Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol, u kif tiddeskrivi t-tfulija tiegħek fil-Brażil? Trabbejt f 'familja fqira ħafna fil-favelas ta' Sao Luis fil-Brażil flimkien ma' ħames aħwa. Missieri kien plejer ma' tim Brażiljan li jġib l-isem ta' Maranhao Atletico Clube, waqt li ħija, Hamilton u anki oħti minnhom kienu jilagħbu l-futbol ukoll. B'hekk jien segwejt il-passi tagħhom u nktibt mat-tim tal- futbol li kien iġib l-isem ta' Sociedade Esportiva Tupan. Ta' 15-il sena, scout Arġentin kien ikkonvinċieni biex nieħu sehem fi prova ma' dan it-tim, fejn ġejt magħżul bħala attakkant biex immur nilgħab ma' tim fl-Ewropa. B'hekk ta' età żgħira ħafna ġejt trasferit fil-Belġju ma' Anderlecht, u kien propju f 'dan il-perjodu li ngħatajt iċ-ċittadinanza Belġjana, u għalhekk ġejt naturalizzat Belġjan. Bdejt il-karriera tiegħek fil-futbol milgħub fil-Belġju mat-tim ewlieni f 'dan il-pajjiż, Anderlecht. Il-kummenti tiegħek. Kien eżattament fis-sena 1985 li ġejt ingaġġat mis-settur tal-youths ta' Anderlecht, wara li ħadt sehem magħhom fi tliet tournaments ta' ħbiberija fi Spanja, Franza u l-Ġermanja. F'dawn it-tournaments jien kont irbaħt it-trofew tal-aqwa plejer tat- tournament. Bdejt nilgħab mal-ewwel bħala attakkant ma' dan it-tim. Għall- bidu ma tantx stajt nidra fil-Belġju minħabba t-temperaturi ferm kesħin f 'dan il-pajjiż, kuntrarju għal dawk li kont imdorri bihom f 'pajjiż twelidi, il-Brażil. F'Marzu tal-1988 iddebuttajt fl-ogħla diviżjoni tal-futboll Belġjan ma' Anderlecht. Kollox ma' kollox kelli esperjenza ferm pożittiva ma' dan it-tim fejn lgħabt 95 logħba u skorjajt 36 gowl. Wara ngħaqadt ma' Cagliari. Irrakontalna fid-dettall l-esperjenza li kellek ma' dan it-tim mill-gżira ta' Sardegna fl-Italja. Kien fl-1992 li Cagliari ngaġġawni, u dan wara li kienu rawni biss fuq il- video nilgħab bil-flokk ta' Anderlecht, fil-Belġju. Wara li kelli xi diżgwid mal-kowċ ta' dak iż-żmien ta' Cagliari, Carlo Mazzone, minħabba d-dehra tiegħi li skont hu ma kinitx daqshekk professjonali, iddebuttajt ma' dan it-tim fis-Serie A, fid-draw ta' mingħajr gowls kontra Juventus. Ma' Cagliari ħadt sehem ukoll fit-Tazza UEFA fl-istaġun 1993-1994, fejn rimarkabbli huwa l-fatt li saħansitra konna wasalna sas-semi- finali ta' din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża Ewropea. Tul l-erba' snin li qattajt nilgħab ma' dan il-klabb minn Sardegna, kont skurjajt 42 gowl fis-Serie A u erba' gowls fit-Tazza UEFA. Dan kien żmien partikolari importanti ferm fil-ħajja tiegħi mhux biss fuq livell kalċistiku iżda anki fuq livell personali. Dan għaliex kien propju f 'dak iż-żmien li sirt naf lill-mara tiegħi, li flimkein kellna tlett itfal. Kellek esperjenza mill-aqwa ma' Fiorentina. Tina iktar dettalji. Ma' Fiorentina kelli esperjenza mill- aqwa fejn lgħabt għal tliet staġuni