Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865
12 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 M ort niltaqa ma' Patri George kmieni lgħodu l-kunvent tal-patrijiet Franġiskani f 'Għajnsielem fejn f 'dawk il-it sekondi sa ma ċempilt il-qanpiena u qalli biex nidħol, stajt nitpaxxa bil- veduta spettakolari, minn quddiem il-kunvent tal-laguna l-kaħla ta' Kemmuna u ċ-Ċirkewwa. Patri George laqgħani b'dik it-tbissima simpatika tiegħu u mhux talli orieli kafè, iżda mar jagħmiluli hu wkoll. Ħsibt li quddiemi se nsib persuna ubbidjenti għax aċċetta li jmur Isqof fi Tripli, iżda inkwetat fl-istess ħin minħabba s-sitwazzjoni politika u perikoluża f 'dawk in-naħat. Iżda mort żmerċ għax b'għajnjeh jixgħelu qalli, "Hekk hi r-rieda t'Alla u tal- Papa Franġisku, u ninsab konvint li l-Madonna ta' Pinu se tħarisni u m'għandix għalfejn ninkwieta f 'din il-missjoni ġdida tiegħi." Fil-fatt, Patri George għall-bidu se jkun isqof koadjutur, (jiġifieri isqof li jkun qed jistenna li jieħu postu sakemm jispiċċa mill-kariga isqof ieħor) sa ma l-Isqof preżenti il-Patri Giovanni Innocenzo Martinelli OFM jispiċċa mill-kariga. L-isqof li hemm, hu Taljan imwieled il-Libja minn ġenituri Taljani u ilu isqof mill-1985. Sadanittant, għal dawn l-aħħar 5 snin sa Marzu li għadda, Patri George kien Ruma u kien jaħdem fil- kongregazzjoni għall-evanġelizazzjoni tal-popli li hi responsabbli mill- missjonijiet universali. Anke jekk meta mar Ruma lanqas kien jaf fejn għandu jmur, u fl-ewwel ġurnata intilef meta qabad trasport żbaljat, u dan kulma kellu jmur kien Piazza di Spagna u minflok, spiċċa post ieħor, qalli patri George bid-daħka. Għalhekk staqsejtu jekk dan kienx bħal speċi ta' tlestija tat-triq għal Isqof fejn mill-ewwel qalli li ma kienx hekk. "L-għażla tiegħi għal Isqof saret mill-Papa Franġisku. Probabbli li fl- għażla, ikkunsidraw l-għarfien tiegħi fil-lingwa Maltija, Ingliża u Taljana u anke għax Malta għandha relazzjoni speċjali mal-Libja. Meta n-nunzju ħabbarli li l-Papa jixtieqni nkun l-isqof ta' Tripli, jien staqsejtu għaliex jien? U hu qalli għax dik hi r-rieda t'Alla u tal-Papa Franġisku. U kif qalli hekk, baxxejt rasi u aċċettajt bħala sens ta' responsabbiltà u ubbidjenza. "Kienet diffiċli għalija għax ridt inżomm din il-ħatra sigrieta, ma stajt naqsamha ma' ħadd u ridt inkompli x-xogħol tiegħi pastorali hawn f 'Għajnsielem, għalkemm l-Għawdxin t'hawn indunaw li kien hemm bidla fija iżda ma stajt ngħid lil ħadd. Sa ma l-Isqof Mario Grech sejjaħ lill-kleru kollu Għawdxi f 'Ta Pinu biex jieħu l-okkażżjoni li jlaqqagħhom man-Nunzju l-ġdid, ħabbar il-ħatra tiegħi. Taħt il-protezzjoni tal-Madonna ta' Pinu "Min-naħa tiegħi, jien għażilt il- motto Sub Tuum Præsidium' - 'Taht il-Protezzjoni tieghek' li tirreferi għall-Madonna ta' Pinu." Patri George għażel stemma li hija maqsuma fi tliet partijiet. Fil-parti ta' fuq hemm l-arma tal-Ordni Franġiskan li huwa jagħmel parti minnu. Fil-parti ċentrali x-xbieha tal-Madonna Ta' Pinu mtellgħa s-sema akkumpanjata mill-anġli, li f 'idejha qed jafda lilu nnifsu. Isfel hemm il-Fleur de Lys, il-warda tal-ġilju li tirrappreżenta lil Sant'Antnin ta' Padova, li lejh għandu mħabba partikolari. Iż-żewġ kuluri wkoll fihom