Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 3 Multa ta' €250 għal min isuq iż-żiemel fil-ħinijiet l-aktar traffikużi Tkompli minn paġna 1 Anke jekk il-karozzini u vetturi oħrajn tal-annimali ilhom jinstaqu fit-toroq Maltin għal bosta snin, bħalissa m'hemm l-ebda liġi li tirregola s-sewqan tagħhom. Sorsi qrib din il-gazzetta spjegaw li minħabba dan in-nuqqas, flimkien man-numru ta' ilmenti kontra s-sewqan ta' annimali matul il-ħinijiet tat-traffiku, il-Gvern kien kommess li jimplimenta regolamenti mill-aktar fis. Dan sostnih ukoll il- Kummissarju tal-Annimali Emanuel Buhagiar, li f 'kummenti mal-ILLUM spjega kif dan in-nuqqas kien ilu jinħass għal dawn l-aħħar sentejn u li għaldaqstant il-Gvern ma setax ikompli jagħlaq il-bieb. Dan l-avviż legali, li kien mwiegħed mill-Gvern fl- isfond ta' numru ta' lmenti u inċidenti li kienu jinvolvu annimali u karozzi, li f 'xi każijiet wasslu għal fatalitajiet, se jkun qed jitressaq għal diskussjoni pubblika fil- ġimgħat li ġejjin. Liċenzja u polza tal- assigurazzjoni … jew ma ssuqx Skont ir-regolamenti l-ġodda li mistennija jidħlu fis-seħħ fil- ġimgħat li ġejjin, l-ebda żiemel jew bhima ma jista' jinstaq fit-toroq Maltin sakemm ma jkunx liċenzjat, filwaqt li vetturi tal-annimali - inkluż karozzini, serkini, jew xarretti - ma jistgħux jinstaqu sakemm ma jkunux koperti b'polza ta' assigurazzjoni. Apparti minn sid iż-żiemel, ma jista' jkun hemm l-ebda persuna oħra li ssuq iż-żiemel sakemm din ma tkunx koperta b'polza ta' assigurazzjoni wkoll. Il-kuċċiera tal-annimali huma obbligati wkoll li jirrapurtaw kwalunkwe inċident li jkunu involuti fih, u fin-nuqqas ta' dan, jistgħu jiġu mmultati sa massimu ta' €100. Il-liċenzja għall-karozzini se tkun tiswa €20 filwaqt li l-liċenzji l-oħrajn, li jinkludu dawk għas-sewqan ta' żiemel bis-serkin, se jiswew €5. Dawn tal-aħħar jiġu mġedda kull ħames snin filwaqt li l-liċenzja għall-kuċċiera tal-karozzini trid tiġi mġedda kull sena. Is- sistema tal-liċenzji se tkun qed taħdem b'sistema ta' punti. L-abbozz li għandu f 'idejh l-ILLUM jgħid ukoll li l-ebda liċenzja ma tista' tinħareġ lis-sewwieqa taż-żwiemel jekk iż-żiemel ikun trattat b'mod mhux xieraq. F'każ li ż-żiemel ikun f 'kundizzjoni ta' saħħa dgħajfa, il-liċenzja tal-kuċċier tista' tiġi sospiża jew revokata. Aktar minn hekk, il-liġijiet isostnu li sabiex persuna tiġi liċenzjata trid tattendi kors obbligatorju dwar il-ħarsien tal-annimali u trid timxi mar-regoli tat-triq. Bl-istess mod, is-sidien taż-żwiemel u l-operaturi tal-karozzini jridu jnaddfu wara l-ħmieġ taż- żiemel. Fil-każ tal-karozzini, l-operaturi jridu jaċċertaw li ż–żwiemel għandhom provvista kontinwa ta' ilma u f 'każijiet fejn iż-żiemel huwa marid, għajjien, mweġġa' jew mgħobbi wisq, dan ma jistax jintuża. Skont dan l-abbozz, l-ebda persuna ma tista' tirkeb żiemel mingħajr sarġ u lanqas ma jista' jinstaq bit-trott. Kull persuna trid tkun liebsa elmu f 'rasha u fl-ebda ħin ma tista' tħalli l-annimal waħdu. Kelliema għall-Ministeru tat-Trasport li tkellmet mal- ILLUM spjegat li bħalissa qed isiru l-aħħar irtokki għal-liġijiet imsemmija, u li fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jiġu ppubblikati għall-konsultazzjoni pubblika. Wara dan il-perjodu, l-abbozz jgħaddi f 'idejn il-parlament u sussegwentament isir liġi. Il-kuċċiera jridu jaċċertaw provista kontinwa ta' ilma u jassiguraw saħħet iż-żiemel biex joperaw "F'każ li ż-żiemel ikun f 'kundizzjoni ta' saħħa dgħajfa, il-liċenzja tal-kuċċier tista' tiġi sospiża jew revokata" 'Joe Mizzi inkompetenti' – Il-Partit Nazzjonalista IL-MInIstru tat- trasport Joe Mizzi huwa inkompetenti u b'konsegwenza tad- deċiżjonijiet tiegħu, it- toroq ta' pajjiżna saru martirju, qalet Marthese Portelli, x-shadow minister tat-trasport ilbieraħ. Portelli qalet dan ftit wara li ġie mħabbar li l-introduzzjoni mistennija tar-rotot il-ġodda tat- trasport pubbliku f 'Malta kienet se tiġi sospiża wara li ma kienx hemm żblokk fid- diskussjonijiet bejn il-Malta Public Transport u l-General Workers Union (GWU) dwar il-kundizzjonijiet tax- xufiera. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, il-GWU ħabbret li ma teskludix li tieħu azzjoni industrijali b'risposta għal skeda ta' xogħol mhix realistika. Il-Unjin sostniet ukoll li l-iskeda ta' xogħol li kienet mistennija tidħol fis-seħħ illum mhijiex skont kif kien maqbul u li f 'ċertu każijiet, il-ħaddiema huma mitluba li jaħdmu iktar minn disa' sigħat f 'ġurnata. Min-naħa l-oħra, l-Malta Public Transport akkużat lill-GWU li marret lura minn kelmtha hekk kif skont hi, ntlaħaq ftehim dwar il-kundizzjonijiet il-ġodda tax-xufiera erba' xhur ilu. Iżda minkejja li ż-żewġ partijiet qalu li l-qbil huwa viċin li jintlaħaq, ilbieraħ il- Malta Public Transport qalet li b'konsegwenza ta' nuqqas ta' żblokk, ir-rotot il-ġodda tas-sistema ta' trasport u l-iskeda tax-xufiera se jiġu sospiżi – deċiżjoni li skont il- Partit Nazzjonalista hija frott l-inkompetenza tal-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi. "Wara ġimgħat ta' antiċipazzjoni, issa jirriżulta li l-bidliet fir-rotot li tant ftaħar bihom il-Ministru Joe Mizzi fl-aħħar ġimgħat mhux se jidħlu fis-seħħ fil-ġurnata li fiha kienu skedati," qalet id-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli. Il-kelliema tal- Oppożizzjoni għat-Trasport sostniet ukoll li r-riforma tant mistennija fis-sistema tat-trasport ma waslitx għal titjib fis-servizz hekk kif fir-realtà, l-passiġġeri mhux jinqdew. "Id-deċiżjonijiet ta' Joe Mizzi mhux biss qed iħallu impatt negattiv fuq il- passiġġiera, iżda issa anke l-ħaddiema jidher li spiċċaw vittma tal-inkompetenza ta' Joe Mizzi," Portelli qalet. Il-Ministru għat-trasport u l-infrastruttura, Joe Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015