Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Sentejn u nofs wara S entejn u nofs ilu, eluf kbar ta' nies ħarġu jiċċelebraw rebħa storika li kiseb il-Partit Laburista. B'36,000 vot maġġoranza, il-poplu ma setax tkellem b'mod aktar ċar u ekwivoku milli l-fatt għamel. Wara 25 sena, ħlief għal 22 xahar, il- partit li kien donnu weħel -Oppożizzjoni farfar l-irmied tat-telet li nġema' madwaru, u kiseb rebħa kolossali li bħalha konna ilna snin ma naraw. Imma bejn iċ- ċelebrazzjoni u l-iggvernar, hemm oċean jaqsam, bejn il-kumdità taċ-ċint tal- oppożizzjoni u r-realtà ta' Gvern li jrid ipoġġi l-kliem fil-fatti, hemm baħar li qed jikkumbatti. U allura llum, sentejn u nofs wara dik ir-rebħa kbira, il-Gvern fejn jinsab? X'qed jindika t-termometru politiku? Kemm għadu b'saħħtu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat? Kemm għadu moviment ta' nies l-istess partit? Kemm għadu qed jiġbed is-simpatija ta' dawk li kienu xebgħu u ddejqu sal-ponta ta' mneħirhom bil-ħniżrijiet politiċi, bl-arroganza u bil-prepotenza? Kemm għadhom qrib il-poplu dawk li sentejn u nofs ilu kienu parti mill-folla? It-tweġiba mhix kollha negattiva, imma lanqas hija kollha pożittiva. Taqbel jew ma taqbilx mal-Gvern, Laburist jew Nazzjonalist, ikollok tammetti li żmien il-babaw ekonomiku li tant kien ibeżża' bih il-Partit Nazzjonalista għadda u ndifen. Illum pajjiżna huwa fost l-aqwa fl- Unjoni Ewropea f 'termini ekonomiċi, bil-Prodott Domestiku Gross jaċċellera għal 4%, bil-qgħad fl- aktar livelli baxxi fi snin twal, wieħed mill-akbar ammonti ta' nies f 'impjieg, turiżmu li qed jaqbeż kull rekord u negozju li ġeneralment sejjer tajjeb ħafna. Fil-pajjiż, hawn ċerta ottimiżmu li Malta, fil-verità, sejra tajjeb. Gvern Laburista waqaf jitkellem dwar ir-riformi u beda jattwahom. Konna ilna snin nitkellmu dwar riforma fil-pensjonijiet, snin nitkellmu dwar riforma fil-liġi antikissima taċ-ċensura, snin nitkellmu dwar il-Whistleblower's Act, snin nitkellmu dwar drittijiet ċivili u snin nitkellmu dwar riforma fil-qasam tal-ġustizzja. Issa bdew ikunu attwati. Issa qed nitkellmu dwar ir-riżultati tar-riformi u mhux meta, forsi, xi darba nwettquhom. Imma daqs kemm Gvern Laburista qed jeċċella fl-enerġija li għandu biex imexxi u jġib il-bidliet neċessarji waqt li jassigura ekonomija b'saħħitha, daqstant ieħor qed ifalli f 'oqsma fejn il-poplu stenna aħjar. Il-poplu jrid jara Gvern ġust, li jqassam ġid il-pajjiż b'mod ġust. Hija inġustizzja flagranti li tgħid lill-ġenituri li jixtru siġġu tar-roti għal binhom li ma jistgħux jingħataw 50% tal-ispiża bħal qabel, għax "m'hemmx biżżejjed flus" filwaqt li bl-id l-oħra tawtorizza esproprijazzjoni miljunarja lil min għandu geddumu fix-xgħir. Hija inġustizzja flagranti li tgħid u tħalli sitwazzjoni ta' persuna jew persuni jaqilgħu l-belli liri (jew ewri) mingħajr ma jistgħu jiġġustifikaw il-qligħ tagħhom filwaqt li għandek mijiet li għadhom maqbudin fil-prekarjat. U hija inġustizzja li hawn min f 'dan il-pajjiż sofra transfer fuq ieħor u inqabeż darba darbtejn fil- promozzjoni, mhux għax ma kienx kapaċi imma għax Laburist, li jkun mwiegħed li s-sitwazzjoni tinbidel bi Gvern ġdid u għadu qed jistenna u jinqabeż sal-ġurnata tal- lum. Veru, hemm setturi oħrajn fejn il-Gvern qed jaljena jekk mhux jinfurja sezzjonijiet tal-votanti, primarjament l-ambjent. Imma l-akbar telfa ta' dak il-moviment li rebaħ bil- kbir sentejn u nofs ilu hija li jinsa li huwa moviment tan-nies. Mingħajr in- nies mhu xejn u b'nies qed nirreferu għal dawk li jqumu filgħodu għall- ġurnata tax-xogħol, għal dawk li jgħożżu l-prinċipji ta' gvernar trasparenti, għal dawk li għadhom qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-ħajja u għal dawk iċ- ċittadini onesti li vvutaw Labour biex jaraw il-bidla. Fi żmien tal-prova, huwa l-poplu li trid miegħek, mhux xi erba' sangisugi li qed jgħixu minn fuqek sakemm titbiel!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015