sħaħ ma' plejers ta' fama u klassi mondjali fosthom Gabriel Omar Batistuta u Manuel Rui Costa, b'total ta' 95 logħba u 27 gowl. U kien propju mal-Viola li rbaħt l-ewwel unur tiegħi fl-Italja li kien ukoll l-ewwel unur fil-karriera tiegħi tal-futbol. Dan meta lura fl-1996 konna rbaħna s-Supercoppa Italiana. Wara Fiorentina, irritornajt ma' Cagliari. Il-kummenti tiegħek. Iva kont irritornajt ma' Cagliari f 'Settembru tal-1999 fejn domt staġun wieħed biss. Kellna staġun ferm diżappuntanti u fil-fatt sfajna relegati għas-Serie B. Fi tmiem dak l-istaġun kont ingħaqadt ma' Bologna li kienu jilagħbu fis-Serie A. Wara dan kellek esperjenzi diversi ma' Bologna, Como u Catania. Il- kummenti tiegħek. Ma' Bologna domt staġun wieħed biss, fejn lgħabt 17 -il logħba u skorjajt gowl wieħed biss. Dan hekk kif wara ngħaqadt ma' Como fis-Serie B, fejn għenthom jiksbu l-promozzjoni għas- Serie A. Kelli staġun mill-aqwa ma' Como, fejn saħansitra kont spiċċajt bħala l-aqwa skorer tas-Serie B bi 23 gowl. Iżda, sfortunatament meta kont lest biex nilgħab ma' Como fis-Serie A, inqalgħu xi problemi mad-diriġenza ta' din l-iskwadra mir-reġjun tal- Lombardia fl-Italja u r-relazzjoni ta' bejnietna spiċċat propju ftit qabel beda l-Kampjonat tas-Serie A. F'Settembru tal-2002 kont ingħaqadt ma' Catania fejn kont iffirmajt kuntratt ta' sentejn. Hemmhekk kont sirt mal-ewwel il-captain tat-tim u bl- ikbar umiltà nista' ngħid li kont sirt ukoll il-plejer favorit u l-benjamin tal-partitarji ferm numerużi, voċiferi u entużjażmanti ta' Catania. Hemmhekk kont ġejt imlaqqam bħala: "Il Falco" ("L-Ajkla"), minħabba l-mod li bih kont nifraħ wara li niskorja. Kelli sentejn mill-aqwa ma' dan il-klabb Sqalli fejn lgħabt 74 logħba u skorjajt 28 gowl iżda sussegwentament ġejt imneħħi mill- iskwadra minħabba xi prestazzjonijiet li kelli li ma kinux daqstant ta' livell. Barra minn hekk kelli xi diżgwid mal- partitarji Sqallin ta' Catania. Wara kellek xi esperjenzi mhux daqstant pożittivi ma' diversi klabbs inferjuri. Tina iktar dettalji. Hekk hu. Nibdew minn Foggia li kienu jilagħbu fis-Serie C1, u li ngħaqadt magħhom fl-2004. Ma' dan il-klabb domt nilgħab biss ftit xhur mingħajr ma rnexxieli nsib ix-xibka f '14-il logħba. F'Jannar tal-2005 iffirmajt ma' Venezia, fejn irritornajt għall-gowl iżda ma rnexxielix ngħin lil sħabi biex nevitaw ir-relegazzjoni. Ħallejt lil Venezia u bqajt bla kuntratt għal xi żmien, minħabba li Venezia kienu fallew, u fis-sajf tal-2005 irritornajt nilgħab fis-Serie C1, din id- darba ma' Lucchese. Fil-kampjonat tal- istaġun 2006-07 irritornajt fil-gżira ta' Sardegna fejn stajt inkun iktar viċin tal- familja tiegħi fosthom tal-mara tiegħi li hi propju minn din il-gżira u fejn snin qabel kont nilgħab ma' Cagliari. Iżda din id-darba ingħaqadt ma' tim ferm iżgħar fl-istatura minn Cagliari. Dan