diversi kundizzjonijiet oħra, fosthom l-ingaġġ bla kontroll u xi kultant b'xi xamma politika ta' diversi ħaddiema, l-ingaġġ ta' eks- CEOs b'pagi eżorbitanti, partikolarment Peter Davies b'paga ta' €500,000, u kif ukoll deċiżjonijiet dubjużi meħuda mill-politiċi u mill-management. Fl- Oppożizzjoni, il-Partit Laburista kien ta' sikwit isemmi x-xiri tal-flotta tal- RJ70s. Skont il-pjan ta' ristrutturar maqbul bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea, il-linja nazzjonali ta' pajjiżna, jeħtieġ li tirreġistra profitt sa Marzu 2016. Din l-isfida mistennija tkun waħda diffiċli, aktar u aktar minħabba l-fatt li fl-2015, l-Air Malta rreġistrat telf ta' €16 miljun minflok ma tibqa' tagħmel it-telf. Membri tal-Cabin Crew tal-Air Malta Il-linja nazzjonali tat-Turkija, Turkish Airlines

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015