Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

ĦAFNA huma l-Maltin li żaru Milan, iżda niggarantilkom li ftit minnkom dortu Milan fid-dettal. Għax kull min iżur Milan imur Piazza Duomo, il-Galleria, ħwienet tal-moda u forsi forsi Palazzi Sforzesco u t-Teatro Alla Scala. Id-dilettanti tal-futbol żgur li jmorru f 'din il-belt biex imorru sa San Siro jew il-Meazza, li hu meqjus bħala l-grawnd kapitali tad-dinja tal-futbol fejn iż-żewġ timijiet rivali ta' xulxin, Inter u Milan jaqsmu l-aktar ammont ta' unuri mirbuħa fid-dinja tal-futbol. Iżda Milan u ftit lil hinn minnha toffri ħafna iżjed minn hekk. Id-Duomo jiddomina l-belt Kapitali tal-Lombardija. Fuqu tispikka l-istatwa dehbija tal- Madonnina li tinsab fuq il-5,000 statwa li hu mdawwar bih dan il-kapulavur arkitettoniku maestuż. Il-Galleria ta' Milan hi wkoll splendur ieħor tal- arkitettura mimli bi ħwienet tad-disinjaturi tal-moda. Kif toħroġ mill-Galleria, fuq in- naħa ta' wara jitfaċċa t-teatru famuż mad-dinja kollha Alla Scala li hu l-ħolma ta' kull dilettant tal-opri li xi darba jkun preżenti għal waħda mill-opri li l-istaġun tagħhom jibda f 'Ottubru. Huma ħafna li jfallu li jimxu mixja twila matul Via Dante li twasslek sa Castello Sforzesco. Triq li ma tiddejjaqx timxiha għax matulha hemm diversi ħwienet tal-ħwejjeġ u ristoranti li kollha jiffittawk biex tidħol tiekol għandhom. Jiżbaljaw dawk li jaslu sal- Palazzo Sforzesco u ma jidħlux fil-mużew grandjuż u l-esebizzjonijiet tal-arti li hemm f 'dan il-palazz u li għalihom tħallas ċuċata, madwar €3. Hemmhekk wieħed jiltaqa' mill-viċin mal-aħħar kapulavur mhux komplut ta' Michalengelo, il-Pieta Rondanini. Niggarantilkom li kif tintasbu quddiem din l-arti tal-maestro Bonaroti, iżżommok affaxinat quddiemha. Ftit metri bogħod mill-kastell, hemm iż-Zona Brera, żona frekwentata min-nies elitisti ta' Milan. Mimli b'ristoranti skwiżiti fejn wieħed jista' jippranza waqt li l-ħwienet ikunu magħluqa fis-siesta, jew inkella tmur għal xi ċena romantika filgħaxija. Jien niftakar li ċċelebrajt għeluq is-56 sena tiegħi fejn kelli esperjenza kulinarja eċċezzjonali meta waitress Ċiniża servietni te bil- ħalib u lumi flimkien! F'parti minn din iż-żona, li tista' tasal għaliha anke bil- metro, hemm żewġ knejjes faċċata ta' xulxin, Santa Maria delle Grazie u Sant'Ambrogio. Knisja sabiħa mibnija mill-istess patrun ta' Milan, Sant Ambroġju u hi waħda mill-aktar knejjes antiki f 'Milan. Meta tidħol f 'din il-knisja, tinsa l-ħajja vibranti tal-madwar u tidħol f 'era Romaneska mis-sena 379, ferm differenti mill-ħajja li teżisti barra l-bieb ta' din il-knisja. Il-Kanali ta' Milan u l-'Happy Hour' Post ieħor li l-maġġoranza ta' min iżur Milan lanqas biss jaf li jeżisti huma n-Navigli. Li ma kinitx għal partner tiegħi li hi nofsha Taljana, lanqas biss kont naf li f 'Milan jeżisti kanal li jaqsam żewġ toroq mimlija bars u ristoranti li jkunu mimlija daqs bajda. Din il-parti hi msemmija għall- Happy Hour jew kif jgħidulu hemm, Aperitivo, tradizzjoni li bdiet f 'Milan fis-snin tmenin li mas-6 ta' filgħaxija, eżatt wara x-xogħol jiltaqgħu f 'wieħed mill-bars f 'din iż-żona u b'madwar €7 jibdew jieklu kull tip ta' appetizer ippreparat mis- sidien tal-bars bħal pasta salads, prieżet, salami, rice salads, ħelu, pizza u żebbuġ imlaħalħin b'cocktail bil-Campari u tazza inbid bajda. F'Milan dawn il-happy hour bars issibhom l-aktar fi Triq Como, Corso Sempione u n-Navigli. Dak li suppost