Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 SportSillum Meta Wayne Rooney sar l-aqwa skorer ta' kull żmien għall-Ingilterra Nhar is-Tlieta 8 ta' Settembru, l-attakkant prolifiku Ingliż ta' Manchester United u tat-tim nazzjonali Ingliż, Wayne rooney, sar l-aqwa skorer ta' kull żmien għall-Ingilterra. Dan hekk kif permezz tal- gowl li skorja fil-logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 kontra l-Iżvizzera huwa qabeż ir-rekord tal-leġġenda Ingliża Bobby Charlton li skorja 49 gowl għal pajjiżu. Rimarkabbli huwa l-fatt li Bobby Charlton laħaq ir-rekord ta' 49 gowl fil- karriera tiegħu mal-Ingliżi fil-106 logħba tiegħu mat- Three Lions, kif inhuma iktar magħrufin l-Ingiżi, u b'koinċidenza inkredibbli, jekk Wayne Rooney ikun qed isib ix-xibka kontra San Marino biex jilħaq ir-rekord ta' Bobby Charlton, huwa jkun qed jagħmel dan ukoll fil-106 dehra bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż. Intant, f 'kummenti li għadda l-leġġenda ta' Liverpool u anki tat-tim nazzjonali Ingliż, Michael Owen, ftit tal-ġimgħat ilu, huwa afferma li jemmen li Wayne Rooney, jista' tabilħaqq iwaqqaf rekord rigward l-ammont ta' gowls li skorja mat-tim nazzjonali Ingliż, li jista' ma jiġi milħuq qatt fl- istorja mill-ebda plajer ieħor Ingliż. Huwa kompla li hija biss kwistjoni ta' meta u mhux jekk, Rooney jirnexxielu jikser ir-rekord ta' Bobby Charlton, fejn dejjem skont Michael Owen, Rooney, probabilment se jkun qed jikser ukoll ir- rekord tal-aktar plejer li qatt skorja gowls għal Manchester United. Owen sostna li jemmen li Rooney jista' jwaqqaf rekords li qatt ma jistgħu jiġu miksura. Huwa kellu kliem ta' tifħir għal Rooney, fejn iddeskrivieh bħala attakkant prolifiku, speċjalment hekk kif jinsab jilgħab f 'livell fejn il-futbol internazzjonali, dejjem qed isir aktar diffiċli biex tilgħab fih, speċjalment minħabba d-difiżi ta' ħafna timijiet li qed jissaħħu matul il-medda tas-snin. Huwa semma' li kuntrarju għal snin imgħoddija, ftit li xejn wieħed għadu jisma' bi skors kbar ta' 8-0, 9-0 jew 10-0. Dan hekk kif kull logħba fil-livell internazzjonali tippreżenta sfida qawwija għal kull tim, u tneħħi pajjiż jew tnejn, huwa diffiċli li ssib ix-xibka kontra ħafna timijiet nazzjonali. Fl-aħħar ġimgħat spikka r-riżultat ta' 7-0 favur iċ- champions tad-dinja, il- Ġermanja, kontra Ġibiltà, iżda dan kien biss fula f 'qargħa, u wieħed irid iqis il-fatt li Ġibiltà, bħala tim nazzjonali ilhom biss ftit xhur li ġew imwaqqfa u ġew rikonoxxuti u affiljati b'mod uffiċjali mal-UEFA u l-FIFA. Barra minn hekk, dan huwa stat b'popolazzjoni ta' biss 30,000 ruħ jiġifieri daqs Għawdex, u ħadd mill- plejers li jimmilitaw f 'dan it-tim nazzjonali mhuwa professjonali. Dan hekk kif fost il-plejer ta' dan it-tim nazzjonali, insibu għalliem, avukat u pumpier! Michael Owen sostna li jekk plejer jirnexxielu jiskorja ħames gowls fi staġun komplut f 'livell internazzjonali ma' tim nazzjonali, huwa għandu jkun tassew kuntent. U fl-opinjoni ta' Michael Owen, biex plejer jibqa' jimmilita fit-tim nazzjonali ta' pajjiżu għal żmien twil, huwa tabilħaqq ikun irid għamel diversi sagrifiċċji u ħidma intensiva. Dan minħabba l-fatt li jkun irid jidħol