Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865
Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 9 għall-ikel? Lampuki! Ingredjenti Għall-panura: • 125g dqiq • Kuċċarina baking powder • 125ml birra • 3 kuċċarini riegnu • Qoxra ta' lumija • 4 fletti tal-lampuki mnaddfa • 1 brunġiela Għad-dipp tal-jogurt: • Tazza jogurt naturali • 2 magħref xibt (dill) imqatta' • 2 magħref kappar mgħaffeġ Metodu 1. Xarrab il-brunġiela f 'ilma bil-melħ għal madwar sagħtejn u qatta' mit-tul fi bsaten imdaqqsa. 2. Saffi d-dqiq u l-baking powder fi skutella u żid il- birra waqt li tħawwad sew. 3. Żid il-qxur tal-lumi u r-riegnu. 4. Bill il-flett tal-lampuka fil-panura u aqli f 'żejt jagħli b'temperatura ta' madwar 350°C għal madwar 7 minuti jew sakemm isiru. 5. Ħallihom għas-sħana f 'forn baxx sakemm isservihom. 6. Iksi l-bsaten tal- brunġiel bl-istess panura u aqli. 7. Biex tagħmel id-dipp, ħallat l-ingredjenti kollha flimkien. Lampuki fil-panura tal-birra u chips tal-brunġiel Flett (fillet) tal-lampuki moqli, stil Asjatiku Isservi 4 min-nies Ingredjenti: • Mazz kosbor • 1 lime • 2 kikkri ross jasmine • 2 magħref żejt veġetali • 4 fletti tal-lampuki • 2 magħref ġinġer maħkuk frisk • 2 sinniet tewm, mgħaffeġ • Kikkra stokk veġetali • Magħrfa jew tnejn għasel • Melħ • Bżaru aħmar jaħraq, imqatta' fi strixxi rqaq • 2 basliet żgħar imqatta' rqaq • 2 magħref kosbor, imqatta' • 2 magħref nagħniegħ imqatta' • Frak tal-ħobż • Qoxra ta' lumija Metodu 1. Għar-ross, aqta' z-zkuk tal-kosbor u aħsel sew. Aqta' żewġ strixxi qxur tal-lime 2. Poġġi ross f 'borma flimkien maz- zkuk tal-kosbor, il-lime u 3 kikkri ilma. Agħttih u sajjar. 3. Agħsar il-lime u żomm il-meraq għal iktar tard. 4. Iksi l-lampuki bil-frak tal-ħobz u l-qoxra maħkuka tal-lumija. 5. Sakemm ikun qed isir ir-ross, saħħan ftit żejt ġo taġen fuq nar moderat. Sajjar il-fletti tal-lampuki għal 3-4 minuti fuq kull naħa jew sakemm isiru kompletament, li jkun jiddependi mid-daqs tal-lampuki. Neħħi mit-taġen u agħtti bil-foil. 6. Żid il-bqija taż-żejt u baxxi n-nar. Żid il-ġinġer u t-tewm u sajjar għal ftit minuti. 7. Sajjar sakemm jirtabu u żid l-istokk u l-għasel; sajjar sakemm jinxef u jiġi qisu paste. Żid il-melħ għat-togħma. 8. Neħħi l-lime u l-kosbor minn mar-ross u żid fih il-meraq tal-lime waqt li tgħaddi r-ross b'furketta sabiex jissepara. 9. Biex isservi, aqsam ir-ross f 'erba' porzjonijiet u poġġi flett tal-lampuka fuqu. Itfa' ftit mill-paste tal-ġinġer u fl-aħħar itfa' t-taħlita ta' bżar aħmar, basal, kosbor u nagħniegħ biex iżżejjen.