Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 11 is-siparju fuq l-istaġun tal-festi Lulju 1737 tpoġġiet l-ewwel ġebla u l-bini tlesta fis-sena 1750 fejn kienet konsagrata mill-Isqof Fra Pawl Alpheran de Bussan fil-5 ta' Ottubru 1755. Għaliex tissejjaħ tal-Grazzja Fid-9 ta' Jannar 1693, madwar l-10 ta' bil-lejl inħasset theżżiża kbira ta' terremot li però. m'għamlet l-ebda ħsara. Jumejn wara, fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar, inħasset theżżiża aktar qawwija fejn kienu saru ħsarat fil-knejjes u djar f 'Għawdex, fost l-oħrajn tħassar il- kampnar tal-Knisja kolleġġjata illum il-Katidral, u fil-bajja tax-Xlendi l-baħar kien ħareġ 'il barra aktar minn mil, u f 'daqqa waħda b'qawwa kbira nħoloq 'tsunami' li kaxkar miegħu kulma sab quddiemu. Mill-blat ta' Ċenċ kienet inqatgħet u niżlet fil-baħar madwar nofs tomna art. It-theżżiża baqgħet tinħass kull 24 siegħa. L-Għawdxin imwerwrin irrikorrew fis- santwarju tal-Madonna tal- Grazzja u wara ħafna talb anke lejn Sant Ursola, it-theżżiżiet waqfu. B'ħajr, għalhekk il-kleru Għawdxi għamel wegħda li ssir purċissjoni mill-Katidral sal-knisja tal-Madonna tal-Grazzja u magħhom jieħdu r-relikwa ta' Sant Ursola u sal-lum fl-ewwel Ħadd ta' wara l-11 ta' Jannar għadha ssir din il-proċessjoni. Fejn il-pellegrinaġġ jidher ukoll mpitter fl-inkwatru tas- santwarju. L-inkwatru tas-santwarju L-inkwatru titulari li nsibu f 'dan is-Santwarju hu xogħol ta' Stefano Erardi. Kien ġie inkurunat solennement fis-27 ta' Jannar 1952 mill-E.T. Mons Ġużeppi Pace, Isqof t'Għawdex fi pjazza San Franġisk tal- belt Victoria, li kien assistit mill-vigarju Ġenerali, Mons. Emmanuel Galea u l-Isqof ta' Lipari Bernardino Salvatore Re. Din ix-xbieha kienet it-tieni waħda inkurunata f 'Għawdex wara Ta' Pinu. L-inkwatru titulari kien ġie mkabbar u miżjud mill-artist Għawdxi Rokku Buhagiar meta tkabbret il-knisja. U mal- ġnub kien pitter lil Sant'Anna u San Ġwakkin, il-ġenituri tal-Madonna. L-istatwa titulari tal-Grazzja L-Istatwa devota tal- Madonna tal-Grazzja kienet maħduma mill-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri fis-sena 1934. Il-benefatturi kienu Franġisku u Karmena Farrugia. F'jum il-festa din l-istatwa toħroġ bil-purċissjoni fit-toroq imsejħin tal-belliegħa u fiż-żona magħrufa bħala 'Tal-Kapuċċini' fejn dejjem tiġi akkumpanjata mill-Banda Leone li ddoqq l-innijiet Marjani. Il-Kripta tal-Fra Qaddis Taħt il-knisja hemm kripta li tasal għaliha mill-knisja stess. Fil-kripta hemm midfuna għadd kbir ta' Terzjarji, benefatturi tal-Knisja u tal- kunvent, patrijiet u qabar speċjali tal-Fra qaddis. Fra Baskal Farrugia, Kapuċċin miż-Żebbuġ li miet fit-18 ta' Mejju 1937 għandu fama ta' qdusija, u huma l-ħafna li jmorru f 'din il-kripta jitolbu xi grazzja mingħand dan il-fra. Meta l-katavru tiegħu nqala', kien għadu sħiħ, u wara li nqala' mill-qabar tpoġġa f 'tebut taż-żingu, u f 'ieħor tal- injam fejn hu esebit fiċ-ċentru ta' din il-kripta. Jingħad li fost is-siġar sbieħ tal-larinġ li hemm fil- kjostru tal-kunvent, hemm siġra speċjali li ġiet imħawla minn Fra Baskal. Darba waħda Fra Baskal u Patri Ġjaċintu Camenzuli ħawlu siġra tal-larinġ kull wieħed u filwaqt li ta' Fra Ġjaċintu baqgħet żgħira, l-oħra ta' Fra Baskal kienet dejjem tikber u tisbieħ u bdiet tagħti l-frott u għadha hemm sal-lum. Wara l-mewt ta' Fra Baskal, ħafna nies li kien ikollhom xi mard fil-familja kienu jmorru l-kunvent u jitolbu minn dan il-larinġ u għadhom jagħmluh sal-lum. Jingħad u hemm stejjer rakkuntati li hemm drabi li nqalgħu xi grazzji b'dan il-larinġ ta' Fra Baskal. Fra Baskal matul is-47 sena bħala Kapuċċin ġie mitlub iwettaq ix-xogħol ta' infermier, kok, purtinar, sagristan u ċirkatur. Iżda l-iżjed ministeru li wettaq kien dak ta' ċirkatur u sagristan. L-informazzjoni miġjuba f 'dawn il-paġni huma grazzi għall-gwardjan Patri Joe Libreri li anke kiteb ktejjeb dwar il-ħajja ta' Fra Baskal. F'dan il-kunvent illum jgħixu tliet patrijiet: Patri Joe Libreri mill-Furjana, Patri Remiġ Galea minn Ta' Sannat u Fra Pascal Caruana mill-Mellieħa. "Leġġenda tgħid li kienet xwejħa li għenet lil Kapuċċini jagħżlu dan is-sit wara li qaltilhom li kienet tarahom deħlin jinviżtaw lil Madonna meta huma qatt ma kienu resqu 'l hemm" Il-pellegrinaġġ tar-roti u muturi f 'jum il-Madonna ta-Grazzja L-Isqof t'Għawdex jitlob quddiem il-qabar tal-Fra qaddis...Fra Baskal Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015