Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865
8 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt Raġel hedded li jbattal revolver fuq Surġent RAĠEL li qajjem kommossjoni meta ra lill-pulizija jittowjawlu l-karozza, hedded li se jbattal revolver fuq Surġent u li se jtajru bil-karozza. Il-Qorti semgħet kif Anthony Borg, ta' 39 sena minn San Pawl il-Baħar hedded lis-Surġent Dunstan Camilleri li kien se jċempel lill-Ministru tal-ġustizzja Owen Bonnici biex ikeċċih mill-Korp tal-Pulizija. Il-Maġistrat Josette Demicoli semgħet kif fl-1 ta' Awwissu, il-pulizija sabu Mercedes abbandunata fi Triq Sant'Anna fil-Furjana. Il- karozza kienet vojta u mhux imsakkra. Is-Surġent Dunstan Camilleri qal li wara li sid il-karozza ma setax jinstab, il- karozza ġiet ittowjata hekk kif kienet tħalliet f 'nofs it-triq. Is-Surġent spjega kif waqt li l-karozza kienet qed tiġi ttowjata, l-akkużat, li huwa sid il-karozza, tfaċċa b'landa tal-petrol. Skont is-Surġent, Borg qajjem kommossjoni u beda jgħid lill-pulizija li ma jistgħux jittowjaw il-karozza. Wara ħafna għajjat u anke theddid fil-konfront tal- Pulizija, Borg ġie mmanetjat. "Borg beda jagħmel għadd ta'allegazzjonijiet fil-konfront tiegħi, fosthom li jien kelli għalih għal dawn l-aħħar 20 sena. Sussegwentament, waqt li konna fl-Għassa tal-Belt, huwa dar fuq wieħed mill- kollegi tiegħi u talbu revolver biex ibattlu fuqi," qal is- Surġent Camilleri. Camilleri kompla jgħid li waqt li kienu fid-Depot, Borg qal li se jċempel lill- Ministru Owen Bonnici biex huma jitkeċċew u li kien se jtajjar lis-Surġent bil-karozza. Intant, fix-xhieda tagħhom, żewġ uffiċjali tal-pulizija oħra qalu li l-akkużat sfida lill-ispettur għall-ġlied u li aktar minn hekk l-imputat beda jgħajjat li huwa ċar li l-pajjiż qed jerġa' jitmexxa mil-Laburisti għax il-Pulizija qed isawtu n-nies. Fi tmiem is-seduta, l-akkużat qal li dakinhar tal- inċident, huwa kien xurban ħafna u ma jiftakarx x'għamel. Huwa talab l-għajnuna għall- problema tax-xorb li għandu. Il-Maġistrat Josette Demicoli ċaħdet ukoll it-talba għall- ħelsien mill-arrest. Gidmet pulizija waqt li kienet fis-sakra TFAJLA ta' 21 sena li nstabet f 'sakra ma tarax art waqt il-btala tagħha f 'Malta, ġiet immultata €5,000 u ngħatat sentenza sospiża ta' ħabs wara li ammettiet li gidmet pulizija. Il-Qorti semgħet kif fis-sigħat bikrin ta' nhar it- Tnejn li għadda, l-akkużata, Barbora Krzvoka nstabet mitluqa fil-komun ta' blokka ta' appartamenti f 'San Pawl il-Baħar. Dakinhar, il-pulizija maret fuq il-post għall-ħabta tat-3:00am u ħadu lill-imputata fl-għassa ta' San Pawl il-Baħar għax kienet f 'sakra li ma tarax art. L-Ispettur Godwin Scerri spjega kif fl-għassa, it-tfajla kienet aġitata, gidmet pulizija u qattgħet l-uniformi ta' pulizija mara. Hija minnufih ġiet arrestata u inqas minn 12-il siegħa wara ġiet imressqa l-Qorti u mixlija li għamlet reżistenza bi vjolenza kontra l-pulizija, li kkaġunat ġrieħi ħfief fuq pulizija, u li kienet fi stat ta' sakra f 'post pubbliku. Bid-dmugħ f 'għajnejha, l-akkużata qalet lill- Maġistrat Natasha Galea Sciberras li tant kemm kienet fi stat ta' sakra, li lanqas tiftakar x'għamlet. Krzvoka sostniet ukoll li mhix aggressiva u li ma xtaqet tweġġa' lil