Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052
Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 7 "Tista' tagħti aktar kuraġġ lix-xellugin biex jesprimu d-dissens tagħhom" ALBERT GAUCI CUNNINGHAM ILBIERAĦ f 'Londra ftit qabel is-1:00 p.m. kien imħabbar li l-Laburisti minn madwar ir-Renju Unit kien għażlu b'mod qawwi u definittiv lill-aktar kandidat xellugi, Jeremy Corbyn, biex imexxi l-partit sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan minkejja l-biżgħat li prova jxerred l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Tony Blair u dawk li għadhom jappoġġjaw l-ideoloġiji tiegħu. Charles Miceli, attivist fl-Alleanza Kontra l-Faqar u opinjonista fermament xellugi qal mal-ILLUM li r-rebħa ta' Corbyn tista tagħti aktar kuraġġ lix-xellugin, anke f 'Malta stess, biex jesprimu d-dissens tagħhom kontra l-ideoloġija politika ta' "is- suq isuq". Min-naħa tiegħu, id- Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela kien iktar kawt u filwaqt li ppunta subgħajh lejn il-politika neo-liberali fir-Renju Unit bħala raġuni waħda għalfejn il-Labour resaq aktar lejn ix-xellug qal li dwar Corbyn "nistennew u naraw". Rebħa kolossali ta' 60% Jeremy Corbyn rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Labour b'59.5%, rebħa massiċċa li ħalliet lill- kandidati l-oħrajn lura sew. Fil-fatt l-aktar kandidat qrib Corbyn kien Andy Burnham b'19% ta' dawk il-Laburisti li vvutaw. Corbyn huwa minn Islington North u ilu Membru Parlamentari mill- 1983. Huwa magħruf bħala Membru Parlamentari ribell, fil-fatt kien ħadha kontra l-Partit Laburista iktar minn 500 darba. Huwa vvota favur il-legalizzazzjoni ta' drittijiet għal persuni omosesswali filwaqt li kkampanja favur il-projbizzjoni tal-kaċċa u t-tipjip. Ivvota kontra s-sehem militari tar-Renju Unit f 'operazzjonijiet barra mill-pajjiż, favur aktar benefiċċji u kontra ħlasijiet għas-servizzi soċjali. Corbyn huwa tal-fehma li r-Renju Unit jista' jsostni s-servizzi tas-saħħa u tal- edukazzjoni billi jitnaqqsu s-sussidji lin-negozji, tiżdied it-taxxa fuq il-profitti tal-kumpaniji kif ukoll li s-sinjuri jħallsu l-aktar taxxa bħala proporzjon. L-effett tat-'trickle down' ma taħdimx Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet minn dan il-ġurnal dwar l-effett li r-rebħa ta' Corbyn jista' jkollha, saħansitra fuq il- Partit Laburista hawn Malta, Miceli spjega kif aktar kemm ix-xellug jikber madwar l-Ewropa "aktar ix-xellugin u bosta Laburisti se jkunu jridu jisimgħu lingwaġġ li jaċċerta li ż-żgħir ikun mwieżen. Nieħdu l-eżempju lokali mit-tnaqqis fil-kontijiet tad- dawl u l-ilma għan-negozji mill-Gvern. Miżura tajba u jalla n-negozji jgawdu. Imma l-ħaddiem gawda minn pagi aħjar? Il-klijent qed igawdi minn servizz irħas? Le hux? Għax l-idea neo-liberali tat-'trickle down effect' ma taħdimx". In-neo-liberaliżmu ssemma wkoll minn Toni Abela li sostna kif huwa jaħseb "li l-element romantiku ta' Corbyn fid-dawl tal-fatt li l-politika Ingliża ilha għal perjodu twil għaddejja minn żmien neo-liberali kellha effett mhux biss fuq dawk li huma veterani, iżda anke fost l-element żagħżugħ. Irridu niftakru li ż-żgħażagħ kienu fost il-vittmi tal-ekonomija kif ħadmet s'issa." Fl-ewwel diskors tiegħu bħala mexxej, Corbyn għamilha ċara li hu se jkun qed jopponi t-tentattivi tal- Gvern lemini, konservattiv ta' Cameron f 'dawk li hu sejħilhom, attentati biex jostakola lit-trade unions u s-servizzi soċjali . "Aħna rridu ngħixu f 'soċjetà fejn ma ngħaddux min-naħa l-oħra meta naraw persuni li ġew irriġettati mis-sistema", sostna Corbyn li saħaq li s-sistema tas-saħħa u l-edukazzjoni komprensiva huma "drittijiet umani". "Ma naħsibx li se jkun radikali" Mal-ILLUM Abela sostna li hu ma jemminx li Corbyn se jkun radikali jew li se jersaq lejn partiti radikali li twieldu l-Ewropa. "Ma neskludix li din kienet strateġija biex jirbaħ l-appoġġ tar-radikali fil-partit b'mod partikolari tal-unions li għandhom saħħa kbira fl-għażla tal- mexxej tal-Labour fl- Ingilterra". "Inraħħsu l-kirjiet"....imma kif? Fl-ewwel diskors tiegħu Corbyn qal li "Londra għandha bżonn Sindku Laburista" u stqarr kif dan jeħtieġ jiġri biex, fost oħrajn, tonqos il-kera għolja ħafna tal-proprjetà f 'Londra. L-ILLUM saqsa lil Miceli kif proposta bħal dan tista' taħdem, bir-risposta tkun li aktar mill-'kif ' huwa l-'għaliex' li wieħed għandu jikkunsidra. "Jiġu nies fuqi u jgħiduli li b'inqas minn €350 fix-xahar ma jistgħux jikru post fejn jgħixu u dawn ikunu fuq paga minima. X'suppost jagħmlu allura dawn? X'suppost nagħmlu aħna? Sempliċiment ngħidulhom nafu li m'għandkhomx biex tgħixu imma s-suq isuq?" L-UE se jkollha aktar sfidi Miceli sostna li din ir-rebħa li tista' twassal għal rebħa Laburista fl-elezzjoni li jmiss, se toffri aktar sfidi lill-Unjoni Ewropea u l-forzi tal-Lemin. Min-naħa tiegħu, iżda Abela kien iktar kawt u qal ukoll li l-possibilità li l-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit fl- 2020 jiddependi minn diversi fatturi, fosthom l-ekonomija. "Il-politika li se jadotta Corbyn, mhux neċessarjament se tibqa' daqstant radikali daqs kemm kienet s'issa" temm jgħid Abela. MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 26/2015 SUPPLY, DELIVERY AND COMMISSIONING OF SPECIALIZED EQUIPMENT RELATED TO TEACHING AIDS Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 28th September 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: EUROPEAN SOCIAL FUND 3.102 Jeremy Corbyn l-ewwel tiri tal-Partit konservattiv Ir-rebħa ta' Jeremy Corbyn fil-Partit Laburista Ingliż