Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865
Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 29 SPORTSillum Esperjenza mill-aqwa għal Zach Muscat ma' Pisa M'HEMMX dubju li d-difensur internazzjonali Malti ta' Birkirkara, Zach Muscat, se jibqa' jiftakar b'mod partikolari l-ewwel ġimgħa ta' dan ix-xahar, hekk kif kellu esperjenza ta' prova mal-klabb mid-divizjoni imsejħa 'Eccellenza' fl-Italja, li hija s-sitt diviżjoni tal-futbol fl-Italja, Pisa Calcio, li huma mmexxija mill-kowċ, Piero Braglia. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Zach Muscat innifsu f 'Pisa, ġurnata biss qabel ma rritorna Malta wara din l-esperjenza mill-aqwa li kellu mat-tim mir-reġjun tat-Toscana fl-Italja, Pisa Calcio. Huwa afferma li: "Wasalt Pisa s-Sibt l-1 t'Awwissu fit-tard u l-għada l-Ħadd kelli l-opportunità li narahom jilagħbu fil-logħba tal- Coppa Italia li rebħu bl-iskor kbir ta' 4-0 kontra Sestre Levante. Mal-ewwel tinduna li għandhom stil ta' logħob li 'l quddiem fis-sessjonijiet tat-taħriġ irnexxieli nifhem kemm jenfasizza l-kowċ Piero Braglia. Fost oħrajn insemmi l-istil ta' ballun baxx u li l-fatt li l-plejers ifittxu ħafna l-punta li jinqala' biex jibda l-azzjoni tal-attakk. Kelli ċ-ċans ukoll ningwalaha tajjeb mal-plejers kif ukoll ħriġna lkoll flimkien nhar il-Ħamis 6 t'Awwissu, fejn kellna ikla u lejl niċċajtaw u nsiru nafu sew lil xulxin, għaliex bħalissa huwa ż-żmien li jinbnew it- timijiet sew. Tħarrigt mas-seba' darbiet ma' Pisa u rajthom jilagħbu wkoll kontra Empoli. Il- faċilitajiet tagħhom fejn jittrenjaw huma mill- aqwa u għandhom staff professjonali fejn jidħol taħriġ u organizzazzjoni. Minħabba li, bħalissa għaddejjin minn fażi ta' logħob importanti, kelli ftit nuqqas ta' parteċipazzjoni fejn jidħlu tattika u manuvri tattiċi, imma din hija ħaġa li tifhimha għall- fatt li jien għad miniex plejer tagħhom, kif kien hemm oħra bħali wkoll. Nhar il-Ġimgħa 7 t'Awwissu, kelli l-aħħar sessjoni ta' taħriġ ma' Pisa, minhabba l-fatt li l-għada s-Sibt il-plejers u l-istaff tekniku ta' dan it-tim, telqu għal Salernitana għal-logħba li lagħbu nhar il-Ħadd 9 t'Awwissu, u jien irritornajt lura Malta nhar is-Sibt 8 t'Awwissu," temm jgħid Zach Muscat. Zach Muscat ingħaqad ma' Birkirkara mingħand Pietà Hotspurs fis-7 t'Awwissu tal-2012, u propju fit-22 t'Awwissu li ġej jagħlaq 22 sena. Esperjenza mill-aqwa għal hija ħaġa li tifhimha għall- Clayton Pisani u Esther Azzopardi f 'kors tar- referis fl -Iżvizzera IRREFERIS Maltin tal- FIFA, Clayton Pisani u Esther Azzopardi, ġew mistiedna mill-UEFA biex jingħaqdu ma' referis Ewropej oħra tal-ogħla livell għal kors importanti ta' preparazzjoni tal-Pre- Season għall-UEFA Top Referees mit-12 sal-14 ta' Awwissu f 'Geneva u f 'Nyon, fejn hemmhekk jinsabu l-Kwartieri Ġenerali tal-UEFA, fl- Iżvizzera. Dan il-kors sajfi segwa l-korsijiet organizzati mill-UEFA matul ix-xitwa li għaddiet, u l-uffiċjali tal-logħba kellhom tagħlim dettaljat fuq diversi suġġetti relatati mar- refereeing bl-għan ewlieni jkun dak li r-referis ikunu uniformi fid-deċiżjonijiet li jieħdu waqt il-kors tal- logħba. Flimkien ma' 21 referi Malti ġejjin mill-Kategorija Elite, it-68 referis irġiel tal- Ewwel Kategorija, fosthom il-Maltin Clayton Pisani, u t-18-il referi mara tal- Ewwel Kategorija, ir-referi Maltija