Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052
4 illum | Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 Gvernijiet nazzjonalisti differenti tul is-snin kienu wegħdu diversi proġetti u inizjattivi biex jiġi żviluppat Baċir numru wieħed. Wegħdi li kienu anke inklużi fil-manifesti elettorali li preżentaw għall-elezzjonijiet ġenerali. Sena wara oħra u leġislatura wara oħra, iżda l-proġetti għall-baċir baqgħu ma mmaterjalizzawx ruħhom. L-ewwel darba li ġie mwiegħed proġett għall- Baċir Numru wieħed kien lura fl-1993. Eddie Fenech Adami, dak iż-żmien Prim Ministru, f 'laqgħa li kellu mal-Kunsill Lokali ta' Bormla kien qal li flok il-baċir kienet se tiġi żviluppata yacht marina u żona ta' rikreazzjoni. Tliet snin wara, lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-1996 il-Partit Nazzjonalista kien bagħat pubblikazzjoni fid-djar tal- familji li jgħixu fil-Kottonera u fiha intqal lilhom li l-pjan kien li dan jinbidel f 'ċentru tal-komunità u jinkludi fih shopping arcade, appartamenti, lukanda, parkeġġ taħt l-art, ristoranti, piċċ tal-boċċi, playing field għat-tfal, u yacht marina. Fl-1999 kien intqal li bdew diskussjonijiet dwar l-iżvilupp ta' Baċir numru wieħed u sena wara ġew ippubblikati sitt proposti għal żvilupp kummerċjali u residenzjali tal-post. Iżda sal-elezzjoni tal-2003, il-proġett kien għadu ma nbedix. Wegħda oħra li saret kienet li l-baċir jinbidel f 'ċentru għall-artiġġjanat. Kien intqal li kellu jinkludi fost l-oħrajn huts għal snajja' tradizzjonali. Fi Frar tal- 2006 il-Kabinett immexxi mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi approva pjan biex isir investiment ta' LM12-il miljun u li fost l-oħrajn kellu jinkludi akwarju kbir. Is-sular t'isfel tal-bini fil-baċir kellu jiġi żviluppat b'mod kummerċjali u kulturali u s-sulari ta' fuq kellhom isiru appartamenti. Ix-xogħol fuq il-baċir kellu jibda fl-2007 iżda ntemmet dik il-leġislatura u l-proġett tal- baċir ma bedix. Fil-leġislatura ta' wara, il-Partit Nazzjonalista fil- Gvern reġa' wiegħed li se jiżviluppa l-Baċir Numru wieħed. Din id-darba kellhom isiru xogħlijiet ta' tisbiħ fix-xatt ta' Bormla mad-dawra tal-baċir u fi pjazza Gavino Gulia. Ix- xogħlijiet bdew fis-sajf tal-2011 iżda sa April 2012, meta suppost tlesta l-proġett, ix-xogħol kien għadu lura. Waqt li kienu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet, xi persuni spiċċaw weġġgħu u anzjana tilfet ħajjitha minħabba l-konfużjoni li kien hemm. Wara li l-proġett baqa ma tlestix tul il-leġislatura li għaddiet, ix-xogħlijiet kellhom jitkomplew mill-gvern preżenti. Ix-xogħlijiet ħadu spinta fis-sajf tal-2013, u fis- sajf tal-2014 ġie inawgurat il-proġett. Taħt Gvernijiet Nazzjonalista l-proġett ta' Baċir Numru wieħed kellu jkun ikkumplimentat minn diversi inizjattivi oħra bħal servizz ta' trasport bil-baħar bejn l-ibliet tal-Kottonera, electric vans fit-toroq prinċipali tal-ibliet, parkeġġ taħt l-art, lukanda u żvilupp u restawr tal-Maċina. Ix-xahar li għadda l-Gvern ħabbar li l-Baċir Numru wieħed se jkun qiegħed jilqa' fih parti mill-American University of Malta. Università li se jkollha b'kollox ħames kulleġġi. Żewġ kulleġġi, dak tal- Business u Management u dak tal-Arti u l-Edukazzjoni, se jkunu stabbiliti fil- baċir numru wieħed la darba jitlesta xogħol ta' riġenerazzjoni tal-post. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li l-Gvern diġà kien ressaq applikazzjoni għar-restawr tal-faċċata tal-British Building u li ġiet approvata mill-MEPA, u dan se jagħmilha aktar faċli biex ix-xogħol ta' riġenerazzjoni tal-Baċir jimxi 'l quddiem. Bħalissa għaddejjin ukoll negozjati dwar meta se jidħlu l-ewwel studenti kemm f 'Bormla, kif ukoll fil-kulleġġi li se jkun hemm fiż-żona taż-Żonqor. Espressjoni ta' Interess Polza ta' Assigurazzjoni li tkopri l-Forzi Dixxiplinari Maltin Il-benesseri tal-!addiema li jag!tu servizz ma' wie!ed mill-Korpi Dixxiplinati ta' Malti li huma l-Forzi Armati ta' Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni "ivili, il-Fa#ilitajiet Korrettivi ta' Kordin u l-Pulizija ta' Malta huwa fi#-#entru tal-a$enda politika u so#jali tal-Ministeru. Biex juri dan l-impenn, il-Ministeru qed jitlob informazzjoni dettaljata rigward il-!olqien ta' Polza ta' Assigurazzjoni biex iwaqqaf jew jitnaqqsu r-riskji li jiltaqg!u mag!hom l-uffi#jali min!abba n-natura perikolu%a tad-dmirijiet tag!hom. Il-Ministeru g!alhekk qed jistieden sottomissjonijiet minn persuni/organizazzjonijiet li g!andhom il-permessi ne#essarji mog!tija ta!t il-Le$islazzjoni u r-Regolamenti Nazzjonali biex je%er#itaw il-kummer# tal-assigurazzjonijiet biex jibg!atu l-proposti tag!hom li jinkludu l-informazzjoni li $ejja: 1. Isem tal-persuna/i/Organizzazzjoni; 2. Informazzjoni ta' kuntatt g!all-persuna/i awtorizzati biex jirrappre%entaw il-persuna/i/Organizzazzjoni; 3. Deskrizzjoni qasira tal-persuna/i/Organizzazzjoni, li tinkludi l-istruttra legali; 4. Dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettal il-polza tal-assigurazzjoni, li jinkludu dawn il-kun#etti ba%i#i - Kopertura tal-Assigurazzjoni Tipi ta' Poloz tal-Assigurazzjoni: - Individwali - Imsie!ba - Familja Mi%ata nominali tista' tintalab biex tit!allas mill-uffi#jal - &enituri wa!edhom Assigurazzjoni fuq il-!ajja Assigurazzjoni fuq il-!ajja – Fejn tit!allas somma ta' darba f'ka% ta' mewt waqt il-qadi tad-dmirijiet. Tista' tinkludi wkoll il-!las ta' kull ipoteka sabiex il-familjari ma jkunux milquta minn diffikultajiet finanzjari. In"identi u Mard – Jekk waqt ix-xog!ol, uffi#jal iwe$$a' serjament (e%empju amputazzjoni jew telf ta' vista) jew/u kwistjonijiet ta' sa!!a o!ra (e%empju intossikazzjoni min!abba d!a!en li j!allu danni permanenti), tit!allas somma ta' darba f'dik l-eventwalità. Il-Ministeru qed jitlob definizzjoni dettaljata ta' x'jikostitwixxi "jwe$$a' serjament" u jista' jkun hemm b%onn ta' spe#ifikazzjonijiet ulterjuri rigward il-kwistjonijiet ta' sa!!a li jistg!u jinqalg!u. Kopertura tas-Sa##a Akkomodazzjoni u kura mill-infermiera (Jekk il-kura ma tistax ting#ata mill-istituzzjonijiet tas-Sa##a Pubblika) Servizzi O#ra jinkludu t-teatru tal-operazzjoni, medi#ini, faxex u kirur$ija li jista' jing!ata sabiex isir trattament u pro#eduri djanjosti#i li jinkludu patolo$ija, imma$ini u scanning mediku (Jekk il-kura ma tistax ting#ata mill- istituzzjonijiet tas-Sa##a Pubblika) Akkomodazzjoni biex takkumpanja Adult (Jekk il-kura ma tistax ting#ata f'Malta) Servizzi ta' Tobba (Jekk il-kura ma tistax ting#ata mill-istituzzjonijiet tas- Sa##a Pubblika) Trattament ta' Out Patients li jinkludu l-pro#eduri djanjosti#i, tekni#i ta' scanning mediku, u trattament (Jekk il-kura ma tistax ting#ata mill-istituzzjonijiet tas-Sa##a Pubblika) Servizz ta' Infermier id-Dar (Jekk il-kura ma tistax ting#ata mill-istituzzjonijiet tas- Sa##a Pubblika) Benefi""ji ta' Flus meta l-pazjent isofri telf fil-paga min!abba t-tul ta' rkupru. 5. Esperjenza u Kompetenza f'servizzi simili; 6. Perjodu tal-Kuntratt; 7. Spi%a Finanzjarja Dettaljata. L-g!add tal-Forzi Dixxiplinati u dettalji ne#essarji o!ra jistg!u jinkisbu mill-website: www.homeaffairs.gov.mt/submissions L-Amministrazzjoni tixtieq tav%a li d-data tal-g!eluq ser tkun esti%a g!al darb'o!ra, g!aldaqstant dawk interessati g!andhom jibg!atu l-proposti tag!hom lill-Ministeru g!all-Intern u Sigurtà Nazzjonali sa mhux aktar tard mill-&img!a, 18 ta' Settembru 2015, sa nofsinhar, b'posta re$istrata jew personalment fl-indirizz li $ej: Is-Segretarju Permanenti Ministeru g!all-Intern u Sigurtà Nazzjonali 201, Triq id-Dejqa Il-Belt Valletta Jew b'email fuq submissions.mhas@gov.mt Il-korrispondenza kollha hija trattament b'mod kunfidenzjali. Il-Baċir numru 1 tħalla f 'abbandun bi proġett wieqaf għal xhur twa Baċir Numru 1: 20 sena mwiegħed mill-PN