Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 G ħalkemm l-UE kienet fost l-ewwel blokki reġjonali li ħadet pożizzjoni ċara dwar il-politika tagħha tal-enerġija u tal-klima għas- sena 2030, li fuqha bbażat il-qagħda li mistennija tieħu fil-laqgħa globali dwar il- klima li se ssir f 'Diċembru li ġej f 'Pariġi, kulħadd kelma waħda. Mingħajr l-impenn tal-Istati Uniti, taċ-Ċina, u ta' pajjiżi oħrajn kbar bħall-Indja, fost oħrajn, se jkun diffiċli biex jinkiseb ftehim simili, tmexxi kemm tipprova tmexxi bl- eżempju, l-UE nnifisha. Minn hawn tinbet mistoqsija naturali. Iċ-Ċina mistennija tgħin biex jinkiseb dan il-ftehim jew le? Diffiċli li wieħed iwieġeb b'sempliċi iva jew le f 'dan l-istadju bikri, iżda kollox juri li ċ-Ċina qed tieħu dan il-qasam b'serjetà liema bħalha, b'mod partikolari bil-pożizzjoni iebsa u riġida li żammet waqt il-laqgħa ta' Copenhagen, snin ilu. L-ewwel sinjali ta' żblokk kienu meta f 'Novembru li għadda għamlu ftehim storiku mal-Istati Uniti dwar l-emissjonijiet. Ftehim bejn l-aktar żewġ pajjiżi li jniġġsu li bagħat sinjal ferm inkoraġġanti u pożittiv. Minn dak iż-żmien 'l hawn ħarġu ħafna studji li lkoll tkellmu b'konvinzjoni dwar iż-żieda fl-impenn Ċiniz favur il-klima. Fosthom il-pjan innifsu taċ-Ċina li tħabbar f 'Ġunju li għadda li faqa' l-bużżieqa ta' kull min qal li ċ-Ċiniżi ma kienu qed jagħmlu xejn siewi f 'dan il-qasam. Meta tqis li ċ-Ċina hija responsabbli għal madwar 30% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra madwar id-dinja kollha, pass bħal dan ma jistax jittieħed b'mod leġġer. Huma qed jittamaw li dawn l-emissjonijiet jilħqu l-quċċata tagħhom sas-sena 2030 jew qabel, filwaqt li qed jimmiraw li jnaqqsu l-intensità tal-karbonju fl-ekonomija b'madwar 60% fl- istess medda ta' żmien. Għamlu wkoll miri ġodda għall-energija li beħsiebhom jiġġeneraw minn sorsi alternattivi. Għalkemm parti mill-energija Ċiniża mistennija tiġi anki minn dik nukleari, huma għandhom tir li jnaqqsu d-dipendenza fuq il-faħam filwaqt li jtellgħu l-kontribut tal-enerġija nadifa għal 11.4% mis-sena l-oħra għal 20% sas-sena 2030. Din mhix ċajta. Hija ekwivalenti għal madwar elf gigawatts, li huwa madwar kemm għandhom kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' enerġija l-Istati Uniti bħalissa. Il-livell u t-timing tal- emissjonijiet tagħhom se jiġi determinat finalment minn kemm u kif tikber l-ekonomija tagħhom. Lesti jagħmlu sagrifiċċji basta jibqgħu sovrani Fil-laqgħat li kelli magħhom jidher ċar li lesti jagħmlu s-sagrifiċċji basta ma jissagrifikawx is-sovranità tagħhom u t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż li mingħajru jistaġnaw. Qed jippjanaw li jibnu għadd ta' bliet low carbon kif ukoll 'emissions trading pilot schemes' tant li sas-sena 2017, x'aktarx li jkollhom 'emissions trading scheme' nazzjonali. Meta wieħed iqis il-miljuni ta' nies li qed jimxu mill- irħula għall-ibliet, l-enerġija kkunsmata fil-bliet Ċiniżi ma tistax ma tingħatax importanza xierqa. Marbuta mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, fiċ-Ċina hemm dik li qed isejħu l-gwerra kontra t-tniġġis. Tant li l-problema tal-kwalità tal- arja saret kwistjoni nazzjonali daqs kemm hija l-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni speċjalment fl-istituzzjonijiet governattivi. Dan mhux xi miraklu li jista' jseħħ mil-lejl għan-nhar iżda huwa maħsub li jkun qed jagħmel parti integrali mill- hekk imsejjaħ 'Low Carbon Development Strategy' tal- pajjiż. Xi ħaġa li qed naħdmu fuqha anki aħna bħala pajjiż minkejja ċ-ċokon tagħna. Iċ-Ċina qed tagħmel sforzi kbar fil-klima Jekk hemm żewġ awtoritajiet kbar madwar id-dinja fil-qasam tal-klima dawn huma Nicholas Stern mill-Grantham Research Institute on Climate Change and the Environment Ingliż kif ukoll il-Lowy Institute for International Relations. It tnejn waslu għall-istess konklużjoni, jiġifieri li minkejja l-perċezzjoni li għandhom iċ-Ċiniżi, li donnhom kuntenti jaqgħu lura fil-qasam tal-klima, fil-fatt qed jagħmlu sforzi kbar biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom. Huma diġà investew f 'għadd ta' riżorsi finanzjarji u anki f 'policies ġodda biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni konkreta f 'dan ir-rigward. Meta wieħed iqis l-arja mniġġsa li hemm fil-bliet Ċiniżi, kif ukoll ir- ristrutturar ekonomiku li ilhom li imbarkaw fuqu, wieħed jista' jifhem għaliex qed isiru t-tali sforzi. Qed tiżdied kulma tmur il-pressjoni u l-influwenza tal-gvernijiet u tal-esperti tal-provinċji fuq dak il-Gvern ċentrali Ċiniż filwaqt li ċ-ċittadini nfushom qed juru tħassib u impenn ferm aktar minn qatt qabel favur din l-kawża. Ilkoll huma tal-fehma li jekk iċ-Ċina tieħu l-passi kostruttivi li mistennija tieħu, mhux biss tista' tgħin direttament biex jintlaħaq ftehim f 'Pariġi, iżda wkoll biex l-ekonomija tiżviluppa b'mod aktar sostenibbli, jissaħħu l-pjani għall-iżvilupp urban qawwi tal-pajjiż, kif ukoll titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u saħansitra l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini nfushom. Kulma jmur, iċ-Ċina qed tagħmel isem għaliha f 'dik li hija teknoloġija nadifa. Fil-fatt mistennija tesporta minnha aktar lejn kontinenti oħrajn fosthom lejn l-UE nnifisha. Jekk iseħħ dan kollu, tirbaħ iċ- Ċina, tirbaħ il-globalizzazzjoni nnifisha u nkunu ersaqna ferm eqreb li jintlaħqu l-miri tal- konferenza ta' Diċembru 2015 kif ukoll lil hinn minnha għas snin ta' wara. Leo Brincat huwa l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil Fil-Klima ILPUNT LEO BRINCAT Ftehim globali dwar il-klima: Iċ-Ċina se tgħin? "Mingħajr l-impenn tal- Istati Uniti, taċ-Ċina, u ta' pajjiżi oħrajn kbar bħall-Indja, fost oħrajn, se jkun diffiċli biex jinkiseb ftehim simili, tmexxi kemm tipprova tmexxi bl- eżempju, l-UE" "Qed tiżdied kulma tmur il-pressjoni u l-influwenza tal-gvernijiet u tal-esperti tal- provinċji fuq il-Gvern ċentrali Ċiniż"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015