Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

TFAJJEL ta' 14-il sena li fl-14 ta' Lulju li għadda ġarrab ġrieħi gravi f 'għonqu wara li sieħbu qabeż fuqu waqt li kienu l-baħar, miet ilbieraħ filgħodu wara battalja qasira kontra l-mewt. Dakinhar, iż- żagħżugħ, James Xuereb, ta' 14-il sena minn Għajnsielem, safa midrub waqt għawma fix-Xatt l-Aħmar, f 'Għajnsielem. L-inċidient seħħ wara li wieħed mill-ħbieb tal- vittmi qabez mill-għoli u bi żball ġie fuqu. Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Ġenerali t'Għawdex, iżda minħabba l-ġrieħi, huwa kellu jittieħed għall-kura fl-Isptar Mater Dei permezz ta' ħelikopter. Sorsi qrib l-ILLUM qalu li konsegwenza tal-inċident sfortunat, Xuereb weġġa' għonqu u spiċċa f 'siġġu tar- roti. Aktar minn hekk, ilbieraħ filgħodu, proprju xahrejn wara l-inċident sfortunat, ż-żagħżugħ tant maħbub u mimli ħajja, tilef il-battalja qasira kontra l-mewt. L-aħbar ħasdet lill-komunità Għajnselmiża u kienu bosta dawk li sellmu l-memorja taż- żagħżugħ ħabrieki u rispettat. illum | Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 Ritratt tal-ġimgħa Strixxun f 'pont fil-Marsa fi Triq Diċembru 13 b'messaġġ ta' solidarjetà lejn dawk il-persuni li qed jiġu f 'Malta u fl-Ewropa bit-tama li jkollhom ħajja aħjar Tfajjel imut xahrejn wara incident fil-baħar Diska favur il-klima ARTISTI ta' fama mondjali ħarġu diska bl-isem ta' 'Love Song to the Earth' biex iħeġġu l-mexxejja biex fis-Summit tal-COP21 ta' Diċembru li ġej f 'Pariġi jintlaħaq ftehim globali biex ikunu limitati l-impatti tat-tibdil fil-klima. Fost l-artisti li se jieħdu sehem f 'din id-diska hemm il-kantanti Jon Bon Jovi, Paul Mc Cartney u Sheryl Crow. L-ILLUM ħadet il- kummenti tal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat li se jkun qed jattendi din il-konferenza hekk importanti f 'Pariġi li spjega kif għalkemm jista' jkun hemm min jaħseb li diska bħala tema għal Summit tal-Kapijiet tal- Istat u tal-Ministri tista' tinstema' bħala 'gimmick', "personalment nemmen li kull mezz li jista' jintuża biex titqajjem il-kuxjenza pubblika, għandu jitqies bħala pass pożittiv," sostna l-Ministru Brincat. Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima semma' wkoll li prova ċara ta' kif diska oħra kienet rebħet l-appoġġ għall-kawża ġusta kienet 'We Are The World', li kienet ġiet interpretata minn USA Africa fl-1985, b'kantanti kbar bħal Michael Jackson u Lionel Richie, fost oħrajn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015