Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 31 SPORTSillum iddiżappunta sa issa l-Formula 1 fil-ħames post tal-klassifika tal-kostrutturi, iżda li jirnexxielhom iżommu dan il-post sa tmiem l-istaġun mhux se jkun tragward faċli. Dan speċjalment minħabba xi difetti fl-istruttura tal- karozzi taż-żewġ sewwieqa rispettivi ta' dan it-tim, li dehru evidenti fl-aħħar GP fiċ-ċirkwit ta' Hungaroring, fl-Ungerija. Waqt li r-rebħa storika ta' Le Mans, tidher li għolliet ferm il-moral ta' Nico Hulkenberg, is- sewwieq sieħbu fuq l-istess karozza Sergio Perez, jekk ikun fil-ġurnata tiegħu, jista' tabilħaqq jikseb riżultati tal- ogħla livell għall-akbar ġid tat-tim tiegħu. Toro Rosso-Renault Kienet biss in-nuqqas ta' esperjenza evidenti li partikolarment f 'dan l-istaġun ippreveniet lit- tm ta' Toro Rosso milli jkollu staġun spettakolari. Madankollu, meta wieħed iqis kollox jekk ikollu jiddeskrivi dan l-istaġun sa issa għal Toro Rosso, jiddeskrivih bħala wieħed ferm pożittiv. M'hemmx dubju li s-sewwieq tagħhom Max Verstappen li għad għandu biss 17-il sena huwa r-rivelazzjoni ta' dan l-istaġun fil-Formula 1, permezz tar-riżultati mill-aktar pożittivi, li rnexxielu jikseb sa issa fosthom ir-raba' post fil- GP tal-Ungerija, fiċ-ċirkwit ta' Hungaroring. B'hekk kollox qed jindika li dan is-sewwieq għandu futur mill-isbaħ quddiemu fil- Formula 1. Lotus-Mercedes Dan kien staġun ikkaratterizzat minn diversi tlugħ u nżul għal dan it-team. Bħala riżultati miksuba minn Lotus- Mercedes, dawn jistgħu jitqiesu bħala pożittivi hekk kif f 'kull tellieqa, iż-żewġ sewwieqa ta' Lotus-Mercedes, Pastor Maldonado u Romain Grosjean, dejjem temmew mal-ewwel 10 sewwieqa fil-gradwatorja finali. Jekk nieħdu spunt rigward is- sewwieq Pastor Maldonado, m'hemmx dubju li dan is-sewwieq qed ikollu staġun diżappuntanti, fejn sfortunatament għalih u għat-team tiegħu, ħafna drabi, iktar ikun fl-aħbarijiet minħabba affarijiet negattivi u li ma jagħmlulux ġieħ, milli għar-riżultati pożittivi li jirnexxielu jikseb fiċ-ċirkwit partikolari. Jekk nieħdu biss l-aħħar GP li sar fiċ-ċirkwit ta' Hungaroring, fl-Ungerija, huwa ġie penalizzat mill- istewards responsabbli minn dan iċ-ċirkwit, għal xejn inqas minn tliet darbiet fit-tellieqa. Sauber-Ferrari Sauber-Ferrari bdew dan l-istaġun b'mod b'saħħtu ħafna, l-aktar grazzi għas- sħubija li huma għamlu mal-Ferrari fil-bidu ta' dan l-istaġun. Iżda tellieqa wara l-oħra, huma xejn ma baqgħu jimpressjonaw, u timijiet oħra li għamlu żviluppi ikbar u iktar evidenti minnhom, bdew jiksbu riżultati ferm aħjar minn tagħhom. Iż-żewġ sewwieqa ta' Sauber- Ferrari, Felipe Nasr u Marcus Ericsson, temmew fl-ewwel żewġ postijiet tal-ewwel tellieqa matul dan l-istaġun, dik li saret fl-Awstralja. Madankollu, dan baqa' l-aħjar riżultat miksub minnhom sa issa, hekk kif wara dan, huma kisbu riżultati li ma tantx jagħmlulhom