Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema W ................... 1 Pembroke A ............... 0 Sliema Wanderers kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun meta għelbu lil Pembroke athleta bl-iskor minimu ta' 1-0. il-Wanderers kellhom logħba relattivament tajba, madankollu ma rridu nneħħu xejn mill-mertu tat-tim neo-promoss Pembroke athleta li taw sfida denja lit-tim immexxi minn Stephen azzopardi ma kienu jisirqu xejn li kieku ħarġu mqar b'punt minn din il-logħba. Kellu jkun l-attakkant prolifiku Brażiljan Pedro Calcado li skorja l-gowl tar-rebħa għall-Wanderers fit-32 minuta, meta wara li bidel il-ballun ma' michael mifsud, tefa' wara l-eks goalkeeper ta' Qormi, matthew Farrugia. Wara l-mistrieħ, Pembroke Athleta, kellhom diversi okkażjonijiet biex iġibu l-iskor indaqs, u fit-52 minuta, Paltemio Barbetti, li kien qed jilgħab propju kontra l-eks tim tiegħu, krossja tajjeb lejn Ariel Laudisi, iżda t-tentattiv ta' dan għadda ferm barra. Mas-siegħa logħob, il- goalkeeper ta' Pembroke Athleta kien sfurzat jippanċja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu, wara cross-shot tal-plejer internazzjonali u captain ta' Sliema Wanderers, Alex Muscat. Tliet minuti mit-tmiem tal-logħba, Pembroke Athleta resqu ferm viċin li jġibu l-iskor indaqs, meta freekick ta' Paltemio Barbetti, ġie mdawwar tajjeb bi bravura mill-goalkeeper tal-Wanderers Glenn Zammit. It-tim immexxi minn Winston Muscat kien ferm sfortunat li ma ġabx l-iskor ndaqs fid-90 minuta, meta xutt fil-baxx ta' Ariel Laudisi stampa ma' sieq il-wieqfa. Sliema: W. Zammit, A. Muscat, Scerri (Mintoff 86'), Mifsud, Calcado, Ledesma (Moura Souza 68'), Gatt Baldacchino, Bezzina, Muir, Bianciardi (Potezica 72'), Dimech Pembroke: A. Farrugia, Levnaic, Cii, Cutajar, Bugeja (Arab 72'), Barbetti, Villalobos (Micallef 89'), O'Brien, Laudisi, Martz, Bardsley Referi: Mario Apap PEDRO CALCADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Kien fundamentali biex il-Wanderers kisbu din ir-rebħa Fil-passat riċenti lagħab ma' Balzan fejn kellu esperjenza mill-aqwa Ingħaqad ma' Sliema Wanderers f'Jannar ta' din is-sena Sliema W. jiskbu l-ewwel 3 punti tal-istaġun Gary Muir jikkontrolla l-ballun tajjeb għal Sliema Wanderers fil-konfront kontra Pembroke Athleta Ritratt - Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015