Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum Sara Xuereb champion f 'tournament maġġuri tal-bowling -Ingilterra FRISKI mis-suċċess fil-British Junior Open f 'Norwich, l-Ingilterra, grupp ta' żgħażagħ Maltin mill-aktar entużjasti u dedikati marrru fil-belt kapitali Ingliża, Londra, fejn hemmhekk ipparteċipaw fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-JTE Junior London International, li saret fl-Airport Bowl ġewwa Heathrow. It-tamiet li jinkisbu riżultati pożittivi mill-Maltin kienu għolja fil- grupp Malti. U fil-fatt il-kompetizzjoni matul il-ġimgħa laħqet il- massimu tagħha f 'xewqa li saret realtà għal Sara Xuereb li għad għandha biss 13-il sena, li ġiet inkurunata bit- titlu ta' London International Champion, wara finali mill- aktar eċitanti. B'kollox, xejn inqas minn 17-il bowler Malti ta' taħt il-21 sena ħadu sehem f 'dawn il-Kampjonanti u kellhom riżultati imħallta. L-aqwa wirja min-naħa tal- bowlers subien ġiet min-naħa ta' Matthew Magro li għad għandu biss 13-il sena li bħal, Sara Xuereb huwa student tal- Iskola Nazzjonali tal-Isport, bit-ten-pin bowling tkun id- dixxiplina magħżula minnu. Matthew ikkwalifika bl- aħjar riżultat tiegħu ikun dak ta' 1449 pins fuq tmien logħbiet biex mar għal-lista finali, fejn irreġistra par ta' 216-il punt kif ukoll 236 punt fis-set ta' kwalifikazzjoni tiegħu. Matthew ikkwalifika fis-stt post mill-istadju finali numru 1, permezz ta' riżultat tajjeb ta' 752 punt, qabel eventwalment ġie eliminat fl-Istadju Finali Numru 3, fejn kien safa megħlub bl-iskor ta' 379 – 405 fuq żewġ logħbiet minn Shinya Heast mill- Belġju. Sara Xuereb ikklassifikat mir-round ta' kwalifikazzjoni b'punteġġ eċċellenti ta' 1527 punt minn tmien logħbiet, għal skor medju ta' 190.8 punt fejn kellha punteġġi ferm għoljin fi tliet sets partikolari jiġifieri dawk ta' 213 punt, 225 punt u 236 punt. Hi ma ħarsitx lura u mill-istadju finali numru 1 sa dak numru 4, hi kisbet erba' rebħiet konsekuttivi miż-żewġ logħbiet tagħha. Imbagħad fl-istadju finali numru 5, hi temmet fuq in-naħa telliefa kontra l-Ingliża Keira Ray bl-iskor ta' 399 għal 420, iżda xorta waħda għamlitha għall- iStepladder Finals wara li qatt ma kienet ġiet megħluba fil-logħbiet ta' qabel. Il-bowler Maltija vvutata bħala ż-Żagħżugħa tas- Sena fl-Għazliet Sportivi Nazzjonali f 'Jannar li għadda, Sara Xuereb, rebħet l-ewwel konfront li jġib l-isem ta' Stepladder b'distakk ta' biss erba' pins, fejn rebħet bl-iskor ta' 418 pin għal 414 pin kontra Lewis Johnson mill-Ingilterra, li fisser li hi rnexxielha tikseb post fil-Grand Final, fejn għal darb'oħra kellha taffaċċja lil Keira Ray. Minħabba l-fatt li din il-bowler Ingliża, kienet diġà għelbet lil Sara Xuereb f 'konfront ieħor iktar qabel, Sara kellha tegħleb lil din il-bowler darbtejn biex tirbaħ it-titlu finali. Hija kellha bidu mill-aqwa meta fl-ewwel logħba għelbet lil Keira Ray bil-punteġġ finali ta' 454 għal 373. B'hekk kollox kien jiddependi mit-tieni logħba fejn kellha tkun il-Maltija Sara Xuereb li rebħet ukoll din it-tieni finali bl-iskor viċin ta' 440 għal 430, biex b'hekk Sara Xuereb ġiet inkurunata champion ta' dan it-tournament. Missier Sara Xuereb, Josward, kien l-ewwel wieħed li kkongratula lit-tifla tiegħu għal dan is-suċċes rimarkabbli fil- karriera tagħha, li kien ukoll l-ewwel titlu li hija rebħet f 'tournament internazzjonali. Numru sabiħ ta' ġenituri ta' bowlers Maltin li ħadu sehem f 'dan it-tournament ukoll vjaġġaw sal-Ingilterra biex jagħtu s-sapport massimu tagħhom lil uliedhom. Akkumpanjat lil dawn il-ġenituri wkoll is-Sinjura Liliana Spiteri, li hija l-mentor tal-youths tal-bowling lokali, fejn irrappreżentat lill-MTBA. Rick Vogeleseng li huwa l-coach uffiċjali ta' Sara Xuereb fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport u Matthew Magro kienu wkoll preżenti għal dan is-suċċess uniku miksub minn Sara Xuereb lil hinn minn xtutna, fl-Ingilterra. Sara Xuereb li għandha biss 13 -il sena rebħet il-London International "Ma' Balzan sibt familja kbira u sabiħa" - Valerio Senatore F'NOFS Ġunju li għadda, Balzan FC, ħabbru li kienu akkwistaw lill-goalkeeper Taljan, Valerio Senatore, mingħand Floriana. Dan il-plejer kien inġieb f 'Malta f 'Awwissu tas-sena li għaddiet minn Floriana FC u kien qed jilgħab regolarment mal-Greens, sakemm injury serja fl- għaksa ħallietu barra mill-azzjoni għal ħames xhur sħaħ, fejn imbagħad Floriana akkwistaw lill- goalkeeper żagħżugħ Matthew Calleja Cremona mingħand Pembroke Athleta li spiċċa biex ħadlu postu bħala l-goalkeeper numru 1 mat-tim dak iż- żmien immexxi mill-kowċ Taljan Giovanni Tedesco, li llum ħa t-tmun tat-team ta' Birkirkara mingħand Paul Zammit, li sieħeb lil Valletta bħala kowċ. Fl-Italja, Valerio Senatore, lagħab ma' Genoa, Cavese, Scafatese, Crotone, Vibonese u Campobasso, għalkemm kien biss mat-tim żgħir ta' Fondi Calcio, li huwa stabilixxa ruħu bħala plejer regolari fid-Diviżjoni inferjuri tas-Serie D lura fl- istaġun 2013/14. Intant, wara li ftit ġimgħat ilu dan il-goalkeeper Taljan ta' ċertu statura ngħaqad ma' Balzan, dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess plejer fejn kien pront u mill-aktar disponibbli, biex tana dawn il-kummenti rigward diversi aspetti tal-futbol u tal-ħajja f 'Malta, kif ukoll kif qed iħares lejn l-avventura l-ġdida tiegħu mat-tim ta' Balzan FC, immexxi mill-kowc bravu, Oliver Spiteri, li ftit tal-jiem ilu ħabbar li kien estenda l-kuntratt tiegħu bħala kowċ ta' dan il-klabb sat-tmiem l-istaġun 2017/18. Huwa sostna li: "Meta ġejt nilgħab f 'Malta, kont xi ftit xettiku rigward il-livell tal-futbol Malti. Dan hekk kif ma kontx tal- fehma li l-livell tal-futbol Malti kien daqshekk għoli, iżda ma domtx ma ndunajt li tabilħaqq, kont tassew żbaljat! Il-futbol Malti qed jikber, u dan juruh biċ-ċar l-aħħar riżultati li akkwista t-tim nazzjonali Malti, li m'għadux tim li wieħed isibha faċli biex jegħlbu. Barra minn hekk, l-aħħar riżultati miksuba minn klabbs Maltin kemm fil-UEFA Champions League, kif ukoll fil-UEFA Europa League, huma ta' min wieħed tassew jiftaħar bihom. Fi ftit kliem, mhix xi ħaġa sempliċi jew faċli, li wieħed jilgħab il-futbol ġewwa Malta, b'differenza għal dak li wieħed jista' jaħseb. F'dak li għandu x'jaqsam mal- ħajja tiegħi f 'Malta, nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li ninsab kuntent ħafna u rnexxieli nintegra mal-ewwel u bl-aħjar mod possibli mal- poplu Malti. Dan hekk kif il-poplu Malti huwa wieħed tassew paċifiku u soċjevoli. Barra minn hekk, ħafna problemi li għandna ġewwa l-Italja, f 'Malta ma jeżistux. Sinċerament, naħseb li se nibqa' f 'Malta għaż-żmien li ġej, l-aktar jekk ningħata ċ-ċans li nibqa' nilgħab b'mod regolari bħala goalkeeper numru 1 ta' Balzan FC. Ma' dan it-tim, ġejt milqugħ bl-aħjar mod possibli. Sibt grupp ta' plejers mill-aqwa u persuni kompetenti u li tassew jifhmu fil-logħba tal-futbol. Dawn mal-ewwel ippruvaw iġiegħluni nħossni ġewwa dari. U nista' ngħid li tabilħaqq irnexxielhom jagħmlu dan. It-tim ta' Balzan donnu familja kbira u sabiħa. Ħallejt lil Floriana, għax ridt avventura ġdida fil- karriera tiegħi, biex inkompli ntejjeb il-livelli tiegħi fil- futbol. Barra minn hekk, ma' Balzan, kelli wkoll l-opportunità li nilgħab fil- UEFA Europa League, liema tragward Floriana FC, ma rnexxielhomx jilħquh matul l-istaġun li għadda," temm jgħid Valerio Senatore. Il-goalkeeper Valerio Senatore, ftit jiem wara li ngħaqad ma' Balzan FC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015