Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865
Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 3 fil-kredibbiltà tiegħu. Jekk timmaterjalizza, għandu nofs ir-rebħa elettorali ġewwa. Niġġudikaw la tkun lesta. Nistennew: Prekarjat Il-Gvern ħa deċiżjonijiet tajbin f 'dan il-qasam, l-aktar riċenti fil-qasam tad-djar tal- anzjani fejn żied il-paga tal- carers li jaħdmu mal-Gvern. Il-Gvern tefa' kuntrattur partikolari wkoll fuq blacklist minħabba prattiċi prekarji. Imma x-xogħol li għad irid isir huwa ħafna, l-abbużi għadhom rampanti u n-numru ta' nies, anke carers, għadhom maqbudin f 'kuntratti li saru taħt Gvern preċedenti b'pagi pjuttost baxxi. Għad irid isir ħafna iktar biex il-Gvern jirbaħ il-ġlieda tiegħu fuq il-prekarjat. Nistennew: Saħħa Il-Gvern għamel suċċessi f 'ċerti oqsma tas-saħħa imma għadu lura ħafna f 'oħrajn. F'dawn is-sentejn u nofs is- sitwazzjoni ta' mediċini 'out- of-stock' ġiet immaniġġjata tajjeb ħafna, kif kienet mtejba wkoll, b'mod konsiderevoli, il-lista u t-tul ta' żmien li pazjent idum jistenna biex jagħmel ċerti operazzjonijiet. Imma l-ispazju ristrett fl- Isptar u pazjenti fil-kuritur għadhom qed itappnu l-merti tal-Gvern f 'dan il-qasam. Għad irridu naraw proġetti ta' tkabbir tal-Isptar x'effett se jkollhom u kif se jkunu evitati iktar 'kriżijiet' ta' pazjenti f 'kurituri. Nistennew: Proġetti Il-Gvern preżenti nieda diversi proġetti li fuq il- karta ftit li xejn ikun hemm oppożizzjoni għalihom. Minkejja dan, dawn il- proġetti għadna ma bdejniex naraw il-bidu tagħhom u wisq anqas il-frott li jistgħu jħallu. Fost dawn hemm il-proġett tal-Maritime Hub fis-sit tal-eks-sit tax- Shipbuiding, il-proġett tal-White Rocks li ntqal li se jkun l-aktar żvilupp esklussiv fil-pajjiż, l-Isptar ta' Barts u l-proġett f 'St Lukes, il- proġett fil-qasam tas-saħħa ta' Pace Grasso, il- proġett f 'Bighi u bosta oħrajn. Minkejja li sbieħ fuq il- karta, in-nies se jiġġudikaw ladarba jibdew jaraw u jgawdu mill-frott ta' dawn il-proġetti. Ħażin: Ambjent L-aktar settur li fih il-Gvern qed jaqla kritika bħalissa huwa bla dubju, l-ambjent. Filfatt, l-idea popolari hija li dan il-Gvern qed jakkomoda lill-iżviluppaturi għad-detriment tal-ambjent naturali ta' pajjiżna. Il-Gvern qed jiffaċċja kritika dwar bidliet fil-MEPA, qed ikun akkużat li se jagħti amnestija lil min kiser il-liġi tal- ippjanar u qed ikun kritikat ukoll li ma kkonsultax biżżejjed dwar il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u Ippjanar (SPED). L-aktar kwistjoni li aljenat u rrabjat lil mijiet ta' votanti tibqa' dik taż-Żonqor li ħolqot ċerta qrusa fir-relazzjoni bejn il-Gvern u l-ambjentalisti. Il-mod kif il-Gvern deher intransiġenti fil-kwistjoni, kompliet tgħarraq is- sitwazzjoni, u dan apparti li miżuri ambjentali s'issa kienu ftit u sporadiċi wisq biex jikkwantifikaw għal biżżejjed. Ħażin: Korp tal- Pulizija Il-Korp tal-Pulizija, minkejja li għadu b'saħħtu, safa' wisq vittma ta' kwistjonijiet, stejjer u rapurtaġġ negattiv f 'dawn is-sentejn u nofs. Apparti allegazzjonijiet ta' transfers u promozzjonijiet b'xamma politika, li l-PN qed jagħmel ta' spiss, il-Korp kellu jgħaddi mit-trawma tal-isparatura tax-xufier tal-eks-Ministru Manwel Mallia, ir-riżenja ċelebri tal- istess Ministru, żewġ riżenji mill-kariga ta' Kummissarju, u issa karta safra lil wieħed minn dawn l-eks- Kummissarji u llum Deputat Kummissarju, Ray Zammit. Ħażin: Governanza F'dawn l-aħħar xhur il- Gvern tgħabba ħafna b'bosta skandli li tefgħu dell fuq il-kisbiet tiegħu. Il-każ tal-Cafè Premier, il-każ tal-proprjetà esproprijata fi Triq Zekka u l-għoti ta' artijiet bħala kumpens lil Gaffarena mhu qed jgħinu xejn lill- immaġini tal-Gvern. Anzi qed jagħtu l-impressjoni li f 'Malta min qed jiffanga u min baqa' b'xiber imnieħer Ħażin: Meritokrazija Jipprova kemm jipprova jgħid li huwa meritokratiku l-Gvern, ħafna nies dan mhux qed jemmnuh. L-għajta ta' Muscat li "mhux min int imma x'kapaċi tagħmel" mhux talli għadha ma sabitx art fertili talli għadha mili l-bogħod milli titwettaq. Huma ħafna dawk tal- fehma li għad trid tkellem Ministru jew xi ħadd fil-poter biex tasal, jew biex ikollok xogħol tajjeb. Sfortunatament l-impjiegi b'pagi ta' eluf ta' ewro spiċċaw għand dawk li jafu lil xi ħadd, mhux dawk li ma jafux. Se tkun difiċli ħafna li l-Gvern jikkonvinċi li kien meritokratiku fl-elezzjoni li jmiss. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek FSE 3.234 PROĠETT LEAP KONFERENZA TA' ĠURNATA L-Erbgħa 9 ta' Settembru 2015 Benefiċjarji, organizzazzjonijiet, rappreżentanti tan-network fir-reġjuni u entitajiet interessati, huma mistiedna biex jattendu għal din il-konferenza sabiex naqsmu s-suċċess tal-proġett u nippromwovu inizjattivi ġodda. Persuni li jixtiequ jattendu għandhom jikkuntattjaw lis-Sur Michael Pulis fuq l-imejl michael.pulis@gov.mt jew fuq il-linji tat-telefon (ħinijiet tal-uffiċċju) 25903465 / 25903466 Postijiet għall-konferenza huma limitati u ser jiġu aċċettati fuq prijorità skont min japplika l-ewwel fejn sejjer tajjeb Muscat u fejn le Messaġġ partikolari fil protesta kontra l-ivilupp fiż-Żonqor