Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052
32 illum Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 SportSillum Jinħass il-bżonn ta' diversi tibdiliet Huwa fatt magħruf li t‐tradizzjoni ferm antika f 'pajjiżna tar- Regatta Nazzjonali qiegħda tikkumbatti ċerti sitwazzjonijiet mhux daqstant xierqa. Bħalissa qed isiru diversi xogħlijiet u qed jittieħdu diversi inizjattivi mill-awtoritajiet konċernati, sabiex fil‐futur qarib, dan l‐isport jerġa' jieħu l‐ħajja biex eventwalment jerġa' jibda jkun fuq fomm in‐nies f 'aspett pożittiv. Minkejja li ta' kull sena, ir‐Regatta Nazzjonali dejjem tibqa' kompetittiva fost il‐qaddiefa, l‐ilmenti tan‐nies, speċjalment tad‐dilettanti tar‐Regatta li jitilgħu sabiex isegwu din il‐manifestazzjoni, qegħdin sena wara sena jiżdiedu. Hawnhekk jista' jidħol il‐kunflitt bejn żewġ lentijiet differenti; dik tal‐parteċipanti u dik tad‐dilettanti. Filwaqt li ċerti ilmenti tad‐dilettanti ma jiġux innutati mid‐distretti, huwa ta' bżonn urġenti li dawn l‐ilmenti ma jaqgħux fuq widnejn torox sabiex jiġi salvat u msaħħaħ dan l‐isport ferm sabiħ u għal qalb tant Maltin. Matul il‐ġimgħa li għaddiet, fil‐grupp: 'Ir‐Regatta Tradizzjonali Tagħna l‐Maltin', fuq is- sit soċjali Facebook sar kwestjonarju propju lil dawk in‐nies li għandhom għal qalbhom ir‐Regatta Nazzjonali sabiex jigu identifikati il‐problemi bl‐iskop li jinstabu s-soluzzjonijiet. Kien hemm rispons qawwi fejn fi ftit ġranet ipparteċipaw kważi 100 persuna fejn il-maġġor parti tagħhom kollha semmew ilmenti differenti u dan jirrimarka l‐fatt li hemm bżonn tibda l‐ħidma mill‐aktar fis possibli sabiex ma jintilifx l‐interess ta' dawn il‐persuni li ġenwinament jitilgħu bi ħġarhom nhar il-31 ta' Marzu u fit‐8 ta' Settembru biex isegwu r‐Regatta Nazzjonali mill-Port il-Kbir ġewwa l-Belt Valletta jew mix-xatt tal-Isla. F'dan il‐kwestjonarju li sar, kull parteċipant ġie mistoqsi, fost l‐oħrajn, żewġ mistoqsijiet importanti: "X'jogħgbok l‐iżjed fir‐Regatta?" u "Hemm xi ħaġa li ddejqek fir‐Regatta?" Dawn il‐mistoqsijiet saru bl‐iskop li tiġi stabbilita stampa ċara ta' kif qed tiġi interpretata din it‐tradizzjoni f 'għajnejn id‐dilettanti tar-Regatta. Meta l‐parteċipanti ġew mistoqsija dwar x'inhuma l‐iżjed affarijiet sbieħ, jissemma' l‐fatt li dan huwa sport tradizzjonali Malti. Spikkaw risposti bħal "pika sportiva", "il‐kompetizzjoni bejn il‐qaddiefa u d‐distretti", "l‐entużjażmu li jinħoloq fil‐ġranet ta' qabel li jwasslu għat‐8 ta' Settembru", u anki kien hemm minn semma xi tiġrija partikolari li toħloq ċertu interess fost id‐dilettanti. Ta' min isemmi wkoll, li kien hemm min anki semma' l‐opri nfushom, it‐taħriġ li jsir u anki l‐format li bih issir ir‐Regatta bħala attrazzjoni prinċipali u li jagħmlu din il‐manifestazzjoni interessanti. Min‐naħa l‐oħra iżda, meta d‐dilettanti ġew mistoqsija rigward il‐problemi u x'inhu jżomm milli dan l‐isport jiżviluppa, inkixfu ħafna problemi u fatti evidenti li juru n‐nuqqas ta' żvilupp fir‐Regatta fl‐aħħar snin. Hija għafsa ta' qalb meta fost ir‐risposti tara "nuqqas ta' patrijottiżmu", "jirbaħ min għandu l‐iżjed flus", jew anki l‐fatt li jkun hemm xi irregolaritajiet rigward użu ta' sustanzi partikolari. Dan juri biċ‐ċar li l‐problemi huma gravi u l‐passi għandhom jittieħdu b'mod urġenti sabiex nevitaw li din it‐tradizzjoni tmut mewta naturali. Fost problemi oħra li ġew imniżżla kien hemm l‐argumenti bejn id‐distretti li, kif qalu d‐dilettanti stess, ma jagħtux stampa pożittiva lil dan l‐isport. Ikkummentaw ukoll dwar il‐fatt li meta jaħbtu xi dgħajjes, ħadd ma qiegħed