Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052
Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 13 l-Ewropa…mewt, stupru u swat tagħna jikkomplika ruħu hekk kif dan ikun ifisser li jkun hemm bżonn iktar interpreti jew tradutturi. Wara li jingħataw spjegazzjoni ta' xi jfisser ażil, kull persuna tiġi intervistata separata sabiex jiġi deċiż jekk għandhiex tingħata l-ażil jew le," huwa spjega. Madankollu, dan ma jfissirx li kull persuna tingħata l-ażil jew protezzjoni, u fil-fatt, f 'każijiet fejn m'hemmx raġunijiet validi, dawn il-persuni, bħalma jiġri fil-każ ta' immigranti ekonomiċi, jintbagħtu lura f 'pajjiżhom. 'L-Ewropa trid tieqaf tisfrutta l-pajjiżi Afrikani' Mistoqsi jekk il-problema tal- immigrazzjoni tistax tissolva, Friggieri issokta jgħid li kwalunkwe soluzzjoni għandha tkun waħda fit-tul. Filwaqt li insista li Malta waħedha ma tistax tagħmel differenza, huwa tenna li soluzzjoni tirrikjedi l-kooperazzjoni tal-pajjiżi kollha. "Ir-riżorsi limitati tal-pajjiżi jofru biss soluzzjoni temporanja u għaldaqstant ma tistax taqbad u tqassam is-Sirjani u l-Afrikani kollha fil-pajjiżi Ewropej. L-għajnuna umanitarja tagħmel ħafna sens iżda hija limitata fl-iskop tagħha." "L-unika soluzzjoni sabiex tiġi solvuta l-problema tal-immigrazzjoni hija li l-pajjiżi Afrikani ma jibqgħux jiġu sfruttati. Ħafna pajjiżi fl-Ewropa jridu jammettu li filwaqt li fis-sekli l-imgħoddija kkolonizzaw dawn il- pajjiżi militarjament, illum il-ġurnata qed jagħmlu l-istess ħaġa b'mod ekonomiku," huwa qal. Friggieri sostna li huwa inutli li pajjiżi jew kumpaniji kbar jagħtu miljuni ta' ewro meta fl-istess ħin qed jisfruttaw ir-riżorsi tal-istess pajjiż. Bl-istess mod huwa qal li meta pajjiż Ewropej jieħu dawk in-nies l-aktar kapaċi u dawk b'edukazzjoni terzjarja, l-pajjiż tkun qed iċċaħħdu milli juża dawn ir-riżorsi biex jiżviluppa. Jekk tmur 'il bogħod mill-qoxra ta' dawn il-persuni tinduna li huma nies bħal ħaddieħor Intant, mistoqsi fuq l-integrazzjoni fis-soċjetà Maltija tal-persuni li jingħataw l-ażil f 'pajjiżna, Friggieri spjega kif matul is-snin, l-istmerrija u l-mibegħda bejn il-Malti u l-immigrant naqset ħafna. Madankollu, huwa tenna li għad hawn min hu razzist u xenofobiku, u li għad hawn mentalità fejn persuna ta' karnaġġjon iswed tiġi ġġuddikata biss mid-dehra tagħha u mhux minn persuntha. "Li wieħed jieqaf fuq il-karnaġġjon ta' persuna u jiġġudika persuna fuq hekk huwa żball kbir. Hawn min iħaddan l-idea li jekk tara persuna b'karnaġġjon iswed, triq toqgħod attent. Iżda jekk tmur 'il bogħod mill- qoxra ta' dawn il-persuni, tinduna li huma nies bħal ħaddieħor," huwa qal. Friggieri spjega kif l-immigranti li jaslu mill-Afrika huma l-iktar li jdumu sabiex jiġu integrati fis-soċjetà Maltija – iżda dan mhux minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom biss. Huwa spjega kif kuntrarjament, ir-refuġjati Sirjani u Libjani jintegraw iktar malajr għax il-lingwa hija simili ħafna u għax Malta minn dejjem kellha relazzjoni ma' dawn il-pajjiżi. Bl- istess mod sostna li dawk il-persuni li jaslu mil-lvant tal-Ewropa jsibuha inqas diffiċli għax ħafna drabi huma mdorrija f 'kultura simili u jħaddnu reliġjon Kattolika. Ritratt: Chris Mangion "L-unika soluzzjoni sabiex tiġi solvuta l-problema tal- immigrazzjoni hija li l-pajjiżi Afrikani ma jibqgħux jiġu sfruttati. Il-Kummissarju għar-Refuġjati f 'Malta, Mario Friggieri