ġieħ. Huwa evidenti li dan it-team għandu nuqqas ta' riżorsi, għalkemm huwa maħsub li jkun hemm żviluppi konsiderevoli fi stadju iktar tardiv matul dan l-istaġun. McLaren-Honda Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn iż-żewġ sewwieqa tat-team McLaren-Honda, dan malajr jista' jgħid li dan it-team jippossjedi l-aqwa line-up ta' sewwieqa għal matul dan l-istaġun. Iżda r-riżultati li rnexxielhom jiksbu sa issa dawn iż-żewġ sewwieqa xejn ma huma xhieda kemm tal-kalibru li jippossjedu dawn iż- żewġ sewwieqa, kif ukoll tar-riżultati li rnexxielhom jiksbu ma' timijiet oħra fil- passat riċenti. Għalkemm din il-karozza m'għandhiex magna Mercedes kif kellha għal numru konsiderevoli ta' snin, huwa mifhum li l-magna Honda li għandha dan l-istaġun hija l-aħjar waħda sa mill-2012. Madankollu, huwa fatt magħruf, li dan it-tim iddiżappunta bil-kbir sa issa, u jeħtieġlu jagħmel avvanzi konsiderevoli fil-futur qarib jekk irid li jikseb pożizzjoni rispettabbli fil-klassifika fi tmiem l-istaġun. Manor-Ferrari Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn ir-riżultati finali ta' kull pole-position u GP, matul dan l-istaġun fil-Formula 1, dejjem jara l-ismijiet taż-żewġ sewwieqa ta' dan it-tim, Will Stevens u Roberto Merhi, jokkupaw l-aħħar żewġ postijiet tal-gradwatorja. U dan m'għandux jittieħed bħala sorpriża bl-ebda mod, hekk kif dan it-tim għandu riżorsi finanzjarji mill- aktar fqar, u li saħansitra fix-xitwa, kien f 'xifer ta' falliment. Id-diriġenti ta' dan it-tim għamluha ċara li din is-sena se tkun waħda ta' transizzjoni, biex fiha jiġu mfassla l-pedamenti u l-fondazzjonijiet ta' dan it-tim għas-sena d-dieħla, u għall-istaġun li jmiss u għalhekk li jonfqu l-ftit flus li għandhom biex itejbu l-livelli tal-karozza tagħhom, mhijiex il- priorità assoluta tagħhom. Is-sewwieqa tagħhom Will Stevens u Roberro Merhi, għamlu l-aħjar li setgħu fit-tlielaq kollha li kienu nvoluti fihom sa issa, iżda żgur li bil-karozza li huma jsuqu, m'hemmx dubju li ma setgħux jagħmlu l-mirakli! Jeħtieġ ta' iktar żmien u ta' iktar avvanzi li huma mistennija jagħmlu bħala team fil- futur qarib biex tabilħaqq, wieħed ikun jista' jgħaddi ġudizzju korrett fuq kull wieħed minn dawn iż-żewġ sewwieqa ta' dan it-team ferm żgħir, u ta' riżorsi ferm limiati minn kull lat. Nico Hulkenberg sar l-ewwel sewwieq li għadu fix-xena li rebaħ il-Le Mans sa mill-1991 Max Verstappen ta' 17-il sena huwa r-rivelazzjoni ta' dan l-istaġun Pastor Maldonado, ppenalizzat tliet darbiet fit-tellieqa tal-Ungerija Iż-żewġ sewwieqa ta' Sauber-Ferrari, spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet tal- ewwel tellieqa tal-istaġun Mclaren-Honda ddiżappuntaw bil-kbir sa issa, f 'dan l-istaġun Will Stevens u Roberto Merhi, jokkupaw l-aħħar żewġ postijiet fir-riżultati finali ta' kull pole position

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015