Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 35 SportSillum tan-nisa ta' Aloysians Handball Club l-istaġun kien staġun ieħor memorabbli fejn kont il-kowċ ta' tim mill-aqwa fejn il-plejers jilgħabu b'passjoni kbira lejn l-klabb tagħhom. Apparti li int l-kowċ tal-Aloysians Żmerċ, int ukoll id-direttur tekniku tal- Aloysians Handball Club. X'jirrikjedi minnek dan l-irwol? Dan l-irwol jinvolvi kull aspett tekniku li għandu x'jaqsam mal-klabb tal-Handball ta' San Alwiġi. Jien responsabbli mill-iżvilupp tan-nurseries li dawn l-aħħar snin bdejna naraw nuqqas ta' konkorrenza minn plejers żgħar. Din is-sena però, irnexxielna naħdmu fuq il-lat tan-nursery tas- subien u hawnhekk irrid nirringrazzja lil Joseph Attard li bil-ħidma kontinwa tiegħu rnexxilna nressqu numru impressjonanti ta' subien ġodda lejn il-logħba tal-Handball u lejn il-klabb tagħna. Issa rridu naħdmu biex nagħmlu l-istess ħaġa għat-tim tan-nisa. L-irwol tiegħi jinvolvi wkoll li nassisti lil kull kowċ fil-klabb tagħna biex dejjem ikollna kommunikazzjoni miftuħa biex nagħtu l-aħjar taħriġ lill- plejers tagħna. Irwol ieħor tiegħi huwa dak ta' membru fil-kumitat tal-Aloysians Handball Klabb. Dan il-kumitat jagħmel ħafna xogħol għall-klabb tagħna. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil kull membru li jagħtu l-ħin u l-ħidma volontarja tagħhom biex jaraw lil dan il-klabb jimxi 'l quddiem. Inżid ukoll biex nirrigrazzja lill-sponsors kollha li mingħajr l-għajnuna finanzjarja tagħhom, dan il-klabb ma jkunx jista' jopera. Xi pjanijiet futuri għandek għat-tim tiegħek għall-istaġun li ġej? Żgur li hemm bżonn ħidma kbira fil-kategoriji taż-żgħar speċjalment fit-tim feminili. Probabbilment, jista' jkun li nieqaf bħala kowċ tal-kbar u niffoka iktar fuq il-kategoriji taż-żgħar biex nerġgħu nibdew ninvestu fi plejers għall-futur tat-timijiet tagħna. Ovvjament it-tim tan-nisa ta' Aloysians Żmerċ, jibqa b'għan wieħed - dak li jaħdem bis-sħiħ biex jibqa' jikseb l-aħjar riżultati. Kif qed tara l-futur tal-handball Malti? Ma nixtieqx ninstema pessimist, però qed naraw nuqqas kbir ta' interess minn plejers żgħażagħ fl-isport in ġenerali. Jekk teskludi l-futbol, ftit li xejn hemm propaganda fuq sports oħra. Fil- handball din ir-realtà qed inħossuha u jekk xi ħaġa mhux se tinbidel biex nibdew niġbdu iktar żgħażagħ lejn l-isport tagħna, is-sitwazzjoni se tkompli tmur għall-agħar. Il-logħba tal-handball hija waħda mill-isbaħ logħbiet, mimlija kompetizzjoni, azzjoni u intensità. Dnub jekk inħalluha titlef il-valur tagħha minn Malta. Il-ħidma għandha tkun bis-sħiħ biex nerġgħu nqajmu l-interess f 'din il-logħba fost iż-żgħażagħ tagħna u ndaħħlu elementi u talenti ġodda. B'hekk, anke plejers stabbiliti ma jibdewx jitilfu l-interess. X'parir tagħti lill-plejers tal-handball li għadhom jibdew jipprattikaw dan l-isport? Il-logħba tal-handball, bħal kull sport ieħor, hija esperjenza tal-ħajja. Li tagħti kas saħħtek, li jkollok dixxiplina fuqek innifsek, li jkollok sens ta' team work u grinta biex taffaċċja kull ostaklu li tiltaqa' miegħu kemm fil-ħajja sportiva kif ukoll fil-ħajja ta' kuljum. Dawn il-valuri huma kollha valuri li joħorġu biċ-ċar fil-logħba tal-handball. Il- handball mhuwiex sport faċli, huwa sport li jirrikjedi koordinazzjoni kbira u fitness kemm mill-upper body, fejn il-plejer irid ikun b'saħħtu biex jixxutja u jiddefendi, kif ukoll mill- lower body fejn hemm ħafna bidla fid-direzzjoni u bidla fil-veloċità. Fuq kollox, huwa sport ta' kuntatt fiżiku kontinwu u huwa propju hawnhekk fejn il-logħba tal-handball tiġi iktar attraenti u kompetittiva. B'hekk ngħid lil kull min jixtieq ikun atleta fi sport tat-tim, u jixtieq jieħu sehem f 'logħba impenjattiva li tagħtik ħafna sfidi iżda wkoll ħafna emozzjonijiet, unuri, ferħ u tħossok parti minn tim, żgur li għandek tipprova tingħaqad ma' tim tal- handball. Ovvjament, bħala kowċ mal- Aloysians Handball Club, ngħidilkom biex tagħżlu li tingħaqdu magħna! "Qed naraw nuqqas kbir ta' interess minn plejers żgħażagħ fl- isport in ġenerali. Jekk teskludi l-futbol, ftit li xejn hemm propaganda fuq sports oħra" Ritratti: Chris Mangion Twieled fil-21 ta' Ġunju 1971, fis-Serbja. Kowċ tal-Aloysians Handball Klabb u kowċ tat-tim tan-nisa li rebħu l-kampjonat tal- Handball tan-nisa. Eks plejer mat-tim nazzjonali Serb tal- Handball. Kien ukoll kowċ tat-tim nazzjonali tal- Handball għal xi żmien. Rebaħ disa' kampjonati u sitta mat-tim tan-nisa bħala kowċ tal-Aloysians. Milos Stanisavljevic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015