Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

DIN is-sena, Express Logigroup huwa l-isponsor uffiċjali għall-avveniment annwali Tale of a City – avveniment li din is-sena qiegħed isir fil-Belt tal- Imdina. Express Logigroup temmen fil-potenzal tal-artisti Maltin u temmen li x-xogħol tal-arti jsawwar l-identità ta' poplu. Għalhekk, il-kumpanija din is-sena hija s-sinsla ta' dan l-avveniment biex tgħin 11-il artist Malti jesponi xogħlu u fl-istess ħin jitfa' dawl fuq is-sbuħija tal-Imdina u dak kollu li jsawwarha. Fl-istess ħin, Express Logigroup qed timbarka fuq proġett speċjalizzat biex b'dedikazzjoni, li taf toffri hi biss, titrasporta bl-aktar mod professjonali pitturi u biċċiet tal-arti kemm f 'Malta stess, kif ukoll lejn u minn pajjiżi barranin. Id-direzzjoni tal-kumpanija filwaqt li tawgura suċċess għal A Tale of a City, għat- tieni sena konsekuttiva, tawgura wkoll li l-poplu Malti u Għawdxi japprezza aktar l-arti u l-artisti Maltin. A Tale of a City, tiġi wara l-ewwel proġett bl-istess isem imtella' fl-2013 li kien jiffoka fuq il-Belt Valletta. Il-wirja li hi waħda kollettiva mtella' minn The Studio Collective bl-għan li tfittex il-karatteristiċi tal-Imdina u tesponihom għall-pubbliku. B'kollox se jipparteċipaw 11-il artist. L-artisti huma Charlene Agius, Mario Agius, Luella Beck, Bridget Borg Alden, Stephanie Borg Cachia, Franceanne Borg Rapa, Victor Caruana, Margaret Farrugia, Frederick Gingell, Clyde Haber u Christine Porter Lofaro, artisti Maltin u Għawdxin li huma involuti fix-xena artistika Maltija, kemm individwalment kif ukoll b'mod kollettiv. Ix-xogħlijiet ivarjaw bejn pitturi u skulturi. Il-wirja se tittella' fil- Mużew tal-Katidral tal-Imdina, bejn l-4 ta' Settembru u t-2 t'Ottubru, u se tkun miftuħa għall- pubbliku mit-Tnejn sal- Ġimgħa bejn id-9:30 u l-16:00, kif ukoll nhar ta' Sibt bejn id-9:30 u t-15:30. Id-dħul huwa mingħajr ħlas u x-xogħlijiet esebiti se jkunu għall-bejgħ. Aktar informazzjoni tista' tinstab fuq il-website www. ataleofacity.com. Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 25 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme I – Cohesion Policy 2007-2013 Investing in Competitiveness for a Better Quality of Life Advert part-financed by the European Union European Regional Development Fund (ERDF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 23/2015 TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY, INSTALLATION AND COMMISSIONING OF AIR HANDLING UNITS AT THE MCAST STUDENTS' HOUSE Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 28th September 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: CEO ġdid għal MAPFRE Middlesea MAPFRE Middlesea plc ħabbret il-ħatra ta' Felipe Navarro López de Chicheri bħala CEO. Is-Sur Navarro López de Chicheri, ċittadin Spanjol, huwa professjonist fis-settur tal-assigurazzjoni b'diversi ħatriet għoljin fi ħdan MAPRE Vida kif ukoll MAPFRE SA. Felipe Navarro López de Chicheri se jieħu f 'idejh it-tmun ta' MAPFRE Middlesea minghand Alfredo Muñoz , li mexxa lill-kumpanija għall-aħħar erba' snin. Alfredo Muñoz se jieħu rwol ewlieni fi ħdan kumpanija oħra fil-Grupp MAPFRE. Is-Sur Navarro López de Chicheri, li huwa gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta' Madrid Computense u għandu wkoll MBA mill- Università ta' Alcalá de Henares fi Spanja, ingħaqad mal-Grupp MAPFRE fl- 2002. Apparti diversi rwoli ta' tmexxija fi ħdan il grupp, huwa wkoll attwalment membru ta' bosta bordijiet ta' numru ta' kumpaniji Spanjoli li joperaw fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u pensjonijiet. Huwa wkoll membru tal-bord ta' MSV Life plc u kien membru tal- bord ta' MAPFRE Middlesea plc bejn l-20 ta' April 2012 u d-29 ta' April, 2014 . "Ninsabu kuntenti nħabbru l-ħatra ta' Felipe Navarro López de Chicheri bħala CEO, " qal is-Sur Martin Galea, Chairman ta' MAPFRE Middlesea. Felipe għandu esperjenza u rekord impressjonanti fil-qasam tal-assigurazzjoni. Matul il-karriera tiegħu, huwa wera lilu nnifsu bħala mexxej korporattiv u kompetenza kbira kemm fin-negozju u t-teknika tas-settur, " żied jgħid is-Sur Galea. "Ninsabu kunfidenti li s-Sur Navarro López de Chicheri se jkompli jmexxi l- kumpanija lejn l-għanijiet li għandna stabbiliti, skont il-linji gwida stabbiliti b'tant b'suċċess mill-predeċessur tiegħu Alfredo Muñoz. Nieħdu din l-opportunità biex nestendu l-gratitudni tagħna lil Alfredo għat- tmexxija b'saħħitha murija matul il-mandat tiegħu bħala President u CEO, u għall- kontribut kritiku tiegħu lejn is-suċċess tal-kumpanija . Nixtiequlu xewqat sbieħ fir- rwol gdid tiegħu fil-Grupp MAPFRE." Il-ħatra tas-Sur Navarro López de Chicheri bħala CEO ġdid ta' MAPFRE Middlesea hija soġġetta għal approvazzjoni regolatorja u approvazzjoni mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta. Express Logigroup sponsor uffiċjali għal 'A Tale of a City '

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015