idum sejjer siegħa, itawwal anke sa tlieta u anke erba' sigħat. Jekk iżżur Milan, ħu ħsieb li għal xis-6 pm tmur in-Navigli fejn biex tasal hemm taqbad il-metro u tieqaf Porta Genoa, xi tliet waqfiet wara l-knisja ta' Sant'Ambrogio u miż-Zona Brera. Jekk tmorru n-Navigli s-Sibt filgħodu, barra li tistgħu anke tieħdu dawra fuq vapuretti li jdawruk mal-kanali ta' Milan, ikun hemm suq enormi li hu mmirat għall-poplu Milaniż u mhux għat-turisti fejn ħafna mill-prodotti huma ta' disinjaturi li joħorġu x-xogħol tagħhom bħala kampjun biex jaraw ikomplux jipproduċu minnhom. Hemm wieħed jista' jakkwista flokk jew handbag ta' Dolce Gabbana bi prezzijiet tas-suq u ma jkunx kopja, iżda oriġinali. Shopping Milan hi meqjusa bħala l-belt kapitali tal-moda fl-Ewropa. Hi d-dar tal-aqwa disinjaturi tal-moda, iżda fiha ssib anke ħwienet tal-moda li mhumiex tad-disinjaturi biss. Jekk qed tippjana li tagħmel xirja tajba minn Milan, ippjana sew għax il-Ħadd ikunu magħluqa u normalment anke t-Tnejn filgħodu. It-toroq jew żoni għax-shopping huma: Quadrilatero D'Oro, kwartieri msejjaħ bħala r-rettangolu tad-deheb. Żona magħmula minn erba' toroq ta' ħwienet tal-moda. Morru sa Via Montenapoleone, għal Via della Spiga, Via Manzoni u Via San Andrea bl-aqwa ditti famużi bħal Armani, Prada, Versace u Cavalli. Il-galleria Vittorio Emanuele li hi l-aktar shopping mall antik fid-dinja li kien inbena fl-1865. Jekk il-ħwienet tarahom li mhumiex għal butek, mur ħu espresso tajjeb f 'din il-galleria irħamata. Madwar id-Duomo hu ppakkjat b'ċentri kummerċjali bir-Rinascente l-aktar popolari, fejn nagħtikom parir li titilgħu sal-ogħla sular tiegħu u tieħdu kafè u pasta bnina meta tkunu biswit is-saqaf tad-Duomo, xena spettakolari ta' dan il-Katidral maestuż li anke tista' titla fuqu b'lift li tħallas għalih. Fl-ogħla sular tar-Rinascente, ma tħallas xejn. Id-distrett Brera li hu mimli b'galleriji tal-arti wkoll joffri moda 'Made in Italy' In-navigli, barra n-night life u l-happy hour hi wkoll mdewda bi ħwienet tajbin tal- moda speċjalment ħdejn Porta Genova. Imbagħad Corso Buenos Aires hi l-aktar mfittxija għax hi l-'high street' prinċipali tal-belt ta' Milan fejn matulha hemm madwar 350 ħanut ta' kull tip. Barra minn dan, wieħed jista jżur (jekk jibbukkja qabel online) il-pittura ta' L-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci. Kif tasal Hemm żewġ modi kif wieħed jista jmur Milan. Jew bir-Ryan Air li tieħdok sa Bergamo, ftit kilometri bogħod, fejn hemm shuttle buses li jeħduk fiċ-ċentru ta' Milan. Inkella bl-Air Malta dirett għal Linate jew Malpensa, li wkoll għandek xi kilometri li trid tagħmilhom bix-shuttle bus. Lil hinn minn MIlan Barra li tgawdi l-belt maestuża ta' Milan, wieħed jista' faċilment imur bi tren inkella bit-trasport pubbliku lejn Como u anke l-Iżvizzera, fejn Lugano hu madwar 45 minuta bogħod. Dan barra li wieħed jista jżur il-pre Alpi li jfisser li l-muntanji mhux bogħod biex tasal għalihom. L-istazzjon tat-tren li hu maestuż ukoll minn ta' żmien Mussolini, jista' jwasslek kull fejn trid fl-Ewropa. Mela jekk jogħġobkom, meta ssemmu Milan darb'oħra tgħidux li Milan hi d-Duomo, il-galleria u San Siro biss. 24 illum | Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 ILVJAĠĠI TALBUŻU Milan: Mhux id-Duomo u San Siro biss Il-Galleria ta' Milan hi l-eqdem kumpless tax- xiri fid-dinja Piazza Duomo Lugano I Navigli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015