jiġi skwalifikat u b'hekk ma tkunx qed tevita milli terġa' sseħħ darb'oħra. Kien hemm ukoll tgergir dwar il‐proċess tal‐protesti li jew idum ħafna jew inkella, il‐membri tal-ġurija ikunu influwenzati jew ma jkunux kompetenti u għalhekk tispiċċa tittieħed deċiżjoni żbaljata. Suġġeriment interessanti li ġie mniżżel minn wieħed mill‐parteċipanti fil‐kwestjonarju kien li jekk tinbidel is‐sistema tal‐punti, ir‐Regatta tibqa' interessanti sal‐aħħar tiġrija, u mhux wara żewġ tiġrijiet tkun taf diġà min ikun se jirbaħ u eventwalment l‐ispettaturi jkunu diġà fi triqthom lejn id‐dar qabel ma tispiċċa propju r‐Regatta. Punt ieħor li ġie msemmi kien il‐bżonn ta' loudspeakers effiċjenti sabiex l‐ispettaturi jkunu mgħarrfa fuq il‐pjazzamenti wara kull tiġrija u anki rigward il‐klassifika parzjali. Hija problema għal dawk li jkunu faċċatta tad‐dwana biex jisimgħu min ġie l‐ewwel jekk ma jkunx hemm attrezzament ta' sound tajjeb. Il‐problemi li huma evidenti fir‐Regatta ma jolqtux biss lid‐distretti iżda anki lill-ispettaturi li jattendu, fejn fost l‐ilmenti li kien hemm, l‐aktar li jispikka huwa dak li m'hemmx post partikolari fejn l‐ispettaturi u l‐partitarji jistgħu jistkennu mix‐xemx qalila ta' Settembru. Għal din il‐problema kien hemm ukoll min semma' li jistgħu jsiru seating areas bi ħlas għal dawn in‐nies fejn filwaqt li inti qiegħed tevita ix‐xemx, qiegħed ukoll tgawdi minn spettaklu ta' opri tal‐baħar. Apparti dawn il‐problemi iżda, ġew imniżżla anki problemi li huma iżjed gravi u urġenti. Nibdew billi nsemmu li l‐qaddiefa qegħdin jilmentaw ħafna li waqt it‐taħriġ, qegħdin jiġu ostakolati mit‐traffiku li hemm fil‐port fejn apparti mill‐fatt li joħolqilhom problema bil‐mewġ, joħolqilhom anki sitwazzjoni ta' periklu kemm għalihom kif ukoll għat‐tfal li ġieli jkunu magħhom fuq id‐dgħajsa. Permezz ta' din is‐sitwazzjoni perikoluża, ir‐responsabbiltà fuq il‐qaddiefa qiegħda tkun wisq kbira għaliex barra li jrid jaħseb fuq il‐prestazzjoni tiegħu, irid jaħseb anki fit‐tfajjel ċkejken li jkollu miegħu fuq l‐opra. Il‐kompetizzjoni bejn Kategorija A u B kienet problema oħra msemmija f 'dan il‐kwestjonarju fejn ġie sottolinjat li l‐flus kbar li daħlu f 'dan l‐isport qegħdin ikissru l‐Kategorija A (dik li suppost għandha tkun l‐iżjed importanti) u l‐prestiġju tagħha qiegħed jintiret minn Kategorija B, fejn id‐distretti qegħdin jinvestu iżjed. Forsi d‐distretti u l‐qaddiefa jħossu li din hi kategorija iktar ġenwina fejn l‐ispirtu sportiv jispikka iktar? Però, l‐aktar ħaġa li spikkat fost in‐nuqqasijiet, kienet it‐tul esaġerat tal-ħin tar‐Regatta. Kien hemm ħafna tgergir dwar l‐istennija bejn tiġrija u oħra li jwassal għal dewmien sabiex tiġi konkluża edizzjoni partikolari tar‐Regatta. Għal ċertu nies, din turi nuqqas ta' kompetenza fost il‐ġurija u l‐organizzaturi sabiex jiġi deċiż riżultat u anki nuqqas ta' koperazzjoni bejn id‐distretti sabiex ma jkunx hemm telf ta' ħin bejn tiġrija u oħra. Meta l‐ħin jibda jitwal, awtomatikament jonqos l‐interess tal‐partitarji għaliex ma jistax ikun li tistenna madwar nofsiegħa sabiex joħroġ riżultat. Barra minn hekk, ma nistgħux ninsew li fil‐ħinijiet li fihom tkun qed tiġi organizzata r‐Regatta ikun hemm ħafna xemx u hija ħaġa diżrispettuża li ma ġġibx quddiem għajnejk l‐istennija tal‐partitarji kemm għar‐riżultat, kif ukoll għat‐tiġrija li jkun imiss. Dan biex ma nsemmux il‐qaddiefa Ritratt : DOI - Reuben Piscopo Luciano Busuttil jippreżenta x-shield lill-captain tal-Marsa Diriġenti, qaddiefa u partitarji ta' Marsa jifirħu wara r-rebħ tar-Regatta Ritratt : DOI - Reuben Piscopo