Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052
Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 33 SportSillum tibdiliet drastiċi fir-Regatta Nazzjonali li jkunu qed jistennew bil‐ħniena fix‐xemx fuq il‐baħar sabiex jieħdu sehem fit‐tiġrija li jkun imiss. Mill‐ammont ta' risposti li daħlu, jidher ċar li regatti twal u ħela ta' ħin m'għadhomx aċċettabli għan‐nies. F'dan ir‐rigward, kien hemm anki mistoqsija speċifika rigward kemm il‐parteċipanti jixtiequ li r‐ Regatta tieħu ħin. Il-maġġor parti tar‐risposti kienu madwar tlieta jew erba' siegħat (medja ta' 3 siegħat u nofs). Kien hemm anki min semma' sagħtejn jew ħames siegħat, iżda dawn kienu ftit fin-numru. Meta jara dan kollu wieħed bilfors jistaqsi: "Għalfejn qed tmur lura r‐Regatta?"; "Tgħid wasal iż‐żmien li d‐distretti jimmaturaw u jifhmu li n‐nies qed tistenna iktar effiċjenza min‐naħa tagħhom?" Jekk in‐nies iridu Regatta ta' bejn tlieta u erba' siegħat, irid bilfors jonqos il‐ħin bejn it‐tiġrijiet fejn ikun hemm tiġrija li titlaq, bejn wieħed u ieħor, kull 20 minuta. Kieku veru jsir hekk, il‐qaddiefa u partitarji jdumu inqas fix‐xemx, l‐ispettaklu jikber, u b'hekk l-ammont ta' nies li jiġu jaraw it‐tiġrijiet jiżdied. Ovvjament, Regatta ssir mhux biss għall‐ispettaturi, iżda wkoll għall‐qaddiefa parteċipanti. Kulħadd jixtieq jirbaħ. Li hu żgur hu li d‐distretti jistgħu, jekk iridu, jgħinu biex ir‐Regatta tiġi organizzata b'mod aħjar u l‐ispettaklu jikber b'affarijiet żgħar. L‐ewwel fosthom tista' tkun li jaqblu bejniethom li jsir programm uffiċjali fejn jitħabbar minn qabel il‐ħin tat‐tiġrijiet, bħalma sar fit‐tiġrjiet tal‐Under 18 ta' din is‐sena. Bi programm stabbilit minn qabel, kulħadd ikollu idea x'inhu jiġri, ma jinħeliex ħin bejn tiġrija u oħra, u r‐Regatta tieħu xejra ferm iktar organizzata. Possibli huwa daqshekk diffiċli li jsir programm b'tiġrijiet kull 20 minuta u kulħadd iżomm miegħu? Huwa veru li r‐Regatta hija tradizzjoni u parti mill‐programm uffiċjali taċ‐ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Ħelsien nhar il-31 ta' Marzu u tat‐8 ta' Settembru, Jum il‐Vitorja. Però, ir‐Regatta Maltija ma tistax titqies bħala tradizzjoni jew attrazzjoni turistika biss għaliex din hija, fuq kollox, l‐avveniment sportiv li l‐qaddiefa Maltin ikunu qed jistennew bi ħġarhom sena sħiħa. Dawn jagħmlu sena jittrenjaw biex jirbħu xi palju jew eventwalment ix‐shield. Żgur mhux forsi li dawn l‐ilmenti u l‐problemi msemmija mhux se jaqgħu fuq widnejn torox u l‐ ħidma se tkun waħda preċiża u li se tipprova tolqot kull ilment possibli sabiex nerġgħu nagħtu l‐ħajja lil din it‐tradizzjoni sportiva Maltija. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Gianluca Lia (student fit‐tieni sena fl‐Università ta' Malta fuq Media and Communication Studies and European Studies) ikkummissjonat minn Joseph N. Grima. L-istatistika li dehret f 'dan l-artiklu saret minn Joseph N. Grima nnifsu u kienet miġbura permezz ta' stħarriġ konsultattiv (li ma sarx fuq bażi xjentifika) minn fuq grupp li jinsab fuq is‐sit soċjali Facebook: 'Ir‐Regatta Tradizzjonali Tagħna l‐Maltin'. Gianluca Lia u Joseph N. Grima xtaqu jirringrazzjaw lil min ħa sehem f 'dan is‐stħarriġ konsultattiv. Huma ddikjaraw li dan ix‐xogħol sar fuq bażi personali u mhux neċessarjament jirrifletti l‐pożizzjoni uffiċjali ta' entitajiet oħra li huma affiljati magħhom. Dehra tal-Port il-Kbir waqt ir-Regatta Nazzjonali Ritratt : Ray Attard It-tim tar-Regatta ta' Bormla fl-azzjoni Ritratt : Ray Attard