fit-tim, jistabilixxi ruħu, u jegħleb kull problema jew ostaklu li jista' jiltaqa' miegħu. Finalment, fl-aħħar kummenti tiegħu, Michael Owen, tenna li ma jara lill- ebda plejer ieħor Ingliż, li jista' jostakola lil Wayne Rooney, milli jilħaq u jikser ir-rekord ta' Wayne Rooney fis-snin li ġejjin. Il-Karriera ta' Wayne Rooney mal-Ingilterra f 'numri: Dehriet Beda mal-ewwel 11 Gowls 107 101 darbiet 50 Wayne Rooney f 'uħud mill-aqwa mumenti tiegħu bil-flokk tat-tim naz- zjonali Ingliż Jorge Lorenzo jikseb il-pole ta' San Marino iżda jirrabja għal sieħbu Valentino Rossi IS-SEWWIEq ta' Yamaha, Jorge Lorenzo, kiseb il-pole ta' San Marino biex illum fil- Moto GP se jkun qed jibda minn quddiem nett fuq dan l-istess ċirkwit. Għalkemm is-sewwieq Spanjol assigura ruħu minn din il-pole, huwa kellu rabja kbira ironikamet għal sieħbu stess fuq Yamaha Valentino rossi, minħabba li skont hu, is-sewwieq leġġendarju Taljan beda jsuq bil-mod meta kien quddiem Jorge Lorenzo, u għalhekk ċaħħad lis-sewwieq Spanjol milli jikseb ħin aħjar f 'din l-istes pole-position. Madankollu, Valentino Rossi rrisponda mmedjatament wara li ntemmet din il-pole u saħaq li għalkemm huwa minnu li Jorge Lorenzo forsi seta' kiseb ħin aħjar, xorta waħda huwa se jkun qed jibda mill-ewwel post illum u għalhekk dan ma biddel xejn mill-aspett ta' gradwatorja. Is-sewwieq kompatrijott Spanjol, Marc Marquez fuq Honda se jkun qed jibda mit-tieni post, waqt li Valentino Rossi se jkun qed jibda mit-tielet post. Daniel Pedrosa fuq Yamaha se jkun qed jibda mir-raba' post, Michele Pirro jsegwi warajh fil-ħames post fuq Ducati, waqt li Bradley Smith fuq mutur Yamaha se jkun qed jibda mis-sitt post tal- gradwatorja. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa rispettivi tal- Moto GP f 'San Marino, flimkien mal-ħinijiet li huma rnexxielhom jiksbu lbieraħ waqt il-pole postion fuq l-istess ċirkwit: Poż. Sewwieq Tim Mutur Ħin 1 Jorge Lorenzo Yamaha Yamaha 1m32.146s 2 Marc Marquez Honda Honda 1m32.252s 3 Valentino Rossi Yamaha Yamaha 1m32.358s 4 Daniel Pedrosa Honda Honda 1m32.434s 5 Michele Pirro Ducati Ducati 1m32.736s 6 Bradley Smith Tech 3 Yamaha 1m32.801s 7 Andrea Iannone Ducati Ducati 1m32.821s 8 Andrea Dovizioso Ducati Ducati 1m32.934s 9 Danilo Petrucci Pramac Racing Ducati 1m33.169s 10 Aleix Espargaro Suzuki Suzuki 1m33.187s 11 Cal Crutchlow LCR Honda 1m33.220s 12 Pol Espargaro Tech 3 Yamaha 1m33.222s 13 Scott Redding Marc VDS Honda 1m33.340s 14 Maverick Vinales Suzuki Suzuki 1m33.439s 15 Yonny Hernandez Pramac Racing Ducati 1m33.710s 16 Loris Baz Forward Racing Yamaha Forward 1m34.093s 17 Jack Miller LCR Honda 1m34.137s 18 Hector Barbera Avintia Racing Ducati 1m34.296s 19 Stefan Bradl Aprilia Gresini Aprilia 1m34.333s 20 Alvaro Bautista Aprilia Gresini Aprilia 1m34.368s 21 Eugene Laverty Aspar Honda 1m34.468s 22 Mike Di Meglio Avintia Racing Ducati 1m34.722s 23 Nicky Hayden Aspar Honda 1m34.732s 24 Claudio Corti Forward Racing Yamaha Forward 1m35.385s 25 Karel Abraham AB Motoracing Honda 1m35.406s 26 Alex de Angelis IodaRacing Project ART/Aprilia 1m35.684s Jorge Lorenzo fl-azzjoni lbieraħ waqt il-pole position ta' San Marino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015