Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 11 tal-Għawdxin u l-Maltin Rabtin, Għawdxin u Maltin. Dan jidher biċ-ċar kif ta' kull sena, din il-festa tiġbed lejha ammonti kbar ta' nies kemm Għawdxin, kif ukoll Maltin, hekk kif ikun hemm numru konsiderevoli kbir ta' vetturi u passiġġieri li jaqsmu f 'Santa Marija ta' kull sena bil-lukandi, appartamenti u farmhouses kollha fully booked. Tant li biex jirnexxilek torqod Għawdex għal din il-festa, trid taħseb xhur qabel jekk mhux minn sena għal sena. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta' barra huma ta' livell għoli f 'kull settur: armar, briju, nar u l-marċijiet li jindaqqew mill-baned. Dan kollu xhieda tal-livell għoli li s-Soċjetà Filarmonika Leone taħdem bis-sħiħ biex tilħaq ta' kull sena. Is-Soċjetà, li skont l-Iljuni Għawdxin hi l-ewwel banda stabbilità ġewwa Għawdex, laħqet ċertu livell ta' kwalità fil-banda tagħha, bi programmi u mużika li ftit jew ħadd kapaċi jesebixxu bħalhom. Soċjetà li mexxiet il-ħajja soċjali tal-gżira għall-bosta snin u li dejjem kienet fuq quddiem u l-ewwel: Folk Group, Teatru, Opra, Kunċerti ta' Mużika Pop... B'hekk is-Soċjetà Filarmonika Leone dejjem u f 'kollox tħabrek biex iżżom l-istandards li hija stess ħolqot. Iż-żgħażagħ ta' Santa Marija Is-Soċjetà Filarmonika Leone qed tagħti importanza liż- żgħażagħ fl-organizazzjoni tal-festa u dan mertu għall- Aurora Youth Movement, li minnu, lura fiż-żmien, ħarġu l-għaqdiet l-oħrajn li jieħdu ħsieb ukoll il-festa. Dan l-istess moviment, ix-xahar li għadda organizza seminar bl-isem ta' 'Iż-Żgħażagħ: il- Qalb tas-Soċjetajiet Mużikali Għawdxin' bil-parteċipazzjoni ta' bosta żgħażagħ minn baned u għaqdiet tal-festi fl-irħula Għawdxin. Minn din il-Kampanja, l-Aurora Youth Movement qed tipprova tagħti spinta lill-importanza tal-involviment taż-żgħażagħ fis-Soċjetajiet u għaqdiet tal- festi, għaliex temmen li bid- determinazzjoni u l-enerġija tagħhom, jagħtu futur sabiħ lis- settur tal-Baned u l-Festi. Kien diskuss b'mod speċjali t-tabù li jeżisti fost in-nies li fil-każini ssib kumpanija ħażina u huwa ħela ta' ħin. L-armar, il-briju u n-nar L-armar tat-toroq jibda madwar xahar qabel il-jum tal-festa, fejn bosta żgħażagħ jqattgħu l-ħin tagħhom iżejnu t-toroq tal-belt t'Għawdex kuljum. Kull sena, joħroġ armar ġdid frott il-ħidma tal-Għaqda Armar Santa Marija matul is-sena. Din is-sena, saret l-induratura bid-deheb tal-istatwa ta' Santa Marija Assunta tad- Dimostrazzjoni: rinovazzjoni, restawr, induratura u rħamar tal-pedestall ta' San Ġużepp fi pjazza Indipendenza, ukoll b'erba' brazzi godda; pedestall ġdid ta' San Pawl, tkomplija fuq ix-xoghol fi Pjazza Savina, pitturi u sfumaturi tal-pavaljuni ta' Triq Palma, fost armar u manutenzjoni oħra. Il-briju bħal kull festa oħra ma naqasx, u min kien hawn matul il-ġimgħa tal-festa seta' jara l-birju taż-żgħażagħ waqt il-marċijiet popolari fejn kważi kull ġurnata għall-ħmistax-il ġurnata qabel il-festa jkun hemm xi skuża għal xi marċ, fejn iż-żgħażagħ jiddevertu fil- briju tagħhom. Il-festeġġjamenti fil-fatt bdew eżatt mal-ħruġ tal-vara żewġt iħdud qabel il- festa. Ħelwa wkoll it-tradizzjoni ta' lejlet il-festa, dak li sar nhar il-Ġimgħa li għadda, fejn kien hemm marċ tat-tfal f 'forma ta' parata mill-Katidral għall-Każin. Għalkemm il- marċ trijonfali hu dak antik u tradizzjonali li sar ilbieraħ filgħodu u li għadda mit-toroq dojoq tal-mandraġġ, Pjazza San Ġorġ u pjazza Indipendenza. Il-baned li ħadu sehem din is-sena, barra dik Leone kienu 8, il-Beland taż-Żejtun, La Vallette, 12th May ta' Ħaż-Żebbuġ, Banda Victory tax-Xagħra, San Girgor ta' Kerċem, Banda Santa Marija Żebbuġ, Banda San Ġużepp ta' Għajnsielem u l-banda Viżitazzjoni tal-Għarb. In-nar f 'Santa Marija hu msemmi ħafna u bla dubju huwa fost l-ewlenin fost l-irħula kollha Għawdxin, sew bħala kwantità kif ukoll bhala kwalità. Informazzjoni mogħtija minn Thomas Bajada "Il-Knisja Katidrali hija wkoll il-Matriċi - jiġifieri il-mater, l-omm, tal-knejjes kollha ta' Għawdex" Wieħed mill-marċi tal-festa ta' Santa Marija matul din il-ġimgħa It-tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru wara nofs in-nhar li huma tiġrijiet mħallsin mill-Gvern bħala tradizzjoni twila

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015