Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 Illum tiġi ċelebrata l-festa tal-madonna tal-Grazzja, il- festa li tniżżel is-siparju fuq l-istaġun tal-festi f 'Għawdex. Staġun li beda fis-7 ta' Ġunju bil-festa tas-Salvatur fl- Għasri u jagħlaq bil-festa tal-madonna tal-Grazzja li ħafna jsibuha wkoll bħala l-festa tal-Kapuċċini. Anke jekk din il-festa għandha l-festeġġjamenti fuq in- naħa esterna tal-kunvent u s-santwarju, il-qofol tal-festa hu bħal speċi ta' pellegrinaġġ. Fejn fil-11.30 ta' dalgħodu jitlaq pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi mill-pjazza tas-Santwarju ta' Pinu sas- santwarju tal-madonna tal-Grazzja. minħabba li fl-istess ħin ikun hemm il-pellegrinaġġ tar-roti u muturi ta' Ħaż-Żabbar il-kwantita f 'Għawdex ma tkunx bħal dik ta' malta għax jieħdu sehem fiha Għawdxin biss. Il-gwardjan tal-Kapuċċini, Patri Joe Libreri qalilna li kull meta l-festa tal-Vitorja taħbat il-Ħamis, il-festa tal-Madonna tal-Grazzja tiġi posposta għall-Ħadd ta' wara u meta jkun hekk, ikun hemm mijiet ta' roti u muturi għax jitilgħu l-Maltin biex jieħdu sehem f 'dan il-pellegrinaġġ. Filgħaxija l-festa tibda bir- rużarju u b'quddiesa kantata bl-omelija tal-patri Gwardjan Joe Libreri u wara toroġ l-istatwa tal-Madonna matul it-toroq tal-viċinanzi. l-ewwel Kapuċċini f 'Għawdex Fi Triq il-Kapuċċini li mir- Rabat tieħu għal Marsalforn, wieħed isib knisja mdaqqsa dedikata lill-Madonna tal-Grazzja li ħafna jsibuha bħala l-Knisja tal-Kapuċċini. L-ordni tal-Kapuċċini kienet ilha tixtieq li tinqata' mill- provinċja ta' Sqallija u jsiru kustodja Indipendenti. Iżda biex jaslu għal dan, kellhom bżonn it-tielet kunvent. Fil-fatt l-ewwel kunvent tal-Kapuċċini f 'Malta kien dak tal-Furjana li nbena għall-ħabta tal-1585 u kienu għadhom kif lestew it-tieni wieħed fil-Kalkara li kien ta' Santa Liberata. Issa ħarsithom kienet daret għall- gżira Għawdxija u x-xoqqa f 'moxtha ġiet f 'Settembru tal-1736 meta l-Isqof ta' Malta ta' dak iż-żmien, Fra Pawlu Alpheran kien qed iżur il-gżira Għawdxija. Patri Ġużepp minn Bormla, li kien ilu jaħdem biex l-ordni tal-Kapuċċini Maltija ssir indipendenti talab lill-Isqof biex isibilhom post adattat f 'Għawdex fejn setgħu jibnu t-tielet kunvent u knisja. L-Isqof kien tkellem mal- Arċipriet tal-kolleġġjata tal-Katidral u ma' xi reliġjużi oħra u l-parti ċivili li wrew ix- xewqa li jkollhom il-Kapuċċini fil-gżira tagħhom. Kienu ġew magħżula erba' patrijiet, il-patrijiet Vitor, Pietru u Klement u l-ajk Fra Stiefnu, erba' Maltin li ġew mistiedna joqogħdu għand it-tabib Gauci Apap sa ma jinbena l-kunvent. Kienu ġew offruti tliet postijiet fejn jibnu l-kunvent u l-knisja. Malli kienu marru fuq l-għolja tal-Braġ, fejn hemm il-knisja ta' San Kalċidonju u l-knisja ċkejkna tal-Madonna tal-Grazzja li kienet tinsab fil-post imsejjaħ Fomm il-Ġir, kienu rawh żgħir u kienu sejrin 'il barra meta mara xwejħa marret quddiemhom u qaltilhom, "Dawn huma l-patrijiet li kont nara kull filgħaxija deħlin jinviżtaw lill- Madonna." Huma merewha u qalu li qatt ma kienu marru 'l hemm, iżda hi weġbithom li waqt l-Ave Marija kienet tara patrijiet bid-daqna sejrin jinviżtaw lill-Madonna. U b'hekk, il-patrijiet indunaw li l-Madonna kienet għażlitilhom il-post, u għażlu li jibnu l-knisja hemmhekk. Fil-post fejn inbniet il-knisja, kien hemm kappella ċkejkna dedikata lil Santa Agata li kienet misruqa u mħarbta kemm-il darba mill-furbani u għalhekk tħalliet tiġġarraf kollha kemm hi. Iżda fl-1615 kienet reġgħet inbniet mill- ġdid u dedikata lit-twelid ta' Santa Marija, anke jekk in-nies kienu jsibuha bħala tal- Madonna tal-Grazzja. Din il-knisja u l-kunvent bdiet tinbena fis-sena 1737 fuq pjanta tal-Kapuċċin Fra Ġużepp mill-Isla. Fis-17 ta' Tal-Grazzja: Tniżżel is-siparju • L-inkwatru titulari hu t-tieni wieħed inkurunat f'Għawdex wara Ta' Pinu • Dalgħodu jsir pellegrinaġġ bir-roti u muturi minn Ta' Pinu għas-santwarju tal-Grazzja "Bis-saħħa tal- knisja tal-Kapuċċini f 'Għawdex l-Ordni ħadet l-indipendenza minn Sqallija" illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Il-vara tal-Madonna tal-Grazzja li saret fl-1934 mill-Għawdxi Wistin Camilleri Il-Knisja tal-Kapuċċini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015