ħadd. Minkejja l-apoloġija tal-imputata, il-Qorti kkundannatha għal seba' xhur ħabs sospiżi għal 18- il xahar, u għal multa ta' €5,000. X'hemm għall-ikel? HEKK kif tgħaddi l-festa ta' Santa Marija u jibda joqrob Settembru, kulħadd jibda jagħtih ġenn biex isib minn fejn jixtri lampuki friski hekk kif ikun fl-aqwa tal-istaġun tiegħu. Tisma' lill-bejjiegħ tal-ħut jgħajjat l-għajta tas-soltu tiegħu, u tara reġiment nies imorru jittawlu x'daqs fihom u jekk raħsux mill-ġimgħa ta' qabel. Minħabba n-nuqqas ta' dan it-tip ta' ħut frisk fix-xhur l-oħra ta' matul is-sena, ħafna jkunu mejta għal xi biċċa torta tal-ispinaċi bil-lampuki, jew xi biċċa lampuka moqlija bil- panura. Hemm ħafna riċetti li fihom tista' toħroġ it-togħma bnina ta' dan il-ħut tipiku Mediterranju, bħal zalza tat-tadam bil-lampuki jew xi lampuka al cartoccio. Xejn ma jinżel għasel daqs xi ħuta mixwija fuq barbecue bi ftit lumi u tazza inbid abjad fejn il-baħar. Minbarra d-diversi platti bnini li jduru madwar dan it-tip ta' ħut, hemm bosta influwenzi barranin li daħlu fil-kultura kulinarja tagħna li nistgħu faċilment ngħaqqduhom mal- ingredjenti li aħna mdorrijin bihom. Mill-influwenzi Asjatiċi faċli noħolqu xi tip ta' sashimi fejn minflok il-ħut tas-soltu, tintuża l-lampuka. Inkella, minn influwenzi iktar qribna, verżjoni ta' steak tartare bil-lampuka. Flimkien mar-riċetti tradizzjonali tat-torta tal- lampuki u verżjoni simili lokalizzata ta' fish and chips, tistgħu tippruvaw il-verżjoni tal-flett tal-lampuki b'element Asjatiku. Isservi 6 min-nies Ingredjenti: • 500g għaġina sfiljurata jew tat-torti • 1½kg lampuki friski • Dqiq, biex tiksi l-lampuki • 2 basliet imqatta' • Ponn piżelli msajjar • 2 tadamiet, imqaxxra' u mqatta' • 1 pastarda jew brokkoli żgħira, mogħtija fawra • 1kg spinaċi friska mnaddfa u msajra 500g spinaċi tal-friża msajra • 2 zunnarijiet, imqaxxra u mgħollija • 2 magħref kunserva • 2 magħref kappar • 2 magħref sultana • 6 żebbuġ iswed, imqatta' • Magħrfa tursin • Magħrfa nagħniegħ • Magħrfa ħabaq • Qoxra ta' lumija • Kuċċarina mixed spice • Żejt taż-żebbuġa • Bżar u Melħ Metodu: 1. Qatta' l-ħuta f 'biċċiet u iksi bid-dqiq imħawwar . 2. Saħħan iż-żejt u aqli sakemm isir il-ħut. 3. Kessaħ il-ħut, neħħi l-qxur u x-xewk u qatta' f 'biċċiet żgħar. 4. Sajjar il-basal fiż-żejt taż- żebbuġa sakemm jirtabu, u żid it-tadam u sajjar għal minuta. Żid il-pastard imqatta', iz-zunnarija , l-ispinaċi u l-piżelli. Żid ftit ilma u sajjar sakemm il-ħaxix kollu jkun sar. 5. Żid il-qoxra tal-lumija, ż-żebbuġ, il-ħwawar, il- mixed spice, l-kunserva, s-sultana u l-kappar. 6. Żid il-bżar u l-melħ u ħallih isir għal 5 minuti. Neħħi minn fuq in-nar u kessaħ. 7. Iftaħ l-għaġina u iksi l-qiegħ ta' dixx kemxejn fond. Ħalli biżżejjed għaġina biex tiksi l-wiċċ. 8. Itfa' nofs it-taħlita tal-ħaxix fil-qiegħ fuq l-għaġina u poġġi l-biċċiet moqlija tal-lampuki fuq il-ħaxix. Itfa' l-aħħar nofs tat-taħlita tal-ħaxix fuq il- ħut. 9. Iftaħ il-bqija tal-għaġina u poġġi fil-wiċċ waqt li tagħlaq il-ġnub sew u taqqab il-wiċċ b'furketta. 10. Aħmi f 'forn ta' madwar 200°C għal kwarta u imbagħad, naqqas it- temperatura għal 180°C u sajjar sakemm l-għaġina tieħu kulur dehbi. Ħalliha toqgħod u serviha sħuna. Torta tal-Lampuki