Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 13 konvint li se jieħu ħsiebi" Tripli nemmen li ċ-ċelebat hu ta' valur enormi għax juri li bniedem qed jagħti lilu nnifsu għal Alla. Lanqas noħlom li jitneħħa ċ-ċelebat fil-ħajja li għażilt jien. Iżda l-qassisin hi storja oħra. Dik hi dixxiplina tal-knisja u tista' titneħħa. Fil-fatt, diġà ġrat fejn qassisin Ingliżi qalbu minn Knisja oħra għal dik Kattolika u kienu miżżewġin, u baqgħu joffru s-servizz ta' qassis u miżżewweġ." L-omosesswali u l-vanġelu Qbadna l-argument tal- omosesswalità, "It-tagħlim hu dak li hu. Il-Knisja ma tistax taċċetta żwieġ bejn tnejn tal-istess sess. Iżda rridu nuruhom rispett u mħabba." Iżda xi tfisser rispett u mħabba? Xi tfisser li jibqgħu parti mill-merħla tal-Knisja u fl-istess ħin iċċaħħad lil dawn in-nies mis-sagramenti? Kif tista' tistedinni għall-ikla tal- ħaruf u ma titmagħnix? Mistoqsijiet kontroversjali, mistoqsijiet li jsiru ta' kuljum min-nies li forsi mhux mexjin fit-triq li ppreparat għalihom il-Knisja Kattolika. Triq li forsi minħabba fiha, ħafna mill-ħrief qed jintilfu fiha. "Jekk tnejn jgħixu ma' xulxin ma nistgħux nindaħlulhom. Għax dik mhux liġi tal-knisja, iżda t-tagħlim tal-vanġelu u l-Bibbja, ma nistgħux nibdluh. Il-liġi tal-Knisja u d-dixxiplina tal-knisja tista' tinbidel maż-żminijiet, iżda t-tagħlim tal- vanġelu ma jinbidilx." Personalment, ma qbiltx mal- argument li jekk wieħed jgħix ma' persuna tal-istess sess, inkella anke jekk raġel jgħix ma' mara barra ż-żwieġ, u jgħixu ħajja mimlija mħabba u monogoma, il-knisja ma tistax tagħtihom is-sagramenti. Iżda jekk wieħed jiġri minn raġel għall-ieħor jew miżżewweġ, jiġri ma' nisa differenti, jista' jqerr u jingħata s-sagramenti. Hawnhekk Patri George ħares lejja u qalli dak hu t-tagħlim tal- Knisja, iżda fl-istess ħin qalli li f 'kull sitwazzjoni jkun hemm raġunijiet differenti u għalhekk il-knisja temmen li kull nagħġa tagħha tibqa' taħt il-ħarsien tagħha u importanti li dawn ikunu taħt gwida spiritwali li jgħinhom jimxu fit-triq it-tajba u l-Knisja timxi magħhom b'imħabba skont in-neċessitajiet tagħhom. Tweġiba tajba, anke jekk xorta ma kkonvinċinix wisq. Iżda Patri George hu Isqof li jrid jimxi skont it-tagħlim tal-Knisja Kattolika u mhux bilfors dak li jemmen hu personalment. Iżda jibqa' fatt li Patri George li fi ftit ġimgħat oħra, nsejħulu l-Isqof George Bugeja hu persuna miftuħa, persuna li ma ħasibx fih innifsu iżda f 'dak li tant jemmen li jwassal il-kelma ta' dak li offra ħajtu għal Alla f 'pajjiż li hemm aktar nies li qed jaħarbu minnu milli jmorru jagħtu s-servizz spiritwali tagħhom għal min għandu bżonn. Patri George se jkun konsagrat Isqof nhar l-4 ta' Settembru fil-Knisja Ta' Pinu u l-isqfijiet konsagranti se jkunu l-isqof Mario Grech, in-Nunzju Apostoliku għal Malta u l-Libja Mario Roberto Cassari u kollega ieħor mix-Xagħra li wkoll inħatar isqof tal-Honduras, Patri Joe Bonello. Imbagħad jerħilha lejn Tripli għal nofs Ottubru. Ħadna b'idejn xulxin, awgurajtlu suċċess u l-inqas problemi possibbli fil-missjoni l-ġdida tiegħu u wegħdni li l-ewwel darba li jirritorna għal xi vaganza mil-Libja nerġgħu niltaqgħu biex naqsmu mal-qarrejja l-esperjenzi tiegħu. Awguri Isqof George! "Il-Knisja tista tibdel biss dak li għamlet hi…it-tagħlim tal- vanġelu ma jista' jinbidel qatt" Patri George Bugeja OFM • Twieled fl-1 ta' Lulju 1962 fix- Xagħra, Għawdex • Kien ordnat saċerdot nhar il-5 ta' Lulju 1986 • Ħadem 5 snin fil-Vatikan qabel reġa' spiċċa l-gwardjan t'Għajnsielem • Għadu kemm inħatar Isqof ta' Tripli fil-Libja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015