hekk kif kont ingħaqadt ma' tim bl-isem ta' Nuorese, li kienu għadhom kif ġew promossi fis-Serie C2, fejn magħhom lgħabt għal żewġ staġuni li kollox ma' kollox kienu pożittivi, fejn irnexxieli niskorja 25 gowl. F'Lulju tal-2008 iffirmajt ma' Derthona Calcio Fbc, fil-Kampjonat tas-Serie D. Bl-akbar umiltà ngħid li jien kont l-aktar plejer importanti u kkwotat li qatt libes il-flokk abjad u iswed ta' dan it-tim. X'kienet l-esperjenza tiegħek bħala plejer u kowċ ta' Muravera FC? Fl-2009 iddeċidejt li saħansitra ninżel kategorija oħra, fejn mort nilgħab ma' Muravera FC f 'kategorija msejħa Eccellenza Sarda. Dan it-tim jirrapreżenta belt li tinsab 65 kilometru 'l bogħod minn Cagliari, u li hija propju l-belt fejn twieldet il-mara tiegħi. Ma' dan it-tim mis-Sardegna lgħabt kampjonat fl-ogħla livelli, fejn skorjajt numru sabiħ ta' gowls u fejn ġbidt l-ammirazzjoni u s-simpatija tal-partitarji kollha ta' dan it-tim u tal-belt kollha nnifisha ta' Muravera. Fit-tieni parti tal-istaġun 2009-2010, fil-kategorija Eccellenza Sarda, ingħatajt l-irwol doppju ta' player-coach ta' Muravera. Fis-27 ta' Diċembru tal-2010 flimkien ma' coaches oħra taċ-ċentru tal-futbol ta' Muravera, inawgurajt ċentru tal-isport tal-ekwestri li kien iġib l-isem tal-laqam li kien ingħatali fiż- żmien li fih kont nilgħab ma' Cagliari: "Il Falco" ("L-Ajkla"). Dan kien jinsab eżattament biswit il-grawnd tal-futbol ta' Muravera, fejn konna nittrenjaw u nilagħbu l-logħob tagħna bħala tim. Ma kontx bqajt kowċ ta' dan it-tim hekk kif fl-istaġun 2010-2011 dan l-irwol ingħata lil Stefano Senigagliesi, u jien bqajt biss nokkupa l-irwol ta' plejer. Konna temmejna l-istaġun ta' qabel fir-raba' post fil-klassifika, u konna lgħabna l-play-off fejn konna sfajna eliminati nhar l-1 ta' Mejju tal-2011, fejn konna tlifna bl-iskor ta' 3-0 f 'logħba li kienet intlagħbet f 'Alghero kontra S.S. Fertilia. Fis-sena ta' wara, l-2012, erġajt irritornajt bħala kowċ ta' Muravera, fejn kont ħadt post Stefano Senigagliesi SPORTSillum "Din hi opportunità kbira għalija biex nesprimi l-filosofija tal-kowċing tiegħi fil- grawnd" Il-leġġenda ta' Cagliari, Fiorentina Cristian Antony Muscat Luís Airton Oliveira Barroso - bla dubju wieħed mill-aktar kowċis ta' prol għoli li qatt inġieb jikkowċja ġewwa Malta. Kellu esperjenza bħala plejer ta' timijiet -Italja fosthom Cagliari, Fiorentina u Catania, liema esperjenza għamlitu leġġenda ta' dawn il-klabbs. M'hemmx dubju li l-esperjenza enormi li dan il-kowċ imwieled il-Brażil iżda naturalizzat Belġjan, se tkun vitali kemm għal Floriana FC, kif ukoll għall-futbol Malti in ġenerali. "Biex il-plejers isiru parti mill-iskwadra ta' Floriana, iridu ikunu denji ta' dan, u jridu juru li tabilħaqq li huma ħaqqhom li jkunu parti mit-tim tiegħi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015