Esther Azzoaprdi kienet waħda minn biss żewġ nisa mistiedna mill- Kumitat tar-Referis tal- UEFA. L-għanijiet ewlenin ta' dan il-kors kienu dawk biex ir-referis li ħadu sehem fl- imsemmi kors, jitgħallmu mill-esperjenza ta' logħbiet organizzati mill-UEFA matul l-istaġun li għadda, permezz ta' diversi videos li raw. Kienu enfasizzati wkoll il-punti prinċipali tar-refereeing għall-istaġun li ġej, waqt li fil-kors, ġie ċċekjat ukoll il-livell tal- fitness tal-parteċipanti. Clayton Pisani u Esther Azzoaprdi mal-Kap tar-Referis Adrian Casha Triatleti żgħażagħ Maltin jittrenjaw u jtellqu fl -Ungerija ILMALTA Triathlon Federation, fl-isforzi kontinwi tagħha sabiex tkompli tistabilixxi l-isport tat-Triathlon mal- ġenerazzjonijiet żgħar, offriet opportunità tad- deheb lil tlieta mill-aqwa trijatleti tagħha, Neil Markham, Shaun Agius u Nina Zammit, sabiex jattendu taħriġ speċjalizzat fit-triathlon ġewwa Tiszaujvaros, l-Ungerija. Dan it-taħriġ huwa organizzat mill-European Triathlon Union (ETU) u se jkun immexxi minn uħud fost l-aqwa kowċis tat-triathlon għaż-żgħażagħ fl-Ewropa. It-trijatleti Maltin se jkunu qed jittrenjaw fost uħud mill-aqwa trijatleti tal- ġenerazzjoni tagħhom minn madwar l-Ewropa kollha. L-atleti huma akkumpanjati mill-kowċ Marthese Fava, li għal din l-aħħar sena kienet parti mill-Malta Youth Triathlon Academy - MYTA, li matulha ġabet ukoll ċertifikazzjoni ta' Level 1 Triathlon Coaching mill-International Triathlon Union. Sabiex l-atleti jakkwistaw aktar esperjenza ta' tlielaq internazzjonali, il- Federazzjoni Maltija agħmlet arranġamenti sabiex it-tliet żgħażagħ jieħdu sehem ukoll fit-tlielaq matul tmiem il- ġimgħa fl-istess belt Ungeriża. Zammit u Galea ħadu sehem fl-ETU Junior European Cup filwaqt li Markham idebbuta bħala Elite fl-ITU Junior World Cup. It-tliet atleti kienu kuntenti ħafna wara it-tlielaq u entużjasti li setgħu itellqu f 'tant livell internazzjonali għoli. Zammit stqarret li, "Kienet esperjenza mill-isbaħ li għenitni ninduna fejn għandi bżonn nitjieb sabiex intella' l-livell tiegħi." Galea wkoll kien tal-istess parir u semma' li, "Kont naf li nista' mmur aħjar, imma din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi f 'dan il-livell ta' kompetizzjoni u ninsab kuntent bil-wirja tiegħi u qed inħares 'il quddiem għat- taħriġ ta' matul din il-ġimgħa." Markham, li ħataf l-opportunità li jtellaq bħala Elite, sostna li, "Napprezza mmens li l-Malta Triathlon Federation tatni din l-opportunità. Li xi darba ntellaq bħala Elite kienet ħolma, u issa din saret realtà. Kienet esperjenza li minnha tgħallimt ħafna u vera ħadt gost." Il-President ta' Triathlon Malta, Cyprian Dalli, stqarr li, "Il-Federazzjoni kienet kburija ħafna b' Shaun, Nina u Neil għal dak li wettqu matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Dan kien jum storiku għal Triathlon Malta li ra triatleti żgħażagħ Maltin itellqu f 'dan il-livell għall-ewwel darba, b'riżultati tajbin ferm. Il-Malta Triathlon Federation, esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha mal- Kowċ, Marthese Fava, li qed tieħu ħsieb il-kontinġent, kif ukoll lill-European Triathlon Union għas-sapport, gwida u l-opportunitajiet diversi li qed tagħti kontinwament, lill-bosta triatleti Maltin. Neil Markham, Shaur Agius u Nina Zammit, waqt taħriġ fl-Ungerija