Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt Meta ritratt John Busuttil Fl-era ta' Facebook, aktar ritratti qed jimlew il-profili ta' ħafna nisa u anke rġiel. Meta tibda ddur fuq Facebook tinnota li kważi kull persuna li tpoġġi wiċċha jew ġisimha fuq il-profil tiegħu, kważi jkun perfett. Kulħadd isir mudell b'wiċċ anġeliku fejn donnu ż-żmien jieqaf għal ħafna, u ma jixjieħu qatt! Il- verità toħroġ biss meta tiltaqa' wiċċ imb'wiċċ mal-persuna li toħroġ minn Facebook, dejjem jekk tagħarafha. Dan kollu qed iwassal biex ħafna nisa u anke rġiel, illum saru jfittxu fotografi professjonali biex jieħdu photoshoots imbagħbsin bil-programm Photoshop li jneħħilek ix-xaħam żejjed, tikmix, ċellulite u anke xi ponot. Għalhekk l-ILLUM tkellem ma' fotografu professjonali li xogħolha hu li tħarreġ il-mudelli u toħdilhom photoshoots, Janice Azzopardi li ħafna mix-xogħol tagħha fil- preżent hu li tieħu photoshoots għal persuni ta' kull età. Minn trabi li għadhom jitwieldu sa nisa anzjani. "L-aktar persuna anzjana li għamilt photoshoot tagħha kellha 75 sena. Kienet mara minn Sqallija li ġiet Malta apposta biex noħdilha photoshoot għax riedet li tħalli ritratti senswali anke tal-età tagħha lil żewġha wara li tmut." Il-mistoqsija tagħna hi dwar ir-raġuni għaliex is-sessjonijiet ta' ritratti individwali qed jiżdiedu u għaliex lesti li jħallsu biex jkollhom sett ta' ritratti professjonali. Fil-fatt, il-prezzijiet normali huma xi ħaġa hekk: għal mini shoot fi studio, wieħed irid iħallas €40, photoshoot fi studio fejn fiha persuna tbiddel il-ħwejjeġ diversi drabi tħallas €60 u jekk ix-shoot tkun fuq barra, wieħed irid iħallas €90. "Kull persuna tuża r-ritratti għal modi differenti. Per eżempju ir-ritratti tat- trabi li għadhom jitwieldu, l-ġenituri jżommuhom għall-użu personali tagħhom. Iżommuhom bħala memorja għalihom. Il-maġġoranza li jiġu għal photoshoots huma tfajliet adoloxxenti bejn l-14 u 18-il sena. Hemm minnhom li jużawhom għal Facebook biex jiġbdu l-attenzjoni, u oħrajn ikollhom ħajra li jsiru mudelli u għalhekk dawn ir-ritratti jużawhom biex isibu xogħol tal-immudellar." Dan naturalment ifisser li kemm ilu li hemm Facebook, ix-xogħol tal-fotografi professjonali żdied għax it- talba kibret fejn illum, anke l-irġiel qed jmorru għall- photoshoots. Għall-kurżità, tlabna lil Janice tgħidilna jekk l-irġiel li jmorru għall- photoshoots humiex l-aktar omosesswali jew eterosesswali. "Mudelli jew irġiel eterosesswali l-aktar li ġew għandi, fejn huma jkunu jridu juru l-body fitness tagħhom." Juri wkoll li n-narċisiżmu fir-raġel qed jikber immens, bl-għan li wieħed jidher dejjem aħjar. Iżda Janice Azzopardi hi "Jien ma nħobbx nitmejjel bija nnifsi u għalhekk naħdem fuq il- figura tiegħi u mhux naħbiha bir-ritratti li jkunu rranġati." Janice azzopardi waqt photoshoot Bintha Yanika hi mudella professjonali li magħha ma tużax tbagħbis fir- ritratt • Facebook ikabbar in-negozju tal-'photoshoots' • Il-Photoshop jagħmel il-mirakli fejn iraqqek mingħajr dieta Ħamsa jitressqu l-Qorti b'rabta ma' sensiela ta' serqiet f 'Tas-Sliema ĦaMes persuni mil-lvant tal-ewropa ġew miżmuma taħt arrest wara li tressqu l-Qorti b'rabta ma' 28 serqa f 'Tas-sliema f 'dawn l-aħħar sentejn. Il-grupp huwa mifhum li jagħmel parti minn grupp ta' kriminalità organizzata responsabbli għal sensiela ta' serqiet li seħħew f 'Tas- Sliema. Il-Qorti semgħet kif l-akkużati, li kollha jgħixu f 'appartament il-Qawra, kienu jgħixu minn fuq l-affarijiet li serqu, u li ġew Malta sabiex jisirqu. Aktar minn hekk, l-Ispettur Jonathan Ransley, għan-nom tal-prosekuzzjoni, qal li malli dawn jindunaw li qed jiġu investigati mill- Pulizija, jitilqu minn Malta. Il-prosekuzzjoni spjegat li l-allegati ħallelin kienu jagħmlu użu minn ċwievet speċjali magħrufa bħala 'bump keys'. Dawn tal-aħħar jintużaw biex jiżgassaw bibien mingħajr ma jagħmlu ebda ħsara u ħoss. Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, il-Pulizija ressqet lil Kartlos Dolaberidze ta' 41 sena, u Mate Oniani ta' 25 sena, t-tnejn mill-Ġorġja; Kryzsztof Tadeusz Latocha ta' 30 sena mill-Polonja; Algirdas Sliogeris, 48 mil-Litwanja; u Adilet Shakirgazieva, 28 mill- Krigizstan. Huma ġew akkużati li assoċjaw ruħhom bi skop li jwettqu reat, u li pparteċipaw fi grupp ta' kriminalità organizzata. Dolaberidze, Latocha u Sliogeris kienu wkoll akkużati b'sittax-il serqa u żewġ attentati ta' serq, filwaqt li Latocha waħdu kien mixli li wettaq mhux inqas minn ħdax-il serqa minn Tas- Sliema matul din is-sena biss. Huwa kien akkużat ukoll li seraq minn djar fil-Gżira, Tas-Sliema u l-Pietà. Sligoris waħdu jinsab mixli li seraq minn żewgt idjar oħra f ' Tas-Sliema dik is-sena u li kellu fil-pussess tiegħu karta tal-identità Litwaniża falza. Huma ċaħdu l-akkużi kollha miġjuba kontrihom. Il-Qorti semgħet kif l-akkużati ġew arrestati wara investigazzjoni twila u intensive li bdiet wara sensiela ta' serqiet f 'Tas-Sliema u n-naħat tal-madwar, fejn kien qed jintuża l-istess metodu biex jitwettqu s-serqiet. Tlieta mill-akkużati ġew identifikati permezz ta' filmat tal-kameras tas-sigurtà, filwaqt li tnejn minnhom ġew arrestati wara li ntlemħu fuq karozza tal-linja f 'San Pawl il-Baħar. Fir-residenza tal- akkużati nstabu wkoll numru ta' għodda relatati mas-serq. Fis-sottomissjonijiet tagħha għall-ħelsien mill- arrest, il-prosekuzzjoni opponiet it-talba hekk kif m'għandhom l-ebda rabta ma' Malta u minħabba l-fatt li ma kellhomx mezz ieħor t'għajxien għajr għal dak tas- serq. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ċaħdet it-talba u ordnat li l-akkużati jinżammu taħt arrest. Tintbagħat Monte Carmeli wara akkużi foloz ta' stupru Mara mill-estonja li kienet akkużata fil-Qorti li kienet gidbet meta qalet li ġiet srupratha minn raġel li jgħix magħha, ġiet ordnata li tinżamm fl-Isptar Monte Carmeli wara li ġie stabbillit li kienet ħarbet minn sptarmentali qabel ma ġiet Malta. Il-Qorti semgħet il-mara, ta' 29 sena, marret ġo għassa fejn biex tirrapurta li ġiet stuprata nhar id-19 ta' Awwissu. Hija allegat li kienet stupratha minn raġel barrani li jgħix fl-istess villa fejn tgħix hi u li dan daħal f 'kamritha mingħajr il-permess tagħha, u wara li ħa dak li ried, ħarab minn fuq il-post. Madankollu, il- prosekuzzjoni spjegat kif skont il-filmati meħuda mill- kameras tas-sigurtà wrew li fil-fatt ħadd ma kien daħal fil-kamra tal-akkużata. Ġie stabilit ukoll li l-mara kienet ħarbet minn sptar ġewwa l-Estonja qabel ma ġiet Malta. Għaldaqstant, il- prosekuzzjoni, flimkien mad-difiża, talbu lill-Qorti sabiex tiġi eżaminata s-saħħa mentali tal-mara u jekk hiex fi stat li taffaċċja proċeduri kriminali. Il-Qorti laqgħet din it-talba u ordnat ukoll li l-akkużata tinżamm fl-Isptar Monte Carmeli sakemm tiġi evalwata s-saħħa mentali tagħha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015