tifsira. L-AĦMAR juri l-ħajja divina - huwa l-kulur tad- demm, u fid-demm hemm il-ħajja li ġejja minn Alla. L-IKĦAL huwa l-kulur tal-umanità - Il-bniedem huwa ħlejqa li kapaċi terfa' ħarsitha lejn is-sema u tidħol f 'relazzjoni ma' Alla. Bqajt skantat kif bħalissa kull Kristjan imwerwer minn din is- sitwazzjoni tal-ISIS fid-dinja Għarbija u hu għażel li jmur kważi f 'ħalq 'il- lupu', mhux biss bħala Kristjan iżda bħala Isqof Kattoliku fil-Libja. "Biża' qatt ma kelli. Ħuti malli saru jafu beżgħu u bdew jinkwetaw iżda issa aċċettaw il-missjoni tiegħi. Li nkun isqof mhux xi ħaġa li fittixtha jien iżda Alla għażilni u għalhekk konvint li jieħu ħsiebi." Qalli li minn dakinhar li tħabbret il-ħatra, kienu ħafna l-Maltin li hu ma jafhomx u li offrewlu kull tip ta' għajnuna u anke t-talb tagħhom. Tkellimna kemm jaf fuq il-Libja u Patri George qalli li ftit jew xejn jaf, fil-fatt għadu ma ltaqax sew mal-Isqof Magro ta' Benghażi. Qalli wkoll li kien mar il-Libja 29 sena ilu għal ftit jiem. Naħdmu tajjeb mal-Musulmani Staqsejtu jekk jaqbilx li Kattoliċi jmorru pajjiż Musulman u jippruvaw jikkonvertu lil dawn għal Kattoliċi u hawn, mill-ewwel qalli li l-missjoni tiegħu mhix dik. "Il-missjoni tagħna li ilha mill-1913 qiegħdha hemm biex tieħu ħsieb il-ħaddiema barranin li huma Kattoliċi fejn hemm diversi Filippini u Indjani fost l-oħrajn. Hemmhekk il-patrijiet tagħna qatt ma kellhom problemi u ħadmu tajjeb ma' ħutna l-Musulmani. Għax aħna nirrispettaw il-kultura Musulmana u t-twemmin Musulman. Għandek raġun li bħala politika t'hemm għadni ma naf xejn, iżda bħalissa qed insegwi ħafna ħa nitgħallem. Irrid ukoll nitgħallem l-Għarbi għax hemm naf li se mmur għal żmien twil u mhux għal tliet snin u daqshekk." Patri George qalli li fil-knisja li se jmexxi, hemm tliet patrijiet oħra. Tkellimt miegħu wkoll dwar kif iddeċieda li jidħol patri,"Qatt ma kont naħseb li nsir patri. Ix-xewqa tiegħi kienet li nsir qassis, iżda fl- 1975 kellna wirja tal-vokazzjonijiet u ħadt brochure tal-patrijiet u mlejt il-formola u kien weġibni Patri Robert Camilleri li llum hu isqof tal-Honduras u stedinni biex nibda mmur il-laqgħat kull l-ewwel sibt tax- xahar, u ddeċidejt li nsir Franġiskan. Qatt ma ddispjaċini għall-għażla li għamilt." Iċ-ċelibat huwa ta' valur enormi Iddeċidejt li nistaqsih xi mistoqsijiet kontroversjali bħala saċerdot bl- ewwel waħda tkun jekk wasalx iż-żmien li jintemm iċ-ċelebat fis-saċerdozju, "Ara bħala patri m'hemmx diskussjoni. Għax meta tagħżel li tidħol patri, iċ-ċelebat hu primarju għax aħna nagħmlu l-voti ta' kastità, faqar u ubbidjenza. U "Malli ħuti saru jafu bil-ħatra inkwetaw ħafna" "Alla għażilli triqti u konvint John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Hu l-kbir fost ħames aħwa subien, ulied il-mejtin Emmanuel minn Ta' Kerċem u Marija Attard mix-Xagħra. Qeda d-dmirijiet pastorali bħala gwardjan Ta' Ġieżu r-Rabat, Għajnsielem, Sacro Cuor tas-Sliema u ħadem 5 snin Il-Vatikan qabel reġa' spiċċa l-gwardjan t'Għajnsielem Għawdex. Il-Papa għadu kif ħatru bħala Isqof għal Tripli l-Libja fejn għandu jibda l-missjoni tiegħu lejn nofs Ottubru li ġej. Il-Patri Għawdxi li nħatar Isqof ta' Tripli "Malta għandha relazzjoni speċjali mal- Libja"