Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052
€1.00 Nr 465 • 13 ta' Settembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Il-valur tal-proprjetà f 'Bormla jitrippla Albert GAuci cunninGhAm Jidher li sa fl-aħħar, Bormla bdiet tidher fuq il-mappa tal-bejgħ u n-negozju tal-proprjetà f 'pajjiżna hekk kif, mhux biss qed tiżdied id-domanda għall-proprjetà f 'din il-belt, imma l-kirjiet aktar milli rduppjaw fl-aħħar sentejn. dan ikkonfermah f 'kummenti mal-iLLUM Simon Coleiro mill- aġenzija remax li kien ċar, "iva, l-valur tal-proprjetà żdied sew u kemm ilu li tħabbar il-proġett tal-Università Amerikana f 'baċir numru wieħed, id-domanda għal djar u kull tip ta' proprjetà fil-lokal ingħatat spinta qawwija wkoll". Fil-fatt Coleiro spjega kif persuna bi proprjetà f 'Bormla li kienet tikriha b'madwar €100 sa sentejn ilu biss, illum tista faċilment tikriha b'€350, jiġifieri l-kirja li qed tintalab, iktar milli irduppjat f 'dawn l-aħħar sentejn. Hu spjega kif din ix-xejra 'l fuq, speċjalment wara li tħabbar kif il-kampus tal-Università Amerikana ta' Malta se jsir fil-Baċir Numru Wieħed, huwa dovut l-aktar għal żieda fit- talba għal kirjiet ta' propjetajiet f 'dawk l-inħawi. Tkompli f 'paġna 3 Aġent fir-'real estate' jispjega kif f 'sentejn, post li kien jinkera f 'Bormla b'€100 issa qed jinkera b'€350 Tkompli f 'paġna 2 F'kummenti li għadda l-Arċisqof Charles J. Scicluna mal-ġurnal ILLUM dwar il-bidliet fil-proċeduri tal-annullament huwa appella lill-avukati u l-professjonisti biex jaraw li l-miżati li jitolbu lin- nies għaddejjin mill-proċess ta' annullament ikunu "mrażżnin" u "kkontrollati". Fil-kummenti tiegħu huwa fakkar li l-Knisja tħallas għas- servizzi ta' psikologu jew avukat jekk persuna għaddejja minn proċess ta' annullament ma' tkunx tiflaħ tħallas għalihom. Ara paġna 5 "Ikkontrollaw u rażżnu l-miżati" Stuprati qabel jaslu Malta Ara intervista f 'paġni 12 u 13 Daqshekk żwiemel f 'ħinijiet ta' traffiku DAniel mizzi iS-SewqAn ta' kull tip ta' żiemel, inkluż karozzini, se jsir illegali bejn 7am u 9am, u 4pm u 6pm li huma meqjusa bħala l-aktar ħinijiet traffikużi fil-gżejjer Maltin. L-ILLUM jista' jiżvela dan hekk kif f 'idejh għandu l-abbozz ta' avviż legali dwar l-użu tal-animali u vetturi misjuqa mill-annimali fit- toroq, li apparti li jirregola l-ħinijiet, jistabbilixxi l-prezz massimu li kuċċier jista' jitlob mingħand klijent. Fil-fatt, l-istess abbozz jgħid li tal- karrozzini ma jistgħux iżommu aktar minn €35 għall-ewwel nofs siegħa tal-vjaġġ, u sa massimu ta' ewro għal kull minuta wara li tgħaddi l-ewwel nofs siegħa. Kwalunkwe kuċċier li jikser din ir-regola jista' jeħel multa sa massimu ta' €250. Minkejja li se jsir illegali li jinstaqu l-bhejjem f 'dawk il-ħinijiet ikkunsidrati l-aktar traffikużi, dan jgħodd biss għal numru ta' toroq arterjali fil- gżejjer Maltin fosthom Triq il- Kosta, il-Bypass ta' Birkirkara, Triq in-Naxxar, Triq Aldo Moro, Vjal Sir Paul Boffa, u Triq l-Imġarr